Oħloq is-CV tal-Europass tiegħek

L-iżviluppatur tas-CV tal-Europass jagħmilhielek faċli biex toħloq is-CV tiegħek online. Tista’ tużah biex tapplika għal opportunità ta’ impjieg, edukazzjoni jew taħriġ kif ukoll biex twettaq xogħol ta’ volontarjat.

Il-format tas-CV l-aktar magħruf fl-Ewropa

Is-CV tal-Europass hija waħda mill-formats tas-CV l-aktar magħrufa fl-Ewropa. Hi faċli biex tintuża u hi familjari mal-impjegaturi u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni.

L-ewwel ikollok toħloq l-profil tiegħek tal-Europass b’informazzjoni dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-esperjenza tax-xogħol u l-ħiliet tiegħek. Wara li tlesti l-profil tal-Europass tiegħek, tista’ toħloq kemm CVs trid sempliċiment bi ftit klikkijiet. Kemm tagħżel liema informazzjoni trid tinkludi, tagħżel id-disinn favorit tiegħek u l-Europass jagħmel il-bqija. 

Tista’ toħloq, taħżen u taqsam is-CVs f’29 lingwa. Tista’ tiddawnlowdja is-CV tal-Europass tiegħek, taħżinha fil-Librerija tal-Europass tiegħek taqsamha mal-impjegaturi, mal-EURES jew ma’ aġenziji oħra tal-impjiegi.

Woman holding her Europass CV

Kif toħloq CV tajba

Ftakar li s-CV tiegħek hija l-ewwel opportunità biex tikkomunika l-ħiliet u l-esperjenzi tiegħek lil impjegatur tal-futur. Hi tagħti ħjiel ta’ min int, il-ħiliet, l-isfond edukattiv, l-esperjenzi tax-xogħol u kisbiet oħra tiegħek.

Il-profil tal-Europass tiegħek

Il-profil tal-Europass tiegħek hu l-post fejn iżżomm rekord tal-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenzi kollha tiegħek. Jekk iżżomm l-profil tal-Europass tiegħek aġġornat se jkollok dejjem l-informazzjoni kollha li għandek bżonn biex toħloq malajr CVs u applikazzjonijiet imfassla apposta għall-impjiegi.

Nixtiequlek suċċess bl-applikazzjnijiet tiegħek!