Tgħallem fl-Ewropa
Hemm possibbiltajiet bla limitu biex tistudja, titħarreġ u ssib opportunitajiet ġodda ta’ tagħlim fl-Ewropa kollha. Il-Europass jista jgħinek tippjana t-tagħlim tiegħek u ssib l-opportunità ġusta biex tiżviluppa l-ħiliet tiegħek.
Agħmel il-pass li jmiss bil-Europass
Il-Europass huwa l-għodda tiegħek onlajn u bla ħlas biex timmaniġġja l-karriera u l-istudji tiegħek matul ħajtek. Bil-Europass, int tista’:
- Toħloq rekord personali tal-ħiliet, kwalifiki u l-esperjenzi kollha tiegħek.
- Tirrifletti fuq il-ħiliet tiegħek biex tifhem il-bżonnijiet u l-interessi tiegħek
- Tirċievi suġġerimenti dwar korsijiet relevanti għalik
- Tħejji u żżomm kont tal-applikazzjonijiet , tfassal CVs u ittri t’ akkumpanjament għal korsijiet u studji differenti.
- Taħżen id-dokumenti u l-fajls kollha tiegħek f’post wieħed sigur.
Irreġistra u oħloq il-profil tiegħek b'xejn biex issir taf kif il-Europass jista' jgħinek.
Agħti importanza lill-ħiliet tiegħek bil-Europass
Il-Europass jinkludi wkoll għodod oħrajn li jgħinuk tikkomunika l-ħiliet tiegħek b’mod ċar fl-UE kollha:
- Is-Suppliment tad-Diploma jagħti informazzjoni utli dwar id-diploma tal-edukazzjoni għolja tiegħek (eż. gradi, kisbiet, istituzzjoni) biex jgħinek meta tkun qed tapplika għal korsijiet u impjiegi ġodda.
- Is-Is-Suppliment taċ-Ċertifikat tal-Europass jagħti informazzjoni utli dwar il-kwalifiki vokazzjonali tiegħek (eż. gradi, kisbiet, istituzzjoni) biex jgħinek meta tkun qed tapplika għal korsijiet u impjiegi ġodda.
- Il-Mobbiltà tal-Europass tgħinek tiddeskrivi l-esperjenzi internazzjonali tiegħek u l-ħiliet li żviluppajt meta kont qed tistudja, taħdem jew tagħmel volontarjat barra minn pajjiżek.