europass

Have time for a quick survey?

We want to provide you with the best experience, so your feedback is very valuable to us. All you need to do is answer 5 simple questions

Takes 3 minutes

or

Kredenzjali Diġitali Ewropej għat-tagħlim

Il-Kredenzjali Diġitali Ewropej għat-tagħlim huma dikjarazzjonijiet maħruġin minn organizzazzjoni lil student, li jiddokumentaw it-tagħlim tiegħu.

Il-Kredenzjali Diġitali Ewropej għat-tagħlim jinkludu diplomi, traskrizzjonijiet tar-rekords u varjetà wiesgħa ta’ tipi oħrajn ta’ ċertifikati ta’ kisba ta’ tagħlim. Huma multilingwi u ffirmati b’siġill elettroniku uniku (jiġifieri l-ekwivalenti diġitali tat-timbru ta’ istituzzjoni). Dan jippermetti lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ jawtentikaw, jivvalidaw u jirrikonoxxu faċilment kredenzjali ta’ kwalunkwe daqs, għamla jew forma.

X’inhuma l-Kredenzjali Diġitali Ewropej għat-tagħlim?

Il-Kredenzjali Diġitali Ewropej għat-tagħlim jistgħu jiddeskrivu u jiċċertifikaw:

  • kwalifiki (eż. ċertifikati professjonali, diplomi universitarji u kisbiet oħrajn ta’ tagħlim),
  • attivitajiet (eż. parteċipazzjoni fi klassijiet u avvenimenti ta’ tagħlim mhux formali),
  • valutazzjonijiet (eż. traskrizzjonijiet ta’ rekords), u
  • intitolamenti (eż. id-dritt li wieħed jirreġistra f’opportunitajiet ta’ tagħlim, jew li jwettaq xogħol).

L-awtentikazzjoni u l-verifika istantanja u awtomatika inkorporati jappoġġjaw ir-rikonoxximent u jgħinu biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi billi juru minnufih jekk il-kredenzjali ġewx imbagħbsin jew jekk inħarġux minn organizzazzjoni mhux awtorizzata. Il-Kredenzjali Diġitali Ewropej għat-tagħlim għandhom l-istess validità legali bħall-kredenzjali bbażati fuq il-karta u huma rikonoxxuti fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni kollha.

Benefiċċji tal-kredenzjali diġitali

Il-Kredenzjali Diġitali Ewropej għat-tagħlim joffru ħafna benefiċċji għaċ-ċittadini, l-impjegaturi u l-organizzazzjonijiet.

    learner

    Individwi

    • jistgħu jibnu portafoll online biex isegwu t-tagħlim kollu tagħhom filwaqt li jkunu f’kontroll sħiħ tad-data tagħhom
    • jistgħu faċilment jerġgħu jużaw il-kredenzjali tagħhom biex isibu impjieg jew japplikaw għal aktar taħriġ mal-Ewropa kollha
    • jistgħu jippreżentaw u jkollhom il-kredenzjali tagħhom ivverifikati fi kwalunkwe punt tal-karriera tagħhom, anki jekk l-istituzzjoni li ħarġithom tagħlaq, jew jekk tintilef id-data użata biex toħloqhom

    Min iħaddem

    • tista’ tnaqqas b’mod drammatiku l-ħin u l-ispiża tal-verifika tal-kredenzjali u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għax-xogħol
    • jistgħu jifhmu aħjar il-kredenzjali tal-kandidati, speċjalment minn Stati Membri oħrajn peress li se jiġu tradotti fil-lingwa tagħhom stess
    • jistgħu jafdaw kredenzjali li ma jistgħux jiġu mbagħbsin
    employer
    ETP

    Provvedituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ

    • jistgħu jnaqqsu l-piż amministrattiv tagħhom u l-ispejjeż għall-ħruġ ta’ kredenzjali, filwaqt li jaċċelleraw ukoll il-proċeduri tal-ħruġ billi jsiru diġitali
    • jistgħu jifhmu aħjar il-kredenzjali ta’ min qed jitgħallem, speċjalment minn Stati Membri oħrajn peress li se jiġu tradotti fil-lingwa tagħhom stess

     

      Dawn huma dokumenti diġitali portabbli li jużaw standards miftuħin u li huma allineati bis-sħiħ ma’ oqfsa u strumenti familjari tal-UE bħal: