Is-salvagwardjar tal-benefiċċji tal-euro

Biex jiġi żgurat li l-euro jibqa’ ta’ benefiċċju għall-Ewropej kollha, il-pajjiżi tal-UE qablu li jsegwu pjan direzzjonali li jistabbilixxi r-rotta lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar profonda u ġusta. Dan jitlob lill-pajjiżi tal-UE biex itejbu l-mod kif is-swieq finanzjarji u l-ekonomiji tagħhom jaħdmu flimkien, biex jiġi żgurat li l-pajjiżi kollha jimplimentaw politiki fiskali sodi u li l-iżbilanċi ekonomiċi jitnaqqsu, u sabiex tissaħħaħ ir-responsabbiltà demokratika u l-governanza fit-tfassil tal-politika tagħhom.

Ir-rwol tiegħek għall-futur tal-euro

Skopri għalik innifsek dwar il-passi kollha li qed jiġu ppjanati biex tinħoloq Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar profonda u ġusta u aqra dwar kif tista’ tieħu sehem biex jinkiteb il-futur tal-euro billi tivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jmiss.

Tixtieq tagħmel aktar?

Għaliex ma tiġix taħdem magħna?!

Iċċekkja l-postijiet vakanti tagħna għal traineeships u pożizzjonijiet f’diversi istituzzjonijiet Ewropej: