EU PROTECTS > Saħħitna > Periklu moħbi: Kif ġugarell sorpriża poġġa lill-pajjiżi tal-Ewropa kollha fuq allert għoli

“Jien irrid li nkun żgura 100% li l-ġugarelli li ibni jilgħab bihom ikunu siguri.”

Svenja Weber

Fil-Ħarifa 2017, spettur tad-dwana Finlandiż skopra konsenja ta’ fliexken tal-meraq suspettużi. Dawn kienu se jkunu jappellaw ħafna għat-tfal żgħar, b'mod partikolari għax kull flixkun kellu ġugarell żgħir. Iżda wara diversi testijiet, il-laboratorju tad-Dwana Finlandiża kkonferma li l-ġugarell kien ta’ periklu u t-tfal setgħu jifgaw. 

Il-Finlandja immedjatament attivat is-sistema ta’ twissija rapida mal-Ewropa kollha. Fil-jiem ta’ wara, l-awtoritajiet nazzjonali madwar l-UE aġixxew malajr biex jiġbru lura l-flixkun tal-meraq mill-ħwienet u minn postijiet tal-bejgħ.

Periklu moħbi: Kif ġugarell sorpriża poġġa lill-pajjiżi tal-Ewropa kollha fuq allert għoli

Karattru favorit, kulur jew togħma ppreferuti - dawn huma għażliet li jiggwidawna meta nkunu qed nixtru għat-tfal. Ir-riskji potenzjali jistgħu faċilment jiġu injorati. Meta l-Finlandja nnotat li flixkun tal-meraq importat b’ġugarell sorpriża kien ta’ periklu ta’ fgar, il-Lussemburgu kien wieħed minn 31 pajjiż li rċieva t-twissija. Grazzi għal sistema ta' twissija mal-Ewropa kollha, eluf ta’ tfal żgħar inżammu ’l bogħod mill-periklu.

Skrollja biex tkompli

Svenja Weber

Il-Lussemburgu

“Meta nagħmel ix-xirja fis-supermarket, nieħu lil ibni miegħi. Hekk kif hu jara xkafef mimlija prodotti f’pakketti mimlija lwien, bi stampi tal-karattri favoriti tiegħu tal-cartoons, il-ħin kollu jkolli niċċekkja dawn il-prodotti biex nara li jkunu tajbin għat-tfal.”

 

 

 

 

 

 

“Għat-tfal, il-ħwienet huma mimlijin tentazzjoni.”

- Svenja Weber

Mikko Kontiainen

Laboratorju Doganali

Il-Finlandja

“Ir-responsabbiltà tiegħi hi li nittestja ġugarelli u prodotti oħra tal-konsumaturi. Meta l-flixkun tal-meraq wasal fil-laboratorju, għamilt it-testijiet fuq il-ġugarell sorpriża. Filwaqt li l-ġugarell kien jidher li ma jagħmilx ħsara, ma kienx jilħaq l-istandards tagħna tas-sigurtà. Kien żgħir wisq, u faċilment seta’ jinbela’.

 

 

 

“Ir-riskju kien li tifel jew tifla żgħar setgħu jifgaw.”

- Mikko Kontiainen

Jonna Neffling

Dwana

Il-Finandja

“Meta rċevejna r-riżultati tal-laboratorju, aħna immedjatament imblukkajna l-fliexken tal-meraq fil-maħżen tad-distributur. Imbagħad ħriġna twissija mal-Ewropa kollha. Sa Marzu 2018, kienu nqerdu 24,770 flixkun taħt is-superviżjoni tal-Finlandja biss.”

 

 

 

 

 

“Kull sena noħorġu madwar 30 jew 40 twissija.”

- Jonna Neffling

Simone Wagner

L-Istitut tal-Istandardizzazzjoni, l-Akkreditazzjoni, is-Sigurtà u l-Kwalità tal-Prodotti u tas-Servizzi

Il-Lussemburgu

“Meta jiġi identifikat prodott perikoluż, aħna naqsmu l-informazzjoni mad-distributuri nazzjonali tagħna u mal-kollegi Ewropej tagħna. Wara t-twissija tal-Finlandja, l-aġenti fin-netwerk tagħna skoprew li l-flixkun tal-meraq diġà kien fil-Lussemburgu. Ittestjajnieh aħna stess, u d-distributur tagħna neħħih mill-ixkafef.” 

“Eżatt kif nirċievu allerta dwar prodott perikoluż, nagħmlu dak kollu possibbli sabiex nipproteġu lill-konsumaturi.”

- Simone Wagner

Kont taf?

Sistema ta’ twissija rapida għal prodotti mhux tal-ikel perikolużi

Meta jiġi skopert prodott li mhuwiex sikur fil-fruntieri tal-Ewropa jew fl-Ewropa stess, tintbagħat allerta lil 31 pajjiż Ewropew (it-28 Stat Membru tal-UE, flimkien mal-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja) sabiex ikunu jistgħu jneħħuh mill-ħwienet malajr. 

Tneħħija miċ-ċirkolazzjoni

Fl-2017, 29% tal-allerti kienu jikkonċernaw ġugarelli, u nstab li kważi nofshom kienu jippreżentaw riskju ta’ fgar għat-tfal. Oġġetti oħrajn tat-tfal, bħal seats tal-karozza, gażażi jew ħrieqi, ukoll jikkostitwixxu numru kbir ta’ allerti.

5.97 miljun

In-numru ta’ oġġetti li bihom jilagħbu t-tfal li tneħħew miċ-ċirkolazzjoni fl-2017.

50/50

Fl-2017, madwar nofs l-allerti rriżultaw fi tneħħija miċ-ċirkolazzjoni.

Kun INTELLIĠENTI u SIKUR meta tixtri onlajn

Kun af id-drittijiet tiegħek bħala konsumatur u ffamiljarizza ruħek ma’ pariri dwar kif tixtri prodotti sikuri onlajn.

MIN HUMA L-EROJ L-OĦRAJN LI QED JIPPROTEĠUNA MILL-PRODOTTI PERIKOLUŻI?

Xi wħud minnhom jistgħu anki ma jkunux mill-pajjiż tiegħek.

Jeżisti network ta’ eroj lokali, li tlaqqgħu flimkien mill-UE, u li jaħdmu flimkien sabiex iħarsuna minn prodotti li mhumiex sikuri, mill-kriminalità ċibernitika, mill-mard rari u ħafna aktar minn hekk. Minn uffiċjali tad-dwana sa persuni li jimmonitorjaw is-sikurezza tal-prodotti, u operaturi tas-satelliti sa tobba, skopri kif l-UE tappoġġja lill-eroj lokali f’pajjiżek.