EU PROTECTS > Is-Sigurtà Tagħna > Tkissir taċ-ċirku: Kif l-Ewropa kissret ċirku ta’ traffikar tal-bnedmin

“Dan kien wieħed mill-aktar każijiet sinifikanti ta’ traffikar ta’ bnedmin fl-aħħar snin.”

L-Ispettur David Diego Monserrat

F’Lulju 2017, 13-il mara nħelsu mill-ħakma ta’ gang kriminali vjolenti. Immanipulati u mhedda, dawn ittieħdu minn mal-familji tagħhom fil-Bulgarija lejn Spanja, fejn kienu sfurzati jaħdmu bħala prostituti. 

L-unika mod kif titkisser il-gang u jinħelsu n-nisa kien li tiġi kkoordinata azzjoni madwar l-Ewropa. Il-Europol u l-Eurojust għaqqdu lill-forzi tal-pulizija fi Spanja u fil-Bulgarija biex jibdew din l-investigazzjoni kbira. Iż-żewġ aġenziji mifruxa mal-Ewropa kollha kienu wara l-kwinti, jgħinu lill-uffiċjali tal-pulizija jiġbru u jiskambjaw evidenza u jagħmlu l-arresti.

Ara l-vidjow

Tkissir taċ-ċirku: Kif l-Ewropa kissret ċirku ta’ traffikar tal-bnedmin

L-awtoritajiet nazzjonali kellhom jaġixxu malajr wara li kixfu ċirku vjolenti ta’ traffikar tal-bnedmin. Nisa żgħażagħ, li ttieħdu minn djarhom fil-Bulgarija, kienu qed jiġu sfurzati jaħdmu bħala prostituti fi Spanja.

F’ġimgħa waħda ġew arrestati 34 membru tal-gang u nħelsu 13-il mara żagħżugħa. Is-suċċess tal-operazzjoni kien grazzi għal sforz Ewropew koordinat.

Skrollja biex tkompli

EU Protects: Kif l-Ewropa kissret ċirku tat-traffikar tal-bnedmin – trejler uffiċjali

Inspector David Diego Monserrat

Pulizija Nazzjonali

Spanja

“Aħna rċevejna informazzjoni mingħand sors affidabbli li n-nisa mill-Bulgarija kienu qed jiġu sfurzati fil-prostituzzjoni fin-nofsinhar ta’ Spanja. Kellna bżonn nikkoordinaw arresti direttament mal-Pulizija Bulgara. L-Europol u l-Eurojust kienu l-moħħ wara din il-kooperazzjoni.”

 

 

 

 

 

 

 

“Din il-gang setgħet marret f'pajjiż ieħor faċilment biex tkompli tabbuża min-nisa."

 - L-Ispettur David Diego Monserrat

Enrique Morales

eks-Europol

Spanja

“Wara li rċevejna informazzjoni minn Spanja, bdejna ngħaqqdu flimkien profili dwar il-kapijiet tal-gang, ix-xufiera u min jimmaniġġja n-nisa. Il-Europol għandha aċċess għal bażi ta’ data kbira dwar l-intelliġenza kriminali. Aħna niltaqgħu ma' awtoritajiet nazzjonali, nikkontribwixxu għall-investigazzjonijiet tagħhom u nikkoordinaw operazzjonijiet li jinvolvu diversi pajjiżi.”

 

 

 

“Aħna konna l-punt ta’ bidu ta’ kooperazzjoni fluwida.”

 - Enrique Morales

Francisco Jiménez-Villarejo

Spanjol, Eurojust

In-Netherlands

“Organizzajna 2 laqgħat f’The Hague biex nippjanaw l-operazzjoni. Flimkien mal-awtoritajiet Spanjoli u Bulgari, identifikajna l-miri ewlenin u l-akkużi kriminali. L-Eurojust tat parir fuq l-aspetti legali kollha tal-operazzjoni bħall-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ trażżin u l-imblukkar tal-kontijiet tal-banek tal-persuni suspettati. L-appoġġ għall-vittmi kien kritiku wkoll: dawn kellhom bżonn protezzjoni fiżika u informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom.”

