EU PROTECTS > Saħħitna > Niffriskaw: Kif l-Ewropa qed tuża soluzzjonijiet naturali biex tiġġieled il-mewġiet tas-sħana

“Fl-età tiegħi, ma rridx insib ruħi f’periklu kull darba li noħroġ mid-dar.”

Umbelina Martinho

Umbelina, li għandha 72 sena, tgħix fil-wied ta’ Ribeira das Vinhas viċin Cascais, il-Portugall. Ir-reġjun jesperjenza mewġiet tas-sħana qawwija matul is-sajf. Madankollu, il-forma tal-wied twassal iż-żiffa tal-muntanja b’mod naturali, u toħloq kuritur tar-riħ lejn il-belt. Bl-appoġġ tal-UE, l-awtoritajiet lokali reġgħu bnew passaġġ biex iżidu l-fluss naturali ta’ arja friska minn ġol-wied. 

Iżda mhux is-soluzzjonijiet kollha huma fuq l-art; hemm oħrajn fis-sema. Is-satelliti Ewropej qed jiġbru d-data dwar it-temp u qed jgħinu lill-komunitajiet lokali biex ibassru u jidentifikaw is-sħana estrema. 

Bl-assistenza tal-UE, l-awtoritajiet lokali ħadu passi biex iżommu lil residenti bħal Umbelina siguri, friski u komdi.

Niffriskaw: Kif l-Ewropa qed tuża soluzzjonijiet naturali biex tiġġieled il-mewġiet tas-sħana

Fl-Ewropa biss, il-mewġiet tas-sħana jikkawżaw aktar minn 3,000 mewt fis-sena. Minn kuritur ekoloġiku naturali tar-riħ f’Cascais għal satelliti Ewropej tal-ogħla livell li qed jintraċċaw it-temperaturi dejjem jogħlew f’Bologna, l-UE tappoġġja lil dawk li jippjanaw il-bliet, lill-periti u lix-xjenzati li qed jaħdmu fuq soluzzjonijiet lokali biex jindirizzaw is-sħana estrema. X’hemm fir-riskju? Eluf ta’ ħajjiet kull sajf madwar l-Ewropa.

Skrollja biex tkompli

Umbelina Martinho

Il-Portugall

“Il-mogħdija minn ġol-wied jgħaqqadni mar-raħal, u ma’ sħabi, mal-bniet tiegħi, u ma’ fejn immur nixtri. Qabel, ir-rotta lejn ir-raħal kienet mimlija ġebel u żdingata. Ir-rinovament tal-mogħdija jfisser li nista’ nasal mingħajr diffikultà fil-jiem sħan.”

 

 

 

 

 

 

 

Il-wied ta’ Ribeira das Vinha huwa post fejn in-nies tar-raħal jistgħu jmorru sabiex jiffriskaw ftit f’jiem sħan.”

- Umbelina Martinho

João Dinis

Il-Muniċipalità ta’ Cascais

Il-Portugall

“L-irjiħat mit-Tramuntana u mill-Grigal isegwu l-wied ta’ Ribeira das Vinhas. Permezz tal-finanzjament tal-UE, ħawwilna siġar, neħħejna l-ġebel mill-wied u anki bnejna passaġġ għar-roti għar-residenti biex igawdu l-veduta.” 

“Issa qed nikkondividu xogħolna dwar il-ġestjoni tat-tibdil fil-klima mas-sindki ta’ bliet oħra fil-Portugall u fl-Ewropa, pereżempju ma’ Bologna, fl-Italja.”

“Fis-sajf li għadda biss, Cascais intlaqat minn erba’ mewġiet ta’ sħana!”

- João Dinis

Jean-Noël Thépaut

Franċiż, Servizz dwar it-Tibdil fil-Klima ta' Copernicus

Ir-Renju Unit

“Is-satelliti tagħna għandhom il-kapaċità unika li jevalwaw is-saħħa tal-pjaneta f’ħin reali. Għall-belt ta' Bologna, fassalna mudelli differenti ta’ tibdil fit-temperatura, fi sħubija mar-reġjun tal-Emilia-Romagna. Issa qed infittxu soluzzjoni teknika biex din ir-riċerka tkun aċċessibbli għal kull belt fl-Ewropa.” 

