europass

Have time for a quick survey?

We want to provide you with the best experience, so your feedback is very valuable to us. All you need to do is answer 5 simple questions

Takes 3 minutes

or

Immaniġġjar tal-informazzjoni personali tiegħek fil-Europass

Il-protezzjoni tal-informazzjoni personali tiegħek hi prijorità għall-Europass. Il-Europass qatt mhu se jaqsam, ibigħ jew juża l-informazzjoni personali tiegħek mill-profil tal-Europass tiegħek. Inti tikkontrolla lil min taqsam l-informazzjoni miegħu u għal kemm żmien.

Il-Europass kif juża l-informazzjoni tiegħek?

Il-Europass juża l-informazzjoni fil-profil tiegħek biex janalizza l-ħiliet tiegħek u jissuġġerilek impjiegi u korsijiet interessanti. Dejjem tista’ tagħżel li tiddiżattiva dawn il-karatteristiċi tal-Europass.

Il-Europass jiġbor statistika (eż., kemm viżitaturi rreġistraw mal-Europass) u xejriet (eż. jekk l-utenti tal-Europass għandhomx livelli għoljin ta’ ħiliet diġitali) anonimizzati.Id-data personali tiegħek qatt mhi se tintuża għal dan il-proċess.

Dejjem tista’ tħassar il-profil tal-Europass tiegħek kollu jew parti minnu sabiex dejjem ikollok kontroll sħiħ fuq l-informazzjoni tiegħek.

Ħażna ta’ informazzjoni fil-profil tal-Europass tiegħek

Il-profil tal-Europass tiegħek huwa l-għodda personali online biex timmaniġġja l-informazzjoni kollha tiegħek dwar il-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenzi tiegħek. Tista’ tinkludi informazzjoni personali fil-profil tiegħek, u taħżen files (eż. CVs, diplomi) fil-Librerija tal-Europass tiegħek.

M’għandek taħżen ebda informazzjoni fil-Europass li tista’ titqies bħala mhux xierqa jew offensiva, jew li fiha informazzjoni personali sensittiva (eż. dwar is-saħħa tiegħek).

Qsim ta’ informazzjoni mill-profil tal-Europass tiegħek

Il-Europass qatt mhu se jaqsam il-profil jew il-files tiegħek mingħajr il-kunsens tiegħek. Tista’ taqsam links għall-profil u l-files tal-Europass tiegħek (eż. CVs, diplomi) mil-librerija tal-Europass tiegħek mal-impjegaturi, mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u ma’ oħrajn, jekk tixtieq.

Dejjem għandek tiżgura li tkun taf l-identità ta’ kull persuna li taqsam l-informazzjoni tiegħek magħha.

U jekk jogħġbok kun af li f’xi każijiet ir-riċevituri, b’mod partikolari barra mill-UE, jistgħu ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-data.

Aktar informazzjoni

Il-Europass huwa għodda b’xejn, żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea, biex taħdem u titgħallem fl-Ewropa. Tista’ tikkuntattja lill-Europass bi kwalunkwe mistoqsija dwar kif timmaniġġja l-informazzjoni personali tiegħek.

Tista’ taqra l-istqarrija ta’ privatezza uffiċjali tal-Europass li tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD).