Niġġieldu flimkien kontra t-tibdil fil-klima.

Tajjeb!
Nieħdu gost naraw li għandek passjoni dwar
Niġġieldu flimkien kontra t-tibdil fil-klima.
Ara l-passjonijiet kollha
IL-PJANETA TIEGĦI. ĦAJTI.

Agħmel differenza fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima

IL-ĦAJJA MGĦAĠĠLA

Onfoħ it-tajers tar-rota, aqta' biljett tal-linja, u sib l-eqreb stazzjon tal-metro; l-UE qiegħda tinvesti €2.7 biljun fi proġetti tat-trasport pubbliku sostenibbli u diġitalizzat, bħal trammijiet li jaħdmu bl-elettriku jew ir-riċerka għal fjuwil alternattiv. Irrispettivament minn kif nagħżel li nivvjaġġa, nista' nasal minn A sa B b'impatt minimu fuq l-ambjent.

INNAQQSU L-KARBONJU

Għandek bżonn xi għajnuna biex tnaqqas il-marka tal-karbonju? L-UE qiegħda tinvesti fir-riċerka sabiex jitnaqqas l-ammont ta' karbonju li lkoll narmu. Kull sena, kważi 20% tal-baġit sħiħ tal-UE - li jammonta għal €180 biljun - jiġi allokat sabiex jiġu appoġġjati proġetti relatati mal-klima. Mill-ħolqien ta' testijiet tal-emissjonijiet aktar affidabbli għal karozzi ġodda, għall-iżgurar li l-bini l-ġdid kollu jipproduċi enerġija daqskemm jikkonsma sal-2020.

IRRIĊARĠJA U ITLAQ

Lest tagħti l-aħħar tislima lill-karozzi tal-petrol u tad-diżil u tixtri karozza tal-elettriku? Fl-UE, hemm kważi 120,000 punt tal-iċċarġjar, sabiex inkun nista' nżomm il-batterija mimlija sax-xifer. L-UE għamlet ukoll investiment ta' €41.8 miljun fl-inizjattiva Green eMotion. Permezz ta' sħubija mal-manifatturi, mal-universitajiet, ma' figuri tal-industrija u oħrajn, l-UE qed tħeġġeġ aktar vetturi elettriċi fit-toroq tal-belt tiegħi, li jagħmluha aktar nadifa u aktar effiċjenti fl-enerġija.

GĦAJXIEN EKOLOĠIKU

Jekk nagħmel bidliet żgħar fl-istil tal-ħajja tiegħi, nista' nagħmel differenza kbira. Din tista' tkun xi ħaġa sempliċi bħal li nitfi d-dawl meta noħroġ minn kamra, jew nixtri purtieri aktar ħoxnin biex inżomm id-dar tiegħi sħuna. Nista' wkoll nuża s-sistema tat-tikkettar tal-enerġija tal-UE għall-apparati domestiċi, li tgħinni nagħżel forn tal-elettriku A+, minflok wieħed tal-klassi-D, li jiffrankali sa €230 mill-kont tal-enerġija tiegħi.

RIVOLUZZJONI RINNOVABBLI

Tixtieq tagħmel iktar milli titfi d-dwal u tuża t-trasport pubbliku? Għaliex ma tinstallax xi pannelli solari fuq is-saqaf jew turbina eolika - dawn huma aħjar għall-marka tal-karbonju tiegħi u għall-kont tal-enerġija tiegħi! L-UE għandha l-għan li tikseb mill-inqas 27% tal-enerġija tal-UE minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli sal-2030. U qed tinvesti ammont kbir ħafna ta' €40 biljun biex tappoġġja l-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. Mela l-futur tiegħi jidher sabiħ u sostenibbli! Jien nista' anki niċċarġja l-mowbajl tiegħi permezz ta' pannelli solari żgħar, għalhekk jekk ix-xemx qiegħda tiżreġ, xejn ma jista' jwaqqaf is-selfie tiegħi.

NADATTAW GĦALL-FUTUR

Imħasseb dwar it-temp estrem u l-livelli tal-ilma li qegħdin jogħlew? L-UE qiegħda tagħmel lill-komunitajiet aktar reżiljenti għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima billi tirrestawra żoni ta' art mistagħdra u żoni ekoloġiċi sabiex jaġixxu bħala lqugħ naturali kontra ż-żieda fil-livell tal-ilma, u qed tiżviluppa spazji ekoloġiċi fil-komunitajiet sabiex tiġġieled it-tniġġis tal-arja u l-mewġiet ta' sħana. Qed isibu wkoll modi kif titjieb il-konservazzjoni tal-ilma - għaliex ma ninstallax tank tat-trattament sabiex inkun nista' nerġa' nuża l-ilma mis-sink u mix-shower tiegħi sabiex nifflaxxja t-toilet?

Kif taħdem

L-UE tinsab fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Qiegħda tadotta approċċ ambizzjuż sabiex tipproteġi l-pjaneta tagħna permezz tal-impenn tagħha lejn il-miri stabbiliti fil-Ftehim ta’ Pariġi. Ir-regolamenti tal-UE jeħtieġu lill-pajjiżi jinvestu fl-enerġija rinnovabbli, u dawk li jimmanifatturaw il-karozzi u joperaw fl-Ewropa jridu jieħdu azzjoni drastika sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-karozzi u tal-vannijiet tagħhom, f’konformità mal-liġi tal-UE. Iżda l-UE qiegħda wkoll tieħu azzjoni fir-raħal lokali tiegħi – mill-finanzjament ta’ teknoloġiji u trasport ekoloġiċi ġodda, għat-tħejjija tal-komunitajiet lokali għar-realtà tat-tibdil fil-klima. 

    Kont taf?

    17%

    /euandme/file/777_mtclimate-change.png

    tal-enerġija fl-UE tiġi prodotta minn sorsi rinnovabbli - id-doppju tal-ammont tal-2004.

    2014

    /euandme/file/776_mtclimate-change2.png

    Is-sena li l-UE laħqet il-mira tagħha tal-2020 li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'20%. Fil-futur, l-UE għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet b'40% sal-2030, u l-mexxejja tal-UE għamlu impenn li jaqtgħu l-emissjonijiet bi 80%-95% sal-2050.

    40%

    /euandme/file/775_mtclimate-change3.png

    tal-emissjonijiet tas-CO2 jirriżultaw mill-bini. Fir-realtà, it-trasport jammonta għal perċentwal relattivament baxx.

    175 Mtoe

    /euandme/file/774_mtclimate-change4.png

    (miljun tunnellata ekwivalenti ta' żejt) jistgħu jiġu ffrankati permezz tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija sal-2020 - l-istess daqs l-ammont ta' enerġija kollu li tuża l-Italja f'sena.

    70%

    /euandme/file/773_mtclimate-change5.png

    In-nuqqas fil-prezz tal-pannelli solari matul l-aħħar 7 snin. Barra minn hekk, fl-2011, 70% tal-pannelli solari 100GW installati madwar id-dinja ġew installati fl-UE.

    Ibred ftit

    /euandme/file/772_mtclimate-change6.png

    Żieda ta' 10% fiż-żoni ekoloġiċi f'belt tista' tnaqqas it-temperatura bi 3-4%, li mbagħad tista' tnaqqas il-ħtieġa għall-arja kundizzjonata.

    Director's Video

    /euandme/file/21196_mtOona: film qasir #EUandME dirett minn Zaida Bergroth

    Oona, b'direzