EU PROTECTS > L-Ambjent Tagħna > Is-sinjal ta’ diffikultà: Kif l-Ewropa ngħaqdet flimkien fil-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti fl-Italja

“Qatt ma rajt diżastru bħal dan.”

Luca Capasso

Fis-sajf tal-2017, ir-raħal Taljan ta’ Ottaviano kien mhedded min-nirien fil-foresti ġejjin min-naħa tal-muntanji. Bis-servizzi nazzjonali tagħna użati kollha kemm huma, l-Italja talbet lill-UE tidħol fix-xena u titlob għajnuna mingħand pajjiżi Ewropej oħra. Fi żmien ftit sigħat Franza wieġbet is-sejħa, u l-ajruplani dlonk telqu biex isalvaw il-ħajjiet u d-djar.

Ara l-filmat

Is-sinjal ta’ diffikultà: Kif l-Ewropa ngħaqdet flimkien fil-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti fl-Italja

Meta n-nirien fil-foresti qabdu joqorbu bla heda lejn ir-raħal ta’ Ottaviano f’Lulju 2017, l-awtoritajiet Taljani daru lejn l-UE għall-għajnuna.

Skrollja biex tkompli

EU Protects: Kif l-Ewropa ngħaqdet flimkien biex tiġġieled in-nirien fil-foresti

Luca Capasso

Sindku ta’ Ottaviano

L-Italja

“Is-sitwazzjoni kienet serja ħafna. Is-servizz tad-difiża ċivili reġjonali u t-taqsima tat-tifi tan-nar ma setgħux jilħqu n-nirien qrib Ottaviano għaliex dan jinsab f’wied. L-ajruplani tagħna sempliċiment ma kinux mgħammra għal emerġenza ta’ dan it-tip.” 

“Bis-saħħa tal-assistenza tal-UE, malajr ġew jagħtuna daqqa t’id ajruplani Franċiżi tat-tifi tan-nar.” 

 

 

 

 

 

 

 

“Mingħajr l-għajnuna minn Franza, kien ikun impossibbli li jitwaqqfu n-nirien.”

 - Luca Capasso

Paolo Vaccari

L-Awtorità tal-Protezzjoni Ċivili

L-Italja

“L-2017 kienet sena ħażina ħafna għan-nirien fil-foresti, u Lulju kien xahar eċċezzjonalment ħażin. Iddeċidejna li nibagħtu talba liċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Emerġenzi fi Brussell, li kkoordina r-rispons u kopra l-ispiża biex tintbagħat l-għajnuna lejn l-Italja.”

 

 

 

“It-tbassir tat-temp ma kienx jawgura affarijiet tajbin. Għaldaqstant, peress li kienu qed jiżdiedu n-nirien fil-foresti, tlabna l-għajnuna.” 

 - Paolo Vaccari

Michal Miadok

Slovakk, Ċentru ta’ Koordinazzjoni għar-Rispons ta’ Emerġenza, Kummissjoni Ewropea

Il-Belġju

“Jien kont wieħed mit-3 uffiċjali għassa meta rċivejna t-telefonata mill-Italja. Franza mmobilizzat 2 ajruplani Canadair tat-tifi tan-nar minnufih.” 

“Dak li nagħmlu aħna. Jekk ikun hemm emerġenza f’xi post fl-UE, bħal nar f’foresta jew terremot, inkunu hawn biex ngħinu. Minnufih inwissu lill-pajjiżi kollha tal-UE.”

 

 

 

 

“Jekk ikun hemm emerġenza, ikollok bżonn l-għajnuna. Aħna qegħdin hawnhekk għalhekk.” 

 - Michal Miadok

Lucia Luzietti

Is-Servizz ta’ Ġestjoni ta’ Emerġenzi ta’ Copernicus

L-Italja

“Jiena bbażata fl-Italja iżda nara t-tim tal-immappjar tagħna bħala komunità verament Ewropea. Intlabt nimmappja ż-żoni fin-Nofsinhar tal-Italja milquta min-nirien fil-foresti.” 

“Is-satellita tagħna ħadet l-immaġni taż-żona u l-mapep kienu għand l-awtoritajiet Taljani fi żmien ftit sigħat. Imbagħad it-tim tat-tifi tan-nar fuq il-post irċieva d-data u kien jaf eżattament fejn għandu jiffoka l-isforzi tiegħu.”

“Aħna nistgħu niġu kkuntattjati 24/7 u qatt ma nieqfu naħdmu.”

 - Lucia Luzietti

Eric Guerin

Bdot, Awtorità tas-Sigurtà Ċivili

Franza

“Meta tasal fuq il-post m’għandekx ħin għal affarijiet oħra - sempliċiment taħdem. F’Lulju 2017, soqt Canadair CL415 mill-bażi tiegħi f’Nîmes għall-Italja. F'Lulju 2017, tajjart Canadair CL415 mill-bażi tiegħi Nîmes għall-Italja. Kont parti mir-rispons Franċiż li kien jinkludi 2 ajruplani.” 

“Qattajna l-ġurnata kollha niġġieldu n-nirien fir-reġjun, inkluż fir-raħal ta’ Ottaviano.”

 

 

 

 

 

“L-imsieħba Ewropej tagħna kieku kienu jagħmlu l-istess għalina.”

 - Eric Guerin

Kont taf?

It-talba għall-għajnuna

Meta pajjiż ikollu bżonn ta’ għajnuna esterna - bħal fil-każ tal-Italja f’Lulju 2017 - is-sistema Ewropea ta’ allerta (il-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili Ewropew) tista’ tiġi attivata mill-awtoritajiet nazzjonali fiż-żoni milqutin

Iċ-ċentru ta’ kontroll

Il-qalba operazzjonali ta’ dan il-Mekkaniżmu huwa ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għal Rispons ta’ Emerġenza (ERCC), li jirċievi talbiet għall-għajnuna u jiżgura rispons mgħaġġel 

17

In-numru ta’ drabi li l-Mekkaniżmu ġie attivat għan-nirien fil-foresti fl-2017. Intbagħtet għajnuna 10 darbiet lejn il-Portugall, l-Italja, il-Montenegro, Franza u l-Albanija 

800,000 ettaru

L-ammont totali ta’ art li nħarqet minn nirien fil-Portugall, fl-Italja u fi Spanja fl-2017

222

In-numru ta’ mapep li tħejjew mis-Servizz ta’ Ġestjoni tal-Emerġenzi Copernicus (EMS) għal sitt pajjiżi Ewropej tul is-sajf tal-2017

MIN HUMA L-EROJ LI QED JIRRISPONDU F’KAŻIJIET TA’ DIŻASTRU?

Xi wħud minnhom jistgħu anki ma jkunux mill-pajjiż tiegħek.

Jeżisti network ta’ eroj lokali, li tlaqqgħu flimkien permezz tal-UE, u li qed jaħdmu flimkien sabiex jipproteġuna mid-diżastri, mill-attività kriminali, mill-effetti tat-tibdil fil-klima u minn ħafna aktar minn hekk. Minn piloti sa prosekuturi, u konservazzjonisti sa uffiċjali tad-dwana, skopri kif l-UE tappoġġja lill-eroj lokali f’pajjiżek.