Fix-xhur li ġejjin l-Europass se jaqleb gradwalment għal awtentikazzjoni b'żewġ fatturi.

Id-data tiegħek fuq il-Europass hija protetta aħjar billi żżid l-awtentikazzjoni b’żewġ fatturi (2FA) jew il-metodu tal-login f’żewġ stadji mal-kont tal-Europass tiegħek.

Illum il-ġurnata, l-użu ta’ password biss mhuwiex biżżejjed peress li aktar minn 80 % tal-hacks huma r-riżultat ta’ serq tal-kredenzjali. Pass ieħor sempliċi wara li ddaħħal il-password tiegħek jiżgura li l-kont tiegħek ikun aktar sikur mill-hackers li jkunu qed jippruvaw jisirqu kwalunkwe informazzjoni li tista’ tintuża ħażin. Kun ċert li tattiva l-2FA tiegħek fil-Europass peress li dan se jsir rekwiżit obbligatorju tas-sikurezza dalwaqt.  

X’għandek tagħmel?  

                                            JEW 

  • Illinkja l-eID tiegħek (ID elettronika) mal-kont tal-EU Login tiegħek, ikklikkja fuq Link tal-eID tiegħi. Din l-għażla tista’ tillinkja l-karta tal-identità elettronika nazzjonali tiegħek mal-kont tal-EU Login tiegħek. * 

Ilesti l-proċess skont il-passi spjegati fid-dokument tal-istruzzjonijiet jew ara l-video tutorial

* Din l-għażla hija disponibbli biss f’ċerti pajjiżi tal-UE. Jekk diġà qed tuża din l-għażla l-ebda azzjoni addizzjonali mhi meħtieġa. 

X’inhuma l-benefiċċji tal-attivazzjoni tal-2FA? 

  • Żieda fis-sigurtà tad-data; 

  • Tnaqqis fl-attivitajiet frodulenti; 

  • Taċċessa l-kont tiegħek minn kwalunkwe sistema jew ambjent mingħajr riskju għad-data personali u sensittiva tiegħek. 

X’inhu l-isfond? 

Il-Kummissjoni Ewropea qed timplimenta l-2FA biex tappoġġjak biex iżżomm id-data tiegħek sikura u sigura fuq il-portal tal-Europass.  

L-informazzjoni kollha tiegħek fuq il-kont tal-Europass tiegħek tibqa’ kif inhi. Huwa biss pass ieħor li trid tagħmel biex tiżgura li d-data tiegħek tkun protetta aħjar. 

F’każ li jkollok xi mistoqsijiet jew teħtieġ għajnuna b’dan il-proċess, jekk jogħġbok ikkuntattja l-helpdesk tal-Europass

 

 

Europass 2FA tutorial_EN .pptx
English
(3.8 MB - PPTX)
Download