EU PROTECTS > Is-Soċjetà Tagħna > Il-mużajk Ewropew: Kif l-investigaturi tal-kummerċ tal-UE pproteġew l-impjiegi minn kompetizzjoni mhux ġusta

“Meta tqis il-katina sħiħa ta’ produzzjoni, tal-inqas 100,000 impjieg kien f’riskju.”

Alfonso Panzani

Il-madum taċ-ċeramika jinsab fil-kmamar tal-banju, fil-kċejjen kif ukoll fl-artijiet tagħna. Fl-Ewropa, is-settur hu ddominat minn negozji u manifatturi żgħar li l-għajxien tagħhom jiddependi fuq il-fatt li jkun hemm kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd. 

Fl-2016, importazzjonijiet massivi ta’ madum taċ-ċeramika Ċiniżi bi prezzijiet imnaqqsa heddew lin-negozji Ewropej u poġġew lil eluf ta’ impjiegi taħt theddida. L-Unjoni Ewropea ddeċediet li tinvestiga l-ipprezzar żleali (magħruf ukoll bħala “dumping”) u tiżgura li tali importazzjonijiet jinbiegħu bil-prezzijiet tas-suq xierqa. 

Il-mużajk Ewropew: Kif l-investigaturi tal-kummerċ tal-UE pproteġew l-impjiegi minn kompetizzjoni mhux ġusta

L-artiġjani u n-negozji ż-żgħar jistgħu faċilment isibu ruħhom b’tali mod li ma jistgħux jiddefendu lilhom infushom minn prattiċi ta' kummerċ inġusti. Meta l-manifatturi Ewropej taċ-ċeramika kien naqsilhom il-bejgħ minħabba importazzjonijiet massivi ta’ ċeramika Ċiniża bi prezzijiet baxxi, l-impjiegi u l-għajxien tagħhom kienu mhedda. 

Skrollja biex tkompli

Alfonso Panzani

Settecento – Mużajk & Ċeramika

L-Italja

“Aħna nimpjegaw ftit aktar minn 100 persuna u aħna parti minn katina ta’ negozji taċ-ċeramika, fornituri u periti li nesportaw b’mod regolari lejn pajjiżi barra mill-UE. Iżda meta ffaċċjajna kwantità kbira ta’ ċeramika bi prezzijiet imnaqqsa miċ-Ċina, is-sopravivenza tan-negozju tagħna kienet fil-periklu.”

 

 

 

 

 

 

“Ma nistax nimmaġina x’kien jiġri mingħajr azzjoni min-naħa tal-UE.”

 - Alfonso Panzani

Renaud Batier

Franċiż, l-assoċjazzjoni Cerame-Unie

Il-Belġju

“Aħna assoċjazzjoni tal-kummerċ li tirrappreżenta lin-negozji taċ-ċeramika Ewropej. Il-membri tagħna wissewna dwar numru dejjem jikber ta’ importazzjonijiet irħas ta’ madum taċ-ċeramika minn barra l-UE. Ladarba kellna prova ta’ kummerċ inġust, avżajna lill-Kummissjoni Ewropea biex din tkun tista’ tiftaħ investigazzjoni.” 

 

 

“Il-membri tagħna kienu jafu li n-negozji u l-impjiegi tagħhom kienu taħt theddida.”

 - Renaud Batier

Markus Walldorf

Ġermaniż, Dipartiment tal-Kummerċ, Kummissjoni Ewropea

Il-Belġju

“Kellna naraw li kull min kien involut ipprovda informazzjoni preċiża, biex inkunu nistgħu niġġudikaw x’kien ir-riskju li l-esportaturi Ċiniżi jagħmlu ħsara lill-industrija tagħna bi prezzijiet artifiċjalment baxxi u bi kwantitajiet enormi ta’ stokk.”

“Ġbarna wkoll informazzjoni mingħand l-esportaturi Ċiniżi, bħaċ-ċifri relatati mal-bejgħ u mal-produzzjoni. Ovvjament, ivverifikajna u kkonfermajna dan kollu fil-fabbriki tagħhom fiċ-Ċina. Kellna bżonn inkunu diplomatiċi u puliti filwaqt li niżguraw li d-data pprovduta kienet korretta." 

 

 

 

 

 

 

“Jeħtieġ li nkunu tassew attenti sabiex niksbu informazzjoni affidabbli mingħand kulħadd.”

 - Markus Walldorf

Kristina Gutteková

Ċeka, Dipartiment tal-Kummerċ, Kummissjoni Ewropea

Il-Belġju

“Aħna kellna bżonn nevalwaw jekk l-industrija Ewropea tbatix minn kummerċ mhux ġust jekk jitneħħew il-miżuri. Dan kien jinvolvi żjara fin-negozji taċ-ċeramika fi Spanja, fl-Italja u fil-Portugall.” 

“Flimkien mas-sejbiet tal-investigaturi tagħna fiċ-Ċina, aħna pproponejna dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika bi prezz baxx.”
 

 

“Jekk il-miżuri ta’ anti-dumping jitħallew jiskadu, l-industrija Ewropea tbati.”

 - Kristina Gutteková

Florindo Iervolino

Dwana, Port ta’ Ġenova

L-Italja

“Il-Port ta’ Ġenova hu wieħed mill-iktar portijiet traffikużi fl-Italja. Aħna nikkontrollaw kull prodott li jidħol fl-UE mill-port. Dan jinkludi l-immaniġġjar ta’ importazzjonijiet ta' prodotti - bħaċ-ċeramika - intenzjonati għas-swieq Ewropej.”

“Ikun xi jkun is-settur, aħna niżguraw li n-negozji jħallsu tal-ksur tal-liġijiet dwar l-antidumping tal-UE.” 

 

 

 

“Xogħolna huwa li niżguraw li l-oġġetti li jidħlu fl-Ewropa jkunu sikuri u jikkonformaw mal-liġi tal-UE.”

 - Florindo Iervolino

Kont taf?

Fojl tal-aluminju, oġġetti tal-ħadid fondut, pannelli solari

Xi ftit eżempji biss ta’ prodotti oħrajn, barra ċ-ċeramika, li kienu soġġetti għal investigazzjonijiet dwar l-anti-dumping fl-UE fl-2018

Żewġ terzi

Is-sehem mis-suq tal-SMEs fis-settur tal-madum taċ-ċeramika Ewropew 

33

In-numru ta’ miżuri ta’ difiża ġodda mill-kummerċ li ilhom fis-seħħ mill-2014, li jtella’ n-numru totali ta’ miżuri fis-seħħ għal 144. Dawn il-miżuri ta’ difiża mill-kummerċ jipproteġu b’mod dirett aktar minn 350,000 impjieg

 

3.8 biljun m2

L-ammont ta’ kapaċità żejda fir-rigward tal-madum taċ-ċeramika miċ-Ċina sal-aħħar tal-2016, bosta drabi ogħla mill-konsum tal-UE

Il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwi

Fl-2017, l-UE adottat metodu ġdid għall-kalkolu ta’ prezz ġust għall-prodotti li jidħlu fl-UE

 

Insaħħu l-SMEs tal-Ewropa

Jekk għandek negozju żgħir u tixtieq tkun taf aktar dwar il-leġiżlazzjoni li tirregola l-anti-dumping, dwar l-investigazzjonijiet għaddejjin bħalissa jew inkella tixtieq li tinvolvi ruħek fit-tnedija ta’ investigazzjoni, ikkuntattja lill-Helpdesk tal-SMEs: mailto:trade-defence-sme-helpdesk@ec.europa.eu ?