L-Ambjent Tagħna

X’tip ta’ dinja tixtieq għal uliedek?

L-azzjonijiet tagħna kellhom impatt serju fuq il-pjaneta. Iżda l-UE qed tħejji standards għal azzjoni internazzjonali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, għall-protezzjoni tal-ispeċi mhedda, għas-salvagwardja tal-foresti u għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja u tal-ilma. Flimkien jista’ jkollna sehem fil-protezzjoni tal-ambjent, iżda l-UE qed tieħu azzjoni konkreta sabiex tappoġġja lill-eroj ta’ kuljum li qed jiġġieldu għall-ambjent tagħna. Iltaqa’ mal-eroj li qed jipproteġu lill-Ewropej mill-perikli tal-lum u r-riskji ta’ għada. 

Id-difiża kontra d-diżastri

Negħlbu l-maltempata: Kif l-UE appoġġjat lill-Irlanda fil-ġlieda kontra l-għargħar

Fix-xitwa tal-2015-16, l-Irlanda esperjenzat uħud mill-agħar għargħar f’għexur ta’ snin. Ix-xita bdiet nieżla qliel hekk kif sensiela ta’ maltempati laqtu l-Punent, in-Nofsinhar u l-intern tal-pajjiż. Skopri kif is-servizzi ta’ twissija bikrija u ta’ monitoraġġ tal-UE għenu lill-Irlanda tindirizza l-għargħar enormi u żammew lin-nies sikuri.

Sir af aktar

Is-Soċjetà Tagħna

Kif nistgħu nipproteġu l-komunitajiet li bnejna?

Mill-għoti ta’ appoġġ lil negozji li tassew jistinkaw fil-viċinat tiegħek sal-għoti ta’ pariri dwar kif tista’ tieħu ħsieb il-flus imġemmgħin, minn ħidma sabiex ikun żgurat li kumpaniji kbar iħallsu s-sehem dovut tagħhom ta’ taxxa sal-ġlieda kontra effetti negattivi oħrajn tal-globalizzazzjoni, skopri kif l-UE tiffaċilita l-ħajja għall-eroj ta’ kuljum sabiex dawn ikunu jistgħu jissalvagwardjaw dak kollu li huwa tassew importanti għalik.

Il-ġlieda kontra l-faqar

Il-ħarba mill-faqar enerġetiku: Kif l-UE qed tiżgura li l-familji ma jitħallewx barra fil-kesħa

Fl-UE kollha, ħafna familji qed iħabbtu wiċċhom mal-ispejjeż tal-enerġija. Xi wħud ma jistgħux isaħħnu darhom b’mod adegwat, u dan jaffettwa s-saħħa, il-benesseri u l-kapaċità tagħhom li jaħdmu. L-UE tiffinanzja proġetti li qed jgħinu fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku – kif esperjenzat familja fil-Litwanja.

Esplora l-istorja

L-EROJ ĠIRIEN

Tafhom lill-eroj tal-lokal tiegħek?

Ħafna persuni ma jirrealizzawx x’impatt għandhom - wara kollox, huma membri tal-komunità bħal ħaddieħor. Iżda fix-xogħlijiet tagħhom għandhom rwol importanti fil-protezzjoni tal-viċinat tagħhom.
  
Dawn huma eroj lokali, u grazzi għall-ħidma tagħhom nistgħu nkomplu ngħixu ħajjitna mħarsin mill-perikli.