It-tmexxija tan-negozju tiegħek

Tajjeb!
Nieħdu gost naraw li għandek passjoni dwar
Mexxi n-negozju tiegħek
Ara l-passjonijiet kollha
IN-NEGOZJU TIEGĦI. ĦAJTI.

Ibda, immaniġġja u kabbar negozju b'appoġġ mill-UE

SUQ UNIKU, POTENZJAL BLA LIMITU

X'irrid nagħmel jekk irrid niftaħ negozju bħala barbier fil-Belġju, jew naħdem bħala konsulent fil-Kroazja? Mela, fejn jidħol in-negozju fl-UE, ma jeżistux fruntieri. Is-Suq Uniku jippermettili noffri l-prodotti jew is-servizzi tiegħi lil aktar minn 500 miljun konsumatur. L-oġġetti, il-persuni u l-kapital jistgħu jiċċaqilqu b'mod liberu bejn il-pajjiżi, għalhekk jien nista' nsegwi l-ambizzjonijiet tan-negozju tiegħi lejn kull fejn imexxuni.

IL-FINANZJAMENT: KIF TFITTXU U SSIBU

Il-ftuħ ta' negozju mhux bilfors ifisser li jkolli niżbanka. Jekk ikolli idea brillanti, l-UE tkun tista' tipprovdili l-appoġġ finanzjarju li jkolli bżonn permezz ta' firxa wiesgħa ta' inizjattivi lokali, reġjonali u nazzjonali. Kemm jekk inkun se niftaħ negozju ġdid, jew niżviluppa wieħed li diġà jeżisti, nista' napplika għall-għajnuna minn self, mikrofinanzjament, garanziji u kapital ta' riskju appoġġjati mill-UE.

SUĠĠERIMENTI SIEWJA

Fejn għandi nfittex għal parir sod? In-Network Enterprise Europe, l-akbar network ta' appoġġ għal negozji żgħar u ta' daqs medju b'ambizzjonijiet internazzjonali, jista' jlaqqagħni ma' espert b'esperjenza li jifhem il-mudell tan-negozju tiegħi. Huma jistgħu joħolqu pjan ta' azzjoni u jgħinuni nifhem kollox, mill-finanzi sal-proprjetà intellettwali. Jistgħu jgħinuni wkoll insib sħab internazzjonali sabiex inkabbar u nespandi n-negozju tiegħi barra mill-pajjiż.

Ħu vantaġġ

Nista' wkoll nitgħallem mill-professjonisti. Jekk dan l-aħħar għadni kif bdejt in-negozju tiegħi stess, jew qed infittex li nagħmel dan dalwaqt, jien eliġibbli għal taħriġ fuq il-post tax-xogħol ma' negozju żgħir stabbilit fi kwalunkwe post fl-UE. L-iskema Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ se tagħtini esperjenza ta' swieq Ewropej oħra, li tista' tgħin lill-impriża l-ġdida tiegħi tiżviluppa.

UĠIGĦ TA' RAS TA' AMMINISTRATUR?

Mhux meta nkun qed nirreġistra n-negozju tiegħi f'pajjiż tal-UE: il-proċess jista' jitlesta online. Barra minn hekk, l-UE tħeġġeġ lill-pajjiżi jirreġistraw negozji bħal tiegħi fi żmien 3 ijiem bi spiża ta' anqas minn €100. L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar tal-UE jipprova jtejjeb l-intraprenditorija fl-Ewropa billi jissimplifika l-ambjent regolatorju u tal-politika għan-negozji ż-żgħar, u jneħħi l-ostakli li jkun fadal għall-iżvilupp tagħhom. Għalhekk, mingħajr ħafna inkwiet dwar munzelli ta' karti, nista' nwaqqaf in-negozju tiegħi b'mod sempliċi u mingħajr tbatija.

 

Kif taħdem

Bħala waħda mill-akbar ekonomiji tad-dinja, l-UE hija l-post perfett biex tibda jew tkabbar negozju. Is-Suq Uniku jfisser li l-UE titqies bħala żona kbira waħda, għalhekk irrid niddeċiedi biss f’liema pajjiż jew pajjiżi nixtieq nagħmel negozju. Kważi n-negozji Ewropej kollha huma żgħar jew ta' daqs medju u aktar minn 9 minn kull 10 huma mikro-intrapriżi (b'fatturat annwali ta' anqas minn €2 miljuni). Għal dik ir-raġuni, il-politika tal-UE hi ddisinnjata biex tgħin tali negozji jikbru. Din tidentifika u tindirizza l-problemi ewlenin li dawn jaffaċċjaw, bħaż-żmien li jittieħed sabiex tiġi stabbilita intrapriża.Barra minn dan, l-UE tista’ tagħtini dak li għandi bżonn sabiex nisfrutta bl-aħjar mod l-idea tan-negozju tiegħi - mill-finanzjament għall-ikkowċjar, u minn netwerks tan-negozju għal skemi ta’ skambju. 

    Kont taf?

    25%

    /euandme/file/728_mtbusiness-help.png

    il-perċentwal tal-PDG li jiġi ġġenerat mill-moviment liberu tal-merkanzija fi ħdan l-UE.

    €2.3 biljun

    /euandme/file/727_mtbusiness-help2.png

    tal-baġit tal-UE huwa allokat speċifikament sabiex ikunu appoġġjati l-intrapriżi żgħar u medji sal-2020.

    Espansjoni internazzjonali

    /euandme/file/726_mtbusiness-help3.png

    In-negozju tiegħi jista' joffri l-oġġetti u s-servizzi tiegħu lil kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE mingħajr ma jkun ibbażat hemm. Kulma għandi bżonn huwa negozju li jeżisti minn qabel fil-pajjiż fejn ngħix.

    €25,000

    /euandme/file/725_mtbusiness-help4.png

    L-ammont massimu li nista' napplika għalih f'mikrokreditu sabiex nibda jew niżviluppa n-negozju tiegħi. Nista' napplika wkoll għal garanzija għal self sa €150 000 sabiex nappoġġja n-negozju tiegħi.

    €2.7 biljun

    /euandme/file/724_mtbusiness-help5.png

    Il-baġit tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, li jappoġġja proposti ambizzjużi u innovattivi.

    589,000

    /euandme/file/22131_mtfinding-job5.png

    In-numru ta' negozji żgħar u ta' daqs medju li mistennija jibbenefikaw minn aċċess imtejjeb għall-finanzi bħala riżultat tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), l-element bażiku tal-Pjan Juncker.

    Director's Video

    /euandme/file/21193_mtParty Animal: film qasir #EUandME dirett minn Yorgos Zois

    Party Animal, b'direzzjoni ta' Yorgos Zois

    Alex huwa żagħżugħ enerġetiku ta' 25 sena li lest jagħmel minn kollox biex ikompli jiżfen. Maqbud f'impjieg restrittiv, f'daqqa waħda jiġih mument ta' ispirazzjoni.

    /euandme/file/21193_mtParty Animal: film qasir #EUandME dirett minn Yorgos Zois

    /euandme/file/21194_mtParty Animal: it-trailer uffiċjali #EUandME trailer

    /euandme/file/21195_mtWara l-kwinti ta’ Party Animal: film qasir #EUandMe

    Stejjer #EUandME

    Digital inclusion for all

    Patrick de la Hamette, engineer, is working in the social security sector and wants to help others in a concrete and practical way. A few years ago, he started volunteering and co-founded a non-profit organisation to support digital inclusion. He had not realised how big and satisfying this project would become.

    You might want to read these

    The story of Loic

    #EUandME Thanks to the EU, he was able to get financial support to help set up a large kitchen and employ more people in his food business.

    The story of Teodor

    #EUandME Thanks to the EU, Teodor was able to set up his own business to accelerate inclusion in the tech industry. 

    Technology for everyone: A collective dream that generates low-cost offers

    When José was 19, he asked his parents for a smartphone, but they said no. As a result, he started searching for cheaper alternatives and decided to buy a second-hand mobile phone. Subsequently, he came up with the idea of creating Forall Phones, which allows everyone to access second-hand...

    X'affarijiet oħra għandek passjoni għalihom?

    X'għandek fuq nett fil-lista ta' dak li trid tagħmel?

    Liema hu l-aktar importanti għalik bħala sid ta' negozju?

    Inżomm id-data tal-klijent tiegħi 'il bogħod mill-perikluNagħti lill-impjegati tiegħi, iċ-ċans li jiżviluppaw fir-rwoli tagħhom

    Inti imprenditur żagħżugħ? Iċċekkja dawn: