europass

Have time for a quick survey?

We want to provide you with the best experience, so your feedback is very valuable to us. All you need to do is answer 5 simple questions

Takes 3 minutes

or

Il-profil tal-Europass 

Il-profil tal-Europass hu għodda biex tgħin lin-nies jiġġestixxu t-tagħlim u l-karrieri tagħhom.

Il-profil tal-Europass jista’ jgħin lin-nies jippjanaw l-iżvilupp fit-tagħlim u l-karriera tagħhom. Il-profil jista’ jintuża minn organizzazzjonijiet – impjegaturi, għaqdiet volontarji, aġenziji li jirreklutaw, prattikanti ta’ gwida, għaqdiet taż-żgħażagħ, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u aktar – bħala parti mill-appoġġ u mis-servizzi li joffru lin-nies.

X’inhu l-profil tal-Europass?

L-utenti tal-Europass jistgħu joħolqu profil b’xejn mal-Europass, biex jirreġistraw il-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenzi tagħhom f’lok online sikur. L-utenti jistgħu jirreġistraw l-esperjenzi kollha tagħhom ta’ xogħol, edukazzjoni u taħriġ, il-ħiliet lingwistiċi, il-ħiliet diġitali, l-informazzjoni dwar il-proġetti, l-esperjenzi ta’ volontarjat u l-kisbiet. L-utenti jistgħu wkoll jaħżnu d-diplomi, l-ittri ta’ referenza u dokumenti oħra fil-librerija personali tal-Europass.

 

Il-profil jista’ jintuża f’ħafna modi:

  • Biex jappoġġja lill-impjegati biex jirreġistraw l-esperjenza tagħhom u jimmaniġġjaw l-iżvilupp professjonali tagħhom
  • Biex iħeġġeġ liż-żgħażagħ jirreġstraw il-ħiliet u jippjanaw l-karrieri tagħhom
  • Għall-istudenti biex jirreġistraw il-kisbiet akkademiċi tagħhom u l-progress matul il-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ
  • Għall-volontiera biex iżommu rekord tal-esperjenzi ta’ volontarjat
  • Biex jgħin lil dawk li qed ifittxu impjieg jew lil dawk li jridu bidla fil-karriera biex jidentifikaw ħiliet u opportunitajiet ġodda
  • Billi l-applikanti jintalbu li jħejju u jippreżentaw profil bħala parti mill-applikazzjoni tagħhom għal post tax-xogħol vakanti
  • Biex isostnu validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali bħala għodda għan-nies biex jirrfelettu fuqha u jiddokumentaw il-ħiliet li żviluppaw matul ħajjithom

 

girl holding out a mobile phone and pointing to it

Il-profil tal-Europass hu għodda ta’ tagħlim tul il-ħajja kollha. Meta l-profil tagħhom jiġi aġġornat u jissaħħaħ, l-utenti se jkollhom aċċess għal stampa aġġornata tal-ħiliet tagħhom. L-utenti li joħolqu profil tal-Europass se jirċievu suġġerimenti ta’ impjiegi interessanti u korsijiet ibbażati fuq l-informazzjoni fil-profil tagħhom.

L-użu tal-profil tal-Europass

Int tista’ dejjem tuża l-profil tal-Europass bħala parti mis-servizzi u l-appoġġ li toffri lin-nies - kemm għall-istudji u l-karriera tagħhom kif ukoll għall-attivtajiet tagħhom ta’ volontarjat u oħrajn. Il-Europass jintuża b’xejn. L-utenti jistgħu jirreġistraw u joħolqu l-profil tagħhom b’waħda jew aktar mil-lingwi tal-UE. L-utenti reġistrati jikkontrollaw id-data kollha tagħhom u jagħżlu ma’ min iridu jaqsmu d-data tagħhom u għal kemm żmien. Il-Europass qatt mhu se jaqsam xi data personali mingħajr il-kunsens tal-utent.

Tista’ tibda

Tista’ taqra l-FAQs tagħna jew Ikkuntattjana biex titgħallem aktar dwar kif il-Europass jista’ jgħinek fix-xogħol mal-klijenti, l-istudenti u l-impjegati.