EU PROTECTS > L-EROJ HUMA AKTAR QRIB MILLI TAĦSEB

L-EROJ HUMA AKTAR QRIB MILLI TAĦSEB

Hemm eroj tal-ħajja ta’ kuljum kullimkien. F’kull komunità, f’kull reġjun, f’kull pajjiż fl-UE u x-xogħol tagħhom għandu impatt qawwi. Hija l-UE li tagħmilha possibbli biex dawn l-eroj jingħaqdu flimkien biex jindirizzaw il-problemi li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, kemm jekk ikunu kriminalità organizzata jew tibdil fil-klima.

Flimkien jiffurmaw netwerk vast ta’ persuni responsabbli biex iżommu l-Ewropa sigura. Skopri min huma u x’jagħmlu billi taqra aktar dwar l-eroj tal-ħajja ta’ kuljum f’pajjiżek.