L-Internet

Tajjeb!
Nieħdu gost naraw li għandek passjoni dwar
L-Internet
Ara l-passjonijiet kollha
IL-KONNESSJONI TIEGĦI. ĦAJTI.

Dur l-internet minn kull pajjiż fl-UE

WORLD WIDE WEB

Irrispettivament minn jekk hux biex inkellem lil sħabi jew nistrimja l-aħħar episodju tas-sensiela favorita tiegħi, fl-UE għandi d-dritt għal konnessjoni bażika tal-internet fid-dar. Kull fejn inkun, għandu jkun hemm tal-inqas fornitur tal-internet wieħed li jista' jagħtini aċċess għal konnessjoni ta' kwalità bi prezz affordabbli - dan hu magħruf bħala l-prinċipju ta' 'servizz universali'. Barra minn hekk, l-UE qed tinvesti 'il fuq minn €2 biljuni biex issaħħaħ il-broadband fl-oqsma rurali. Għalhekk jekk jien dieħel fir-Čechija, jew jekk qed intella' selfie minn Spanja, naf li nista' nuża l-aħjar konnessjoni possibbli tal-internet domestiku bi prezz fiss u affordabbli.

KONNESSJONI ĠUSTA

Qed tfittex l-aħbarijiet lokali jew informazzjoni dwar il-Kampjonat Ewropew li jmiss? Ikun xi jkun l-interess tiegħi, il-fornituri tas-servizz tal-internet fl-UE ma jistgħux idewmu jew jimblokkaw il-kontenut li naċċessa sabiex jippromwovu sit web fuq ieħor. Diment li n-network ikun legali, sigur u ma jkunx okkupat iżżejjed, nista' nagħżel li naqra, nara jew nilgħab li rrid.

DIVERTIMENT LIL HINN MILL-FRUNTIERI

L-UE temmen li l-fruntieri nazzjonali m'għandhomx iċaħħduni milli ngawdi film, album jew logħba tajba. Għalhekk, nista' naċċessa l-abbonamenti tiegħi għal servizzi ta' streaming online tal-vidjows u tal-mużika kull fejn nivvjaġġa fl-UE. Episodju ieħor biss, tgħid?

WiFi4EU

Qed tiċċekkja l-iskeda tal-ferrovija int u tivjaġġa? Jien nixtieq niddependi fuq Wi-Fi pubbliku bla ħlas minflok nuża l-ammont ta' data prezzjuż tiegħi. L-UE qed tinvesti €120 miljun biex tinstalla hotspots bla ħlas tal-Wi-Fi f'sa 8,000 lokalità differenti madwar l-Ewropa, sabiex ikolli konnessjoni kull fejn inkun.

NAĠĠORNAW RUĦNA

Kont taf li 44% tal-Ewropej li għandhom bejn is-16 u l-74 sena m'għandhomx ħiliet diġitali bażiċi? Barra minn hekk, 9 minn 10 impjiegi fil-futur se jkunu jirrikjedu dawn il-ħiliet diġitali. Biex nelimina d-diskrepanza bejn il-ħiliet u nkun ċert li ninsab ippreparat għad-dinja tax-xogħol t'għada, nista' naċċessa l-Inizjattiva tal-UE għal Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet, nieħu sehem f'korsijiet ta' taħriġ offruti mill-membri tal-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali, u nitgħallem aktar dwar it-teknoloġija u l-ikkowdjar f'waħda mill-eluf ta' avvenimentital-Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar. Jekk jiena student tal-università, nista' nagħmel it-Traineeship tal-Opportunità Diġitali f'pajjiż Ewropew ieħor u nikseb ħiliet diġitali avvanzati.

Kif taħdem

Il-liġijiet tal-UE jfissru li irrispettivament minn kemm iż-żona fejn ngħix tkun rurali jew remota, jekk hi fl-UE għandi aċċess garantit għall-aħjar konnessjoni tal-internet possibbli bi prezz raġonevoli. Nista’ naċċessa eluf ta’ hotspots tal-Wi-Fi b'xejn madwar l-Ewropa u nieħu s-servizzi ta’ abbonament tal-vidjows, tal-mużika, tal-logħob u tal-isports miegħi kull fejn immur.

    Kont taf?

    72%

    /euandme/file/635_mtinternet.png

    tal-Ewropej jużaw l-internet kuljum.

    90%

    /euandme/file/633_mtinternet2.png

    taż-żgħażagħ Ewropej (bl-età bejn 16-24 sena) jużaw networks tal-midja soċjali.

    53%

    /euandme/file/632_mtinternet3.png

    tal-Ewropej jibbukkjaw il-vjaġġ jew l-akkomodazzjoni jew il-biljetti online.

    46%

    /euandme/file/631_mtinternet4.png

    tal-Ewropej jużaw l-internet biex iċemplu jew jagħmlu telefonati bil-vidjow.

    50%

    /euandme/file/630_mtinternet5.png

    tal-Ewropej ta' bejn il-15 u d-39 sena jaħsbu li huwa importanti li, waqt li jkunu qed jivvjaġġaw, ikollhom aċċess għas-servizzi li abbonaw għalihom.

    Ikkonnettja

    /euandme/file/629_mtinternet6.png

    Jekk tinsab f'żona rurali mingħajr konnessjoni tal-internet, kellem lill-awtorità regolatorja nazzjonali tiegħek, li tista' tgħinek tmur online.

    Director's Video

    /euandme/file/21190_mtTa’ Waħdu: film qasir #EUandME dirett minn Tomasz Konecki

    Ta' Waħdu, b'direzzjoni ta' Tomasz Konecki

    Jan huwa bniedem li jgħix waħdu f'post deżert, f'kabina fil-muntanji Pollakki. Iżda meta d-destin jinterrompi l-istil ta' ħajja solitarja tiegħu, ikollu jfassal pjan sabiex jagħmel dak li tixtieq qalbu.

    /euandme/file/21190_mtTa’ Waħdu: film qasir #EUandME dirett minn Tomasz Konecki

    /euandme/file/21191_mtTa’ Waħdu: it-trailer uffiċjali #EUandME

    /euandme/file/21192_mtWara l-kwinti ta’ Ta’ Waħdu: film qasir #EUandMe

    Stejjer #EUandME

    Digital inclusion for all

    Patrick de la Hamette, engineer, is working in the social security sector and wants to help others in a concrete and practical way. A few years ago, he started volunteering and co-founded a non-profit organisation to support digital inclusion. He had not realised how big and satisfying this project would become.

    You might want to read these

    The story of Mounir

    #EUandME Thanks to the EU, Mounir was able to talk with equal terms with web giants across the world and progress Europe’s internet legislation.

    Technology for everyone: A collective dream that generates low-cost offers

    When José was 19, he asked his parents for a smartphone, but they said no. As a result, he started searching for cheaper alternatives and decided to buy a second-hand mobile phone. Subsequently, he came up with the idea of creating Forall Phones, which allows everyone to access second-hand...

    The Story of Kaya

    #EUandME Thanks to the EU she is able to run her business from anywhere due to speedy internet access and access training in order to improve her skills.

    X'affarijiet oħra għandek passjoni għalihom?