Drittijiet soċjali

Tajjeb!
Nieħdu gost naraw li għandek passjoni dwar
Drittijiet soċjali
Ara l-passjonijiet kollha
ID-DRITTIJIET TAX-XOGĦOL TIEGĦI. ĦAJTI.

Vaganzi mħallsa, leave tal-maternità, u benefiċċji oħrajn meta taħdem fl-UE

Serħan u rilassament

Kulħadd għandu bżonn xi ftit mistrieħ kull tant żmien. Irrispettivament minn jekk nixtieqx inqatta' l-vaganza tiegħi hiking fil-Black Forest, nilgħaq ix-xemx f'Lisbona, jew sempliċiment nitgeddes bi ktieb tajjeb id-dar, il-fatt li għandi impjieg fl-UE jintitolani għal minimu ta' 4 ġimgħat ta' leave bil-ħlas. Kulma għandi bżonn nagħmel huwa li nagħżel kif nużah!

KOLLOX JISTA'JINQALA'

Il-ħajja għandha ħabta tagħtina sorpriżi koroh. Ksirt idi? Imradt għall-għarrieda? Tlift ix-xogħol? Tkun xi tkun l-isfortuna, il-fatt li jien ċittadin tal-UE jintitolani għal protezzjoni tas-sigurtà soċjali bħal ħlas għall-mard jew benefiċċji tal-qgħad. L-UE daħħlet fis-seħħ miżuri ta' sigurtà sabiex jgħinuni ngħaddi minn kwalunkwe perjodu ta' diffikultà, anki jekk ngħix f'pajjiż ieħor tal-UE.

XOGĦOL MID-DISGĦA SAL-ĦAMSA

Jien inqatta' ħafna ħin ix-xogħol, għalhekk l-UE teħtieġ li min-naħa tiegħu, l-impjegatur tiegħi jirrispetta d-drittijiet tiegħi. Għandu jħallasni b'mod ġust, jipprovdi kundizzjonijiet tax-xogħol siguri u diċenti, u ma jġegħelnix naħdem aktar minn 48 siegħa f'perjodu ta' 7 ijiem. Huwa d-dritt tiegħi li naħdem f'ambjent pjaċevoli, u b'mod li ma jġiegħelnix ngħejja.

IL-FAMILJA IMPORTANTI

Ir-rwol ta' ġenitur huwa xogħol full-time, iżda jien jimpurtani wkoll mill-karriera tiegħi. Irrid insib il-bilanċ it-tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tiegħi. Skont il-liġi tal-UE, in-nisa u l-irġiel huma intitolati li jieħdu 4 xhur ta' leave tal-ġenituri, u n-nisa tqal kollha huma intitolati għal tal-inqas 14-il ġimgħa leave tal-maternità mħallas. U dan mhux kollox: il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta biex ittejjeb aktar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja biex l-Ewropa tkompli tkun post fejn wieħed jaħdem kuntent u fejn is-saħħa tal-ħaddiem tkun imħarsa.

UGWALJANZA ESSENZJALI

Taħseb li mhijiex ħaġa ġusta jekk kollega jitla' s-sellum tal-karriera malajr sempliċiment bħala riżultat tas-sess tiegħu/tagħha? Anki l-UE taħseb hekk. Opportunitajiet indaqs kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa hija xi ħaġa li l-UE tistenna min-negozji kollha. Kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel għandhom ukoll id-dritt għal paga ugwali għal xogħol ugwali.

MOĦĦHA FIJA

Mill-kompjuters sas-siti tal-kostruzzjoni, niltaqgħu ma' ħafna riskji fil-ħajja tax-xogħol tagħna li potenzjalment jistgħu jippreżentaw theddida kuljum. Sabiex nibqgħu siguri fuq il-post tax-xogħol, l-UE daħħlet fis-seħħ rekwiżiti ta' sigurtà. Dawn jistgħu jkunu xi ħaġa sempliċi bħal li jintlibes elmu protettiv jew li jiġi żgurat li t-tagħmir elettriku jiġi ttestjat; jew jistgħu jinvolvu korsijiet ta' taħriġ u kondiviżjoni tal-għarfien. Ikun xi jkun, dan ifisser li jien nista' nagħmel xogħli mingħajr ma nipperikola s-sigurtà tiegħi.

Kif taħdem

Inġinier, assistent f'ħanut, professur, infermier jew plumber: irrispettivament kif naqla’ l-għajxien tiegħi, jekk naħdem fl-UE għandi d-dritt niġi ttrattat b’mod ġust. Id-drittijiet tiegħi – bħal li jkolli erba’ ġimgħat vaganzi jew li nirċievi benefiċċji tas-sigurtà soċjali jekk nitlef l-impjieg tiegħi bħala impjegat – kollha huma stabbiliti fil-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali u fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-protezzjoni li tipprovdi l-UE tgħinni naffronta kwalunkwe sorpriża li titfaċċa fil-ħajja tax-xogħol tiegħi.

    Kont taf?

    245.8 miljun

    /euandme/file/739_mtworking-rights.png

    In-numru ta' nies li għandhom bejn 15 u 74 sena li jaħdmu jew li qed ifittxu x-xogħol fl-UE.

    70

    /euandme/file/738_mtworking-rights2.png

    In-numru ta' biċċiet ta' leġiżlazzjoni tal-UE li jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema.

    19.1%

    /euandme/file/737_mtworking-rights3.png

    L-ammont medju ta' PDG li jintnefaq fuq il-protezzjoni soċjali, bħal-leave tal-ġenituri jew il-ħlas għall-mard, fl-UE fl-2016.

    48

    /euandme/file/736_mtworking-rights4.png

    In-numru massimu ta' sigħat li ħaddiem fl-UE jista' jaħdem fuq medja fi kwalunkwe perjodu ta' 7 ijiem.

    4 ġimgħat

    /euandme/file/735_mtworking-rights5.png

    Il-perjodu minimu ta' leave bi ħlas garantit għal kull ħaddiem fis-sena.

    Director's Video

    /euandme/file/22736_mtThe Shape: film qasir ta' #EUandME taħt id-direzzjoni ta' Jaco Van Dormael

    The Shape, b'direzzjoni ta' Jaco Van Dormael

    Hemm maltempata fil-qrib. Meta sħaba sewda faħam tibla' villaġġ żgħir, ir-residenti jiskopru li din tista' tfisser aktar mis-sempliċi tmiem tas-sema blu kif jafuha.

    /euandme/file/22736_mtThe Shape: film qasir ta' #EUandME taħt id-direzzjoni ta' Jaco Van Dormael

    /euandme/file/22737_mtThe Shape: it-trejler uffiċjali ta' #EUandME

    /euandme/file/22738_mtWara l-kwinti ta' The Shape: film qasir ta' #EUandME

    The Shape MT
    Stejjer #EUandME

    The story of Cedric

    #EUandME Thanks to an EU initiative, Cedric was able to travel abroad to volunteer and teach children how to play football and achieve self-fulfilment.

    X'affarijiet oħra għandek passjoni għalihom?

    Avventurier qalbieni jew gwerrier favur l-ambjent?

    X'se tagħmel bil-vaganza li ħallast?

    Se nivvjaġġa mas-seba' ibħraFil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima m'hemmx vaganzi

    Il-persuni li huma interessati fid-drittijiet tax-xogħol jinteressahom ukoll: