Aħdem fl-Ewropa
Hemm opportunitajiet bla limitu biex taħdem u ssib opportunitajiet ġodda ta’ impjieg madwar l-Ewropa kollha. Il-Europass jista’ jgħinek tippjana l-karriera tiegħek, tikseb ħiliet ġodda u ssib l-opportunità l-ġusta biex tpoġġihom fis-seħħ.
Agħmel il-pass li jmiss fil-karriera tiegħek bil-Europass
Il-Europass huwa s-sett tal-għodda tiegħek, b’xejn u onlajn, li jgħinek timmaniġġja l-karriera tiegħek matul ħajtek, kemm jekk se tibda l-ewwel xogħol tiegħek u sew jekk qed tfittex sfidi ġodda. Bil-Europass, int tista’:
- Toħloq rekord personali tal-ħiliet, kwalifiki u l-esperjenzi kollha tiegħek.
- Tidentifika u tirrifletti dwar il-ħiliet tiegħek
- Tirċievi suġġerimenti personalizzati dwar impjiegi
- Tħejji u żżomm kont tal-applikazzjonijiet, tfassal CVs personalizzati u u ittri t’ akkumpanjament għal korsijiet u studji differenti.
- Taħżen id-dokumenti u l-files kollha tiegħek f’post wieħed sikur
Irreġistra u oħloq il-profil tiegħek b'xejn biex issir taf kif il-Europass jista' jgħinek.
Agħti importanza lill-ħiliet tiegħek bil-Europass
Il-Europass jinkludi wkoll għodod oħrajn li jgħinuk tikkomunika b’mod ċar il-ħiliet u l-esperjenzi tiegħek fl-UE kollha:
- Is-Suppliment tad-Diploma jagħti informazzjoni utli dwar id-diploma tal-edukazzjoni għolja tiegħek (eż. gradi, kisbiet, istituzzjoni) biex jgħinek tikkomunika l-ħiliet tiegħek lill-impjegaturi.
- Is-Suppliment taċ-Ċertifikat tal-Europass jagħti informazzjoni utli dwar il-kwalifiki vokazzjonali tiegħek (eż. gradi, kisbiet, istituzzjoni) biex jgħinek tikkomunika l-ħiliet tiegħek lill-impjegaturi.
- Il-Mobbiltà tal-Europass tgħinek tiddeskrivi l-esperjenzi internazzjonali tiegħek u l-ħiliet li żviluppajt meta kont qed tistudja, taħdem jew tagħmel volontarjat barra minn pajjiżek.