europass

Have time for a quick survey?

We want to provide you with the best experience, so your feedback is very valuable to us. All you need to do is answer 5 simple questions

Takes 3 minutes

or

Europass għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ

Il-Europass hu riżorsa siewja għall-istudenti u l-gradwati, kif ukoll għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropea timmaniġġja l-pjattaforma tal-Europass, sett ta’ għodod online mingħajr ħlas u informazzjoni dwar it-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera.

L-għodda Ewropea għall-immaniġġjar tal-karriera u l-istudji

Il-Europass hu għodda multilingwi li tippermetti lill-istudenti jew lill-istudenti prospettivi tiegħek jiddokumentaw il-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenza kollha tagħhom f’post wieħed. L-utenti tal-Europass jistgħu joħolqu profil personali, f’għodda sigura online, biex jidentifikaw l-għanijiet tagħhom u jżommu kont tat-tagħlim u l-kisbiet kollha tagħhom.

L-istudenti jistgħu jużaw ukoll il-profil waqt l-istudji tagħhom biex iżommu rekord tal-proġetti, il-kisbiet u l-progress tagħhom.

L-istudenti prospettivi jistgħu jaqsmu l-profil, is-CVs u dokumenti oħrajn tagħhom permezz tal-Europass biex jikkomunikaw b’mod ċar il-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom.

Il-Europass joffri wkoll numru ta’ għodod oħrajn biex int tuża sabiex tgħin lill-istudenti tiegħek jikkomunikaw il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom:

  • Is-Suppliment tad-Diploma jinħareġ minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u joffri informazzjoni utli dwar il-kwalifiki tal-edukazzjoni għolja (eż. gradi, kisbiet, istituzzjoni) f’format standard.
  • Is-Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat hu maħruġ minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) u joffri informazzjoni utli dwar il-kwalifiki professjonali tiegħek (eż. gradi, kisbiet, istituzzjoni) f’format standard.
  • Il-Mobbiltà tal-Europass tgħinek tiddeskrivi l-esperjenzi internazzjonali tiegħek u l-ħiliet li żviluppajt meta kont qed tistudja, taħdem jew tagħmilha ta’ voluntier barra minn pajjiżek.

 

Informazzjoni dwar l-istudju u t-tagħlim fl-Ewropa

Il-Europass joffri varjetà ta’ informazzjoni, f'29 lingwa, għall-istudenti biex jippjanaw it-tagħlim, il-karriera u l-mobbiltà tagħhom.

L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu jaċċessaw ukoll informazzjoni dwar:

Il-Europass joffri wkoll paġni tal-pajjiżi b’informazzjoni dwar is-servizzi Ewropej u nazzjonali, informazzjoni dwar it-tagħlim u x-xogħol fl-Ewropa.

Man sitting next to a laptop and a suitcase, and reading a book

Kredenzjali Diġitali tal-Europass

Il-qafas tal-Kredenzjali Diġitali tal-Europass jippermetti li l-istituzzjonijiet joħorġu kwalifiki diġitali, li ma jistgħux jiġu ffalsifikati u kredenzjali oħrajn ta’ tagħlim. Bil-Kredenzjali Diġitali tal-Europass, l-istudenti, min iħaddem, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u korpi awtorizzati oħrajn għandhom mod sempliċi u affidabbli biex jivverifikaw l-awtentiċità tal-kredenzjali diġitali. Il-kredenzjali diġitali tal-Europass huma legalment ekwivalenti għal ċertifikati stampati fl-Unjoni Ewropea kollha u l-komponenti kollha tal-infrastruttura huma miftuħin u mingħajr ħlas. Skopri aktar dwar kif tista’ tinvolvi ruħek

Promozzjoni tal-Europass

Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem mal-pajjiżi parteċipanti, il-partijiet ikkonċernati u l-esperti fl-UE kollha biex tiżviluppa u tippromwovi l-Europass. L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll dawk li jfasslu l-politika u l-esperti, għandhom rwol ewlieni fl-użu tal-Europass biex jgħinu lil udjenzi differenti u juru l-potenzjal għall-Europass li jadatta għal ħtiġijiet differenti.

Ikkuntattjanagħal feedback jew mistoqsijiet dwar il-Europass.