 

 

 

 

 

“L-informazzzjoni mis-satelliti tagħna tista’ tintuża sabiex jinħoloq mudell tal-evoluzzjoni tat-tibdil fil-klima fuq skala lokali.” 

- Jean-Noël Thépaut

Giovanni Fini

Muniċipalità ta’ Bologna

L-Italja

“Sal-2020, se nħawlu 5,000 siġra, ninstallaw 10 soqfa ekoloġiċi fuq binjiet pubbliċi u noħolqu aktar spazji ekoloġiċi fiċ-ċentru storiku tal-belt. Il-ġbir tad-data mis-satellita ffinanzjata mill-UE għenna nivviżwalizzaw il-mewġiet tas-sħana fir-reġjun tagħna.”

“Aħna niltaqgħu u niskambjaw dawn is-soluzzjonijiet dwar il-klima u l-enerġija ma’ bliet u rħula Ewropej oħra. Flimkien, irridu nsibu modi ta’ kif nikkontrollaw it-temperaturi li qed jogħlew.”

 

“Il-mewġiet ta’ sħana f’Bolonja ser jiżdiedu jekk mhux ser nieħdu azzjoni immedjata.”

- Giovanni Fini

Kont taf?

Temperaturi għoljin li hemm ċans li jibqgħu telgħin

F’dinja li hija 2°C aktar sħuna, ħafna mill-Ewropej jistgħu jistennew li jesperjenzaw mewġiet ta’ sħana severi kull ħames snin (partikolarment fin-Nofsinhar tal-Ewropa).

Aktar minn 250 miljun

In-numru ta’ persuni li jgħixu f'raħal jew f’belt - inkluż f’Cascais u f'Bologna - li ħadu l-impenn li jiġġieldu t-tibdil-fil-klima permezz tal-Iskema tal-Patt tas-Sindki tal-UE.

Inħarsu ’l fuq

Il-programm ta’ monitoraġġ tad-Dinja Copernicus juża satelliti sabiex jipprovdi librerija ta’ informazzjoni miftuħa u bla ħlas. Individwi, negozji u servizzi pubbliċi jistgħu jużaw din l-informazzjoni sabiex jgħinu fil-ġlieda u fl-adattament għat-tibdil fil-klima.

It-tnaqqis tal-istress mis-sħana

It-tkabbir ta’ pjanti mal-ħitan tal-bini u fuq il-bjut ("spazji ħodor" jew "bjut ħodor") jista’ jnaqqas it-temperaturi b’sa 10°C f’żoni Mediterranji. 

€ 180 biljun

L-ammont ta’ baġit tal-UE li qed jintefaq bejn l-2014 u l-2020 fuq il-protezzjoni tal-klima, jgħin biex inaqqas il-probabbiltajiet u ż-żieda tal-kapaċità tagħna sabiex inħejju ruħna għal temp estrem bħall-mewġiet ta’ sħana.

MIN HUMA L-EROJ L-OĦRAJN FIL-ĠLIEDA KONTRA T-TIBDIL FIL-KLIMA?

Xi wħud minnhom jistgħu anki ma jkunux mill-pajjiż tiegħek.

Jeżisti network ta’ eroj lokali, li tlaqqgħu flimkien permezz tal-UE, u li qed jaħdmu sabiex jipproteġuna mill-mewġ tas-sħana, mit-tniġġis, mit-telfien tal-ispeċi li qegħdin f’periklu u aktar minn hekk. Minn esperti ambjentali għal dawk li jagħmlu l-ewwel intervent f’każ ta’ emerġenza, u speċjalisti tas-saħħa sa assistenti soċjali, skopri kif l-UE tappoġġja l-eroj lokali f’pajjiżek.