L-EURO JAGĦMILHA FAĊLI BIEX:

01

TFADDAL U TINVESTI B’FIDUĊJA

L-euro munita stabbli u sikura, għalhekk tista’ tonfoq il-flus b’mod sikur u tissellef u tinvesti b’fiduċja.

02

TIVVJAĠĠA

L-euro elimina l-ispejjeż u t-tariffi tal-kambju, li jagħmilha aktar faċli u irħas biex tivvjaġġa fi 19-il pajjiż taż-żona tal-euro.

03

TINNEGOZJA

L-euro jagħmilha aktar faċli, irħas u aktar sikur għan-negozji biex jixtru u jbigħu madwar iż-żona tal-euro u jikkummerċjaw mal-bqija tad-dinja. L-euro jintuża għal kważi 40% tal-emissjonijiet globali ta’ pagamenti transfruntieri u għal kważi nofs l-esportazzjonijiet tal-UE.

04

TMUR TIXTRI

L-euro jagħmilha aktar faċli u irħas biex tqabbel il-prezzijiet u tixtri minn barra. Munita komuni tappoġġja suq uniku aktar trasparenti u kompetittiv.

05

TAĦDEM, TISTUDJA JEW TIRTIRA BARRA

L-euro jbaxxi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tat-trasferiment tal-flus u għalhekk iċ-ċaqliq lejn pajjiż ieħor biex taħdem, tistudja jew tirtira qatt ma kien aktar sempliċi.

Fatti dwar l-euro

74 %TAL-EWROPEJ
GroupCreated with Sketch.

Bħalissa 74% tal-Ewropej huma favur Unjoni Ekonomika u Monetarja Ewropea b’munita unika, l-euro. Dan hu l-ogħla livell li qatt kien hawn.

340miljun Ewropew
Fill 1Created with Sketch.

L-euro jużawh 340 miljun Ewropew. Sittin pajjiż u territorju, li jirrappreżentaw 175 miljun ruħ, rabtu l-muniti tagħhom direttament jew indirettament mal-euro.

It-tienimunita
FACTS03Created with Sketch.

L-euro globalment hu t-tieni munita favorita għal pagamenti internazzjonali, self u riżervi tal-bank ċentrali.

Il-vjaġġ tal-euro

It-tnedija tal-euro fl-1 ta’ Jannar 1999 kienet il-quċċata ta’ vjaġġ twil li beda deċennji ta’ snin qabel, xprunat minn loġika sempliċi u konvinċenti: hu aktar faċli għall-kummerċ f’suq komuni jekk tuża munita komuni.

L-euro għamel progress kbir mid-diskussjonijiet tal-bidu dwar Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-aħħar tas-sittinijiet biex sar it-tieni l-aktar munita importanti fid-dinja tal-lum.

L-euro: proġett li qed jevolvi

Issa li għandu 20 sena, l-euro hu t-tieni munita l-aktar importanti u fdata fid-dinja. L-appoġġ popolari għall-euro qed jikber.

Numru ta’ pajjiżi tal-UE jittamaw li jipparteċipaw fil-munita unika tal-Ewropa fil-futur, u se jingħataw merħba meta jkunu lesti.

L-euro tal-futur, bħal tagħna stess, għadu qed jiġi miktub. F’ambjent internazzjonali li qed jinbidel b’mod mgħaġġel l-Ewropa tista’ biss iżżomm is-saħħa ekonomika tagħha u xibka ta’ sikurezza soċjali b’suq uniku b’saħħtu u b’munita b’saħħitha.

Tixtieq tagħmel aktar?

Iċċekkja dawn is-siti web għal aħbarijiet, avvenimenti u aktar informazzjoni dwar l-euro!