Unjoni Ewrope

Impriża Konġunta tal-BBI

Impriża Konġunta tal-BBI

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-ekonomija bbażata fuq il-prodotti bijoloġiċi fl-Ewropa – l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi biex l-iskart industrijali jinbidel fi prodotti aktar ekoloġiċi.
  • Direttur: Philippe MENGAL
  • Membri jew imsieħba: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Konsorzju tal-Industriji Bbażati fuq il-Prodotti Bijoloġiċi
  • Stabbilita: fl-2014
  • Numru ta’ persunal: 22
  • Lokalità: Brussell (il-Belġju)
  • Sit web: Impriża Konġunta tal-BBI

L-Impriża Konġunta tal-Industrija Bbażata fuq il-Prodotti Bijoloġiċi (Impriża Konġunta tal-BBI) hi sħubija pubblika-privata ta’ €3.7 biljun bejn l-UE u l-Konsorzju tal-Industriji Bbażati fuq il-Prodotti Bijoloġiċi (BIC).

Dak li tagħmel

Il-programm ta’ finanzjament għar-riċerka mmexxija mill-Impriża Konġunta tal-BBI jimmira li:

  • jissikura u jipproteġi l-investimenti
  • jissimplifika t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli bbażata fuq il-prodotti bijoloġiċi
  • jippromwovi l-użu ta’ enerġija rinnovabbli minn sorsi bijoloġiċi.

Struttura

L-Uffiċċju tal-Programm tal-BBI hu korp awtonomu tal-UE mmaniġġjat minn bord ta’ governanza. Id-direttur eżekuttiv u l-persunal tal-uffiċċju tal-programm jimmaniġġja l-programm ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni.

Ir-rwol jinkludi:

  • il-koordinazzjoni tax-xogħol tal-partijiet ikkonċernati tal-BBI (inklużi l-Bord ta’ Governanza, il-grupp tar-rappreżentanti tal-istati u l-kumitat xjentifiku)
  • l-immaniġġjar tal-proġetti u s-sejħiet għal proposti.

Kif taħdem

L-Impriża Konġunta tal-BBI timplimenta l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni u r-Riċerka (SIRA).

Hi tlaqqa’ flimkien partijiet ikkonċernati ewlenin minn industriji rilevanti, inklużi n-negozji, l-istituzzjonijiet akkademiċi, il-clusters ta’ innovazzjoni reġjonali u l-clusters tekniċi biex jiġi ġġenerat investiment privat.

Permezz tal-programm Orizzont 2020, l-Impriża Konġunta tal-BBI tippubblika sejħiet għal proposti ta’ proġetti fil-qasam tal-bijoteknoloġija.

Min jibbenefika

Il-proġetti ffinanzjati mill-programm għandhom jiġġeneraw:

  • 400 000 impjieg ieħor bi kwalifiki għoljin sal-2020
  • sa 700 000 impjieg ieħor bi kwalifiki għoljin sal-2030

80% ta’ dawn l-impjiegi se jkunu f’żoni rurali sottożviluppati.

Dettalji ta' kuntatt

BBI Joint Undertaking

Dettalji ta' kuntatt

Address

White Atrium Building

Avenue de la Toison d'Or/Guldenvlieslaan 56-60

1060 Bruxelles/Brussel

Belgique/Belgïe

Back to top