EU PROTECTS > L-Ambjent Tagħna > Xibka ta’ sigurtà għall-fkieren tal-baħar: Kif l-UE qed tgħin fil-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar tagħna

“Il-konservazzjoni tal-fkieren tal-baħar tikkonċerna l-preservazzjoni ta’ din l-ispeċi fil-periklu u r-rwol kritiku tagħha fl-ekosistemi tal-baħar b’saħħithom li lkoll niddependu fuqhom.”

ANDREAS DEMETROPOULOS

Fl-ibħra tal-Mediterran u tal-Adrijatiku, il-fkieren tal-baħar għandhom sehem kruċjali fl-ekosistemi tal-baħar. Huma jgħinu jżommu l-qigħan tal-ħaxix tal-baħar b’saħħithom u jittrasportaw in-nutrijenti essenzjali lejn ix-xatt. Dawn il-kreaturi maestużi minn dejjem kienu vulnerabbli għal predaturi, iżda t-theddid tal-lum jirriżulta minn xbieki tas-sajd, skrejjen tad-dgħajjes u tniġġis. 

Riċerkaturi, NGOs u voluntiera minn madwar l-Ewropa qed jaħdmu bla heda biex jipproteġu l-fkieren tal-baħar - flimkien jimmonitorjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-popolazzjonijiet tal-fkieren tal-baħar u jintervjenu meta dawn ikunu f’periklu. 

Il-finanzjament tal-UE għall-konservazzjoni tal-fkieren tal-baħar jikkonċerna l-futur tal-ibħra u tal-pjaneta tagħna. 

Xibka ta’ sigurtà għall-fkieren tal-baħar: Kif l-UE qed tgħin fil-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar tagħna

Il-fkieren tal-baħar ilhom jabitaw id-Dinja għal madwar 100 miljun sena u huma importanti ħafna għas-saħħa tal-ibħra tagħna. L-UE qiegħda tappoġġja lir-riċerkaturi minn madwar il-kontinent biex jintraċċaw il-movimenti tagħhom u jipproteġu l-ħlejjaq li huma dejjem aktar taħt theddida.

Skrollja biex tkompli

Paolo Casale

L-Università ta’ Pisa

L-Italja

“Aħna nissorveljaw il-fkieren tal-baħar fiż-żoni tat-tagħlif u tat-tibjit tul ix-xtut Ewropej. L-appoġġ finanzjarju tal-UE tassew għenna biex nistudjaw speċi li hi essenzjali għall-ekosistema tal-baħar.”

“L-ebda proġett ieħor fuq din it-tema ma verament jgħaqqad lil riċerkaturi minn pajjiżi Ewropej differenti b’dan il-mod.”

 

 

 

 

 

 

 

“Ma tistax tipproteġi l-popolazzjoni tal-fkieren mingħajr ma jkollok għarfien tal-movimenti tagħhom.”

 - Paolo Casale

Dr. Draško Holcer

Il-Mużew Kroat tal-Istorja Naturali

Il-Kroazja

“It-tramuntana tal-Adrijatiku hi żona ewlenija fejn isir it-tmigħ għall-fkieren tal-baħar. Bl-appoġġ tal-UE, qed insibu modi kif nużaw id-dwal LED bħala għodda biex innaqqsu l-qbid tal-fkieren tal-baħar fix-xbieki tas-sajd.”

“Aħna rridu nippromwovu din it-teknoloġija fost is-sajjieda, flimkien ma’ miżuri oħra ta’ konservazzjoni fiż-żona.” 

 

 

“Ħafna sajjieda jifhmu li l-fkieren tal-baħar jeħtieġu l-għajnuna tagħna.”

 - Dr Drasko Holcer

Eirini Kasimati

ARCHELON – Soċjetà tal-Greċja għall-Protezzjoni tal-Fekruna tal-Baħar

Il-Greċja

“Hemm numru tat-telefon fejn in-nies jistgħu jċemplu meta tinstab fekruna feruta - il-linja hi miftuħa 24 siegħa kuljum.” 

