Id-drittijiet fundamentali

Tajjeb!
Nieħdu gost naraw li għandek passjoni dwar
Id-drittijiet fundamentali
Ara l-passjonijiet kollha
ID-DRITTIJIET TIEGĦI. ĦAJTI.

Ngħix f'soċjetà demokratika li tiggarantixxi l-ugwaljanza u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet tiegħi.

Magħquda fid-diversità

Aħna lkoll differenti - dak li jagħmel il-ħajja interessanti. Peress li ngħix fl-UE, nista' ngħix ħajja libera u ugwali, irrispettivament mis-sess, l-età, id-diżabbiltà, ir-reliġjon, l-etniċità jew l-orjentazzjoni sesswali tiegħi.

Inħeġġuk titkellem

Irrispettivament jekk qiegħedx nikteb tweet dwar film ġdid, nirrakkonta lil ħabib tiegħi dwar ir-reliġjon tiegħi, jew nitkellem dwar protesta li nkun rajt fuq l-aħbarijiet, l-opinjoni tiegħi tiswa u jien intitolat li nsemmagħha. Hekk taħdem id-demokrazija. Il-libertà tal-espressjoni hija l-pedament tal-UE, u kull fejn ngħix, jien għandi d-dritt li nitkellem dwar l-ideat u t-twemmin tiegħi.

Friska mill-istampar

Inġib minn fejn inġib l-aħbarijiet tiegħi - irrispettivament jekk hux online, fuq it-TV jew minn gazzetta - kull mezz tal-midja huwa liberu li jirrapporta l-avvenimenti attwali b'mod preċiż - ikun kemm ikun kritiku ta' politika jew partit politiku. Dan jippermettili niżviluppa opinjonijiet informati dwar avvenimenti politiċi, kwistjonjijet tal-konusmatur u t-tip ta' soċjetà li rrid ngħix fiha. Fortunatament, il-Kummissjoni qed taħdem bi pjattaformi bħal Facebook u Twitter biex trażżan id-diskors ta' mibegħda online u t-terroriżmu, b'hekk jekk ninnota xi ħaġa illegali, nista' nirrapportaha u huma jneħħu l-post.

Ġust u xieraq

L-affarijiet mhux dejjem jimxu skont il-pjan, iżda f'dawn is-sitwazzjonijiet, naf li l-UE qiegħda hawn biex tiżgura li tinstab soluzzjoni imparzjali. Għandi d-dritt għal ġustizzja u għal proċess ġust, u nista' naċċessa dokumenti u rekords miżmuma mill-korpi tal-UE. Nista' wkoll inressaq kull każ quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jekk inħoss li jkun hemm lok għal tħassib dwar il-legalità ta' att, li s-setgħa tkun intużat b'mod ħażin, jew li organizzazzjoni turi nuqqas ta' kompetenza. U jekk inħoss li ma nkunx qiegħed/qiegħda niġi ttrattat/a b'mod ġust minn istituzzjoni Ewropea, jien nista' nressaq il-każ tiegħi quddiem l-Ombudsman.

Naħdmu flimkien, b'mod ġust

Il-post tax-xogħol jista' jkun stressanti xi drabi, għalhekk ikolli moħħi mistrieħ li nkun naf li l-UE qed tipproteġi d-drittijiet tiegħi meta nkun hemm. Jekk inħoss li nkun qed niġi ttrattat differenti fuq ix-xogħol - forsi minħabba r-reliġjon jew l-orjentazzjoni sesswali tiegħi - allura nista' nikkuntattja lill-korp nazzjonali tal-ugwaljanza tiegħi, trade union, jew lil kwalunkwe organizzazzjoni nongovernattiva rilevanti, li tkun tista' tgħinni. Id-drittijiet tal-UE jfissru li jien għandi niġi trattat bl-istess mod bħall-oħrajn li naħdem magħhom, biex jiżguraw li jien inkun nista' ngawdi karriera sħiħa u kuntenta.

