EU PROTECTS > Is-Soċjetà Tagħna

Is-Soċjetà Tagħna

X’jiġrilek jekk il-bank tiegħek jikkollassa? Jew jekk in-negozji fiż-żona lokali tiegħek ma jkunux kapaċi jagħmlu aktar kummerċ? Kif nistgħu ngħinu persuni li jgħixu fil-faqar u nintegraw lil dawk li qed jagħmlu l-Ewropa d-dar il-ġdida tagħhom? 

Bħala soċjetà, għandna nippromwovu s-solidarjetà. L-UE qed tfittex li tindirizza mill-ġdid l-inugwaljanza soċjali, tiġġieled il-faqar u tistabbilixxi bażi komuni. Dan ifisser li tappoġġja persuni fil-bżonn, tassigura li kumpaniji kbar iħallsu s-sehem tagħhom ta’ taxxa u tippreserva l-istandards ambjentali u soċjali tagħna meta jseħħ kummerċ mal-bqija tad-dinja. Min-naħa għall-oħra tal-UE, hemm ħafna eroj ordinarji li qed jgħinu billi jagħmlu dan. Bl-appoġġ tal-UE, huma jipproteġu l-għajxien tagħna, in-negozji tagħna u s-soċjetà tagħna. Skopri minn huma, u kif jagħmlu dan.

E-bikes

“Unfair competition would put our small town on the verge of an economic crisis.”

Monika Božíková

An equal footing: How the EU keeps the wheels of fair trade turning

Europe is open for business, but everyone must play fair. EU trade rules stop artificially cheap imports from flooding the EU market and pushing European companies out of business. When European bicycle manufacturers suspected that some of these rules had been broken, EU trade investigators and customs officers jumped into gear to protect the future of a whole sector.

Learn more
Integrazzjoni tar-rifuġjati

“Il-gwerra biddlet kollox f’Aleppo. Tlaqt, mingħajr ma kont naf meta l-familja tiegħi se terġa’ tingħaqad.”

Zakaria Alo

Mis-Sirja milquta mill-gwerra għal post sikur: Kif l-UE għenet lil refuġjat jibni ħajja ġdida fin-Netherlands

Ir-refuġjati li jaħarbu miż-żoni tal-gwerra u mill-persekuzzjoni normalment ma jistgħux imorru lura f’pajjiżhom u jeħtieġu l-protezzjoni. Għal Sirjan żagħżugħ, is-sejba ta’ dar temporanja fl-Ewropa kienet tiddependi minn sforz kondiviż mis-servizzi tal-ażil tal-UE, l-awtoritajiet Griegi u l-voluntiera lokali. Segwi l-vjaġġ ta’ Zakaria mis-Sirja, għall-Greċja, san-Netherlands.

Sir af aktar
Il-ġlieda kontra l-faqar

"Issa li għandi impjieg u l-appartament tiegħi, finalment nista’ nagħmel pjanijiet għall-futur."

Jaroslav Reiber

Il-Bini ta’ Pedamenti: Kif l-UE qed tgħin biex jitkisser iċ-ċiklu tal-faqar

Il-qgħad, in-nutrizzjoni ħażina, il-problemi ta’ persuni mingħajr dar - il-faqar fil-forom differenti tiegħu jaffettwaw ħafna familji għal ġenerazzjonijiet sħaħ. L-UE qed taħdem fuq livell lokali biex issaħħaħ il-ħidma tas-servizzi nazzjonali, tal-assistenti soċjali u tal-voluntiera, bil-għan li jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali mal-Ewropa kollha.

Kun af aktar
Globalisation

"When I lost my job of 17 years, I didn’t know how I’d find another one."

Ourania Koutrouvi

Making the transition: How the EU is helping workers learn skills for a changing economy

Globalisation brings many opportunities. Yet it can also lead to wage cuts and job losses. This is why the EU is working with European countries to help workers learn new skills and find employment in a changing world.

Learn more
Il-ġlieda kontra l-faqar

“Issa għandna dar sħuna għall-familja li qed tikber tagħna u m’għadniex ristretti b’kontijiet estremament għoljin tal-enerġija. Dan kien possibbli bis-saħħa tar-rinnovazzjonijiet iffinanzjati mill-UE.”

Robertas Marcinkevičius

Il-ħarba mill-faqar enerġetiku: Kif l-UE qed tiżgura li l-familji ma jitħallewx barra fil-kesħa

Fl-UE kollha, ħafna familji qed iħabbtu wiċċhom mal-ispejjeż tal-enerġija. Xi wħud ma jistgħux isaħħnu darhom b’mod adegwat, u dan jaffettwa s-saħħa, il-benesseri u l-kapaċità tagħhom li jaħdmu. L-UE tiffinanzja proġetti li qed jgħinu fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku – kif esperjenzat familja fil-Litwanja.

Sir af aktar
Protezzjoni tal-impjiegi

“Meta tqis il-katina sħiħa ta’ produzzjoni, tal-inqas 100,000 impjieg kien f’riskju.”

Alfonso Panzani

Il-mużajk Ewropew: Kif l-investigaturi tal-kummerċ tal-UE pproteġew l-impjiegi minn kompetizzjoni mhux ġusta

L-artiġjani u n-negozji ż-żgħar jistgħu faċilment isibu ruħhom b'tali mod li ma jistgħux jiddefendu lilhom infushom minn prattiċi ta’ kummerċ inġusti. Meta l-manifatturi Ewropej taċ-ċeramika kien naqsilhom il-bejgħ minħabba importazzjonijiet massivi ta’ ċeramika Ċiniża bi prezzijiet baxxi, l-impjiegi u l-għajxien tagħhom kienu mhedda.

Aqra l-istorja

Kont taf?

20 MILJUN

in-numru ta' nies li l-UE qed timmira li toħroġ mir-riskju tal-faqar sal-2020.

31.1%

mill-popolazzjoni totali tal-UE li bħalissa ma taffordjax vaganza annwali ta' ġimgħa 'l bogħod minn darha.

€22 BILJUN

l-ammont totali ta' flus li l-UE allokat biex tgħin lill-immigranti u lill-komunitajiet ġodda tagħhom bejn l-2015 u l-2018.

€12.4 BILJUN

ġew allokati għal proġetti barra mill-UE biex jgħinu jtaffu l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni, inkluż €1 biljun għal faċilità għar-rifuġjati fit-Turkija u €3.5 biljun għal għajnuna umanitarja fi ħdan ir-reġjuni affettwati.

91.5%

tal-intrapriżi Ewropej kollha huma negozji mikro (li jfisser li għandhom inqas minn 10 impjegati).

€100,000

il-livell ta' assigurazzjoni tad-depożiti fil-banek fi kwalunkwe pajjiż tal-UE biex jiġi protett is-self taċ-ċittadini minn xokkijiet fis-settur bankarju.

HEMM EROJ LOKALI FIL-KOMUNITÀ TIEGĦEK?

Is-soċjetà tibbaża fuq nies jaħdmu flimkien għall-ġid ta' kulħadd. Iżda min huma l-eroj lokali li qed jagħmlu dan fir-reġjun tegħek?