“Il-fekruna tinġieb hawn fiċ-ċentru ta’ salvataġġ b’xarabank, b’lanċa u xi drabi anki bl-ajruplan.”

 

 

 

 

“Xi drabi, il-fkieren jibqgħu magħna għal ftit xhur jew anki għal sena.”

 - Eirini Kasimati

Andreas Demetropoulos

Soċjetà tal-Ħajja Selvaġġa ta' Ċipru

Ċipru

“L-interess tiegħi fil-fkieren tal-baħar beda fis-snin 70. Ħabbejthom malli rajthom għall-ewwel darba! Il-proġett tagħna beda b‘tim żgħir, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fil-Mediterran. Naħseb li l-konservazzjoni tal-fkieren hi importanti, u hi parti importanti mill-isforzi globali għall-konservazzjoni tal-bijodiversità."

 

 

 

 

 

 

“Mill-2012 ’l hawn, qed naraw ħafna aktar fkieren ibejtu f’Ċipru.”

 - Andreas Demetropoulos

Kont taf?

132,000

In-numru ta’ fkieren tal-baħar li jinqabdu fix-xbieki tas-sajd fil-baħar Mediterran kull sena

12,000

In-numru ta’ kilometri li fekruna mara jista’ jkun li tivvjaġġja kull sentejn jew tlieta sabiex tirritorna lejn il-bajja li fiha tkun faqqset. U huwa fuq din l-istess bajja li l-fekruna tbid il-bajd tagħha ladarba tkun adulta

LIFE EUROTURTLES

Kif jindika ismu, il-proġett tal-UE huwa sforz konġunt sabiex jiġi ssalvagwardjat il-futur tal-fkieren tal-baħar fil-Lvant tal-Mediterran (bl-involviment ta’ sitt pajjiżi tal-UE - l-Italja, Malta, is-Slovenja, il-Kroazja, Greċja, Ċipru) immexxi mill-Mużew tal-Istorja Naturali tal-Kroazja u appoġġjat minn organizzazzjonijiet bħal ARCHELON

Tiddisturbax

In-network tal-UE Natura 2000 jindika u jissalvagwardja żoni madwar l-Ewropa sabiex jiżgura l-benesseri għal tul ta’ żmien tal-aktar speċijiet fl-Ewropa li jinsabu f’periklu u l-ħabitats tagħhom. In-network jinkludi l-bajjiet fil-Lvant tal-Mediterran - li huma postijiet fejn jgħammru l-fkieren Loggerhead.

Servizz essenzjali għall-ibħra tagħna

L-UE kkofinanzjat 120 proġett, li mmobilizzaw fondi li laħħqu t-320 miljun ewro, u li kienu jiffukaw fuq l-benesseri tal-ibħra u l-oċeani tagħna.

Il-protezzjoni ta’ speċijiet rari

Permezz ta’ finanzjament mill-UE, l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura kkumpilat Lista Ħamra Ewropea ta’ speċijiet Ewropej li jinsabu fil-periklu sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni ta’ konservazzjoni xierqa sabiex jittejjeb l-istatus tagħhom.

MIN HUMA L-EROJ LOKALI LI QED JIPPROTEĠU L-AMBJENT?

Xi wħud minnhom jistgħu anki ma jkunux mill-pajjiż tiegħek.

Jeżisti network ta’ eroj lokali, li tlaqqgħu flimkien permezz tal-UE, u li qed jaħdmu sabiex jipproteġuna mit-theddid ambjentali, it-tniġġis, it-telfien ta’ speċi li jinsabu f’periklu u aktar minn hekk. Minn konservazzjonisti sa uffiċjali tad-dwana, u uffiċjali tas-sigurtà tal-ikel sa skwadri ta’ rispons f’każijiet ta’ għargħar, skopri kif l-UE tappoġġja l-eroj lokali f’pajjiżek.