Kif taħdem

Bħala persuna li tgħix fl-UE, id-drittijiet u l-libertajiet tiegħi huma stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’dan id-dokument, l-UE tagħmilha ċara li kulħadd jitwieled liberu u ugwali fir-rispett u fid-drittijiet li jixirqulu. Il-karta tiżgura li ċ-ċittadini tal-UE – persuni ta’ età, sess, razza, orjentazzjoni sesswali, reliġjon u opinjoni differenti – ikunu jistgħu jgħixu flimkien fil-paċi u f’armonija. Dawn il-prinċipji huma possibbli bis-saħħa tal-istat tad-dritt tal-UE, li jfisser li kull persuna f’kull soċjetà għandha l-istess libertajiet u drittijiet legali u għandha tirċievi l-istess trattament. Din tissalvagwardja d-dritt tiegħi li nivvota u tipprevjeni lill-gvernijiet milli jabbużaw mis-setgħa tagħhom. 

    Kont taf?

    65%

    /euandme/file/699_mtfundamental-rights.png

    tal-Ewropej jgħidu li huma familjari mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, filwaqt li 35% qatt ma semgħu biha.

    70%

    /euandme/file/698_mtfundamental-rights2.png

    tal-Ewropej għandhom ħbieb jew jafu nies ta' reliġjon differenti jew li għandhom twemmin differenti minnhom - u dak in-numru qed jiżdied.

    6 miljun

    /euandme/file/697_mtfundamental-rights3.png

    In-numru ta' persuni Rom, l-akbar minoranza tal-Ewropa, li jgħixu fl-UE. Ħafna minnhom huma ċittadini tal-UE.

    Tolleranza żero għad-diskriminazzjoni

    /euandme/file/696_mtfundamental-rights4.png

    L-UE kienet l-ewwel organizzazzjoni internazzjonali li rrikonoxxiet b'mod espliċitu l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru bħala raġunijiet legali ta' diskriminazzjoni.

    Director's Video

    /euandme/file/22736_mtThe Shape: film qasir ta' #EUandME taħt id-direzzjoni ta' Jaco Van Dormael

    The Shape, b'direzzjoni ta' Jaco Van Dormael

    Hemm maltempata fil-qrib. Meta sħaba sewda faħam tibla' villaġġ żgħir, ir-residenti jiskopru li din tista' tfisser aktar mis-sempliċi tmiem tas-sema blu kif jafuha.

    /euandme/file/22736_mtThe Shape: film qasir ta' #EUandME taħt id-direzzjoni ta' Jaco Van Dormael

    /euandme/file/22737_mtThe Shape: it-trejler uffiċjali ta' #EUandME

    /euandme/file/22738_mtWara l-kwinti ta' The Shape: film qasir ta' #EUandME

    The Shape MT
    Stejjer #EUandME

    Digital inclusion for all

    Patrick de la Hamette, engineer, is working in the social security sector and wants to help others in a concrete and practical way. A few years ago, he started volunteering and co-founded a non-profit organisation to support digital inclusion. He had not realised how big and satisfying this project would become.

    You might want to read these

    The story of Wolgan

    #EUandME Thanks to the EU, Wolgan was able to set up an organic, eco-friendly, fair trade clothes brand, while living as his authentic self-thanks to equal rights legislation.

    Love is the only way: living as your authentic self in the EU

    Seta Youth Committee Chair Seve Hujanen has never been afraid to be herself and embrace her individuality. Seve works as a nurse and acts as a mentor in a support group for gender minorities. She considers the human rights of gender and sexual minorities a serious issue and that is why her motto...

    Hemiciclo: Transparency just a few clicks away

    Working at the European Parliament in Brussels strengthened David Crisóstomo's conviction that democracy does not work without transparency. For there to be transparency, people need to know what is really happening in democratic institutions, which is not always the case. In the case of...

    X'affarijiet oħra għandek passjoni għalihom?