 

 

 

 

 

“Eliminajna r-restrizzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jsiru l-arresti fi Spanja u fil-Bulgarija.”

 - Francisco Jimenez-Villarejo

Inspector Ivan Petrov

Direttorat Ġenerali għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata

Il-Bulgarija

L-identità tal-eroj tal-ħajja ta’ kuljum inżammet moħbija biex tiġi protetta l-privatezza tal-individwi involuti

“Ħafna affarijiet setgħu marru ħazin, għaliex l-operazzjoni seħħet fl-istess ħin f’żewġ pajjiżi. Għall-arresti, 2 uffiċjali Spanjoli ntbagħtu l-Bulgarija u 2 uffiċjali Bulgari ntbagħtu Spanja. Fl-aħħar, il-kriminali ġew akkużati u l-vittmi ġew salvati.” 

“Kien ikun impossibbli li nkissru lil dan il-grupp mingħajr il-kollegi Spanjoli u Ewropej tagħna.”

 - L-Ispettur Ivan Petrov

Zlatka Macheva

Maniġer taċ-Ċentru ta’ Kenn, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin

Il-Bulgarija

“Aħna ta’ spiss naħdmu mal-pulizija permezz tal-koordinatur nazzjonali tal-mekkaniżmu Bulgaru għar-riferiment u għall-appoġġ tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin.”

“Il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u tal-isfruttament sesswali li jaslu fiċ-ċentru ta’ kenn tagħna normalment ikollhom bejn it-18 u l-25 sena. Uħud mit-tfajliet jibqgħu f’kuntatt magħna għal żmien twil, huma u jibnu l-fiduċja mill-ġdid u jibdew jgħixu għal rashom.” 

 

 

 

“Aħna nipprovdu appoġġ mediku u psikoloġiku lill-vittmi sabiex dawn jerġgħu jintegraw fis-soċjetà.”

 - Zlatka Macheva

Kont taf?

Magħqudin għal kawża komuni

Ladarba jkun hemm qbil dwar ir-rwoli tal-pulizija nazzjonali u l-prosekuturi, tiġi stabbilita data sabiex isiru t-tfittxijiet u l-arresti transkonfinali. Dawn jissejħu Jiem ta’ Azzjoni Konġunta

132

In-numru ta’ każijiet ta’ traffikar ta’ bnedmin li ħadmet fuqhom l-Eurojust fl-2017 – meta mqabbel ma’ 71 każ fl-2014

70%

tal-vittmi jiġu traffikati għal finijiet ta’ sfruttament sesswali, 19% għal finijiet ta’ sfruttament ta’ xogħol. Il-bqija tal-każijiet jikkonċernaw tallaba, żwiġijiet ta’ konvenjenza u traffikar tal-organi

Is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Europol (EIS)

It-28 Stat Membru tal-UE jistgħu jaċċessaw l-EIS, il-bażi ta’ data ċentrali tal-aġenzija għal informazzjoni dwar persuni u oġġetti relatati ma’ reati kriminali internazzjonali serji (inkluż it-traffikar tal-bnedmin)

 

Koordinatur ta’ Kontra t-Traffikar tal-UE

Dr Myria Vassiliadou hija responsabbli għat-titjib tal-koordinazzjoni u l-koerenza tal-isforzi kollha li jsiru kontra d-drogi mill-istituzzjonijiet tal-UE, l-Aġenziji tal-UE u l-Istati Membri

MIN HUMA L-EROJ L-OĦRAJN LI QED JIĠĠIELDU KONTRA N-NETWERKS KRIMINALI?

Xi wħud minnhom jistgħu anki ma jkunux mill-pajjiż tiegħek.

Jeżisti network ta’ eroj lokali, li tlaqqgħu flimkien mill-UE, u li jaħdmu flimkien sabiex iħarsuna mit-traffikar tal-bnedmin, is-serq tad-data, l-attività kriminali u ħafna aktar minn hekk. Minn uffiċjali tal-pulizija sa prosekuturi, u skwadri ta’ salvataġġ sa koordinaturi tal-asil, skopri kif l-UE tappoġġja lill-eroj lokali f’pajjiżek.