European Union website, the official EU website

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Uffiċċju BEREC)

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Uffiċċju BEREC)

Ħarsa ġenerali: 
  • Rwol: Jipprovdi appoġġ professjonali u amministrattiv lill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC)
  • Direttur: László Ignéczi
  • Stabbilit: fl-2010
  • Numru ta’ persunal: 27
  • Post: Riga (il-Latvja)
  • Sit web: BEREC Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

L-Uffiċċju BEREC huwa aġenzija tal-UE li tipprovdi appoġġ professjonali u amministrattiv lill-BEREC, il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Dak li tagħmel

Il-BEREC jara li l-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti hija applikata b'mod konsistenti, biex l-UE jkollha suq uniku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jiffunzjona.  

Jipprovdi pariri fuq talba u fuq inizjattiva tiegħu stess lill-istituzzjonijiet Ewropej. Il-BEREC jikkonsisti f’dak li hu imsejjaħ il-Bord tar-Regolaturi. Dan huwa korp magħmul mill-kapijiet (jew rappreżentanti għolja nominati) ta' kull regolatur nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE.

Struttura

Il-korp governattiv tal-Uffiċċju BEREC huwa Kumitat tal-Ġestjoni, magħmul minn membri għal kull pajjiż u membru li jirrappreżenta lill-Kummissjoni.

Kif taħdem

L-Uffiċċju BEREC

  • jipprovdi appoġġ professjonali u amministrattiv lill-BEREC
  • jiġbor informazzjoni u jaqsam l-aħjar prattiki fost ir-regolaturi nazzjonali
  • jgħin fit-tħejjija tal-ħidma tal-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC
  • jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma ta’ esperti BEREC u jappoġġjahom.

Min jibbenefika

L-udjenza fil-mira tal-BEREC hija:

  • L-istituzzjonijiet Ewropej, reġjonali u nazzjonali fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
  • Il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet industrijali f’dan is-settur
  • Il-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur
  • Il-konsulenzi, ir-riċerkaturi, il-gruppi ta' riflessjoni
  • L-akkademiċi

 

Dettalji ta' kuntatt: 

Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi(BEREC)

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: 

BEREC Office

Z.A. Meierovica Bulvaris 14

LV-1050 Riga

Latvija

Tel: 
+371 6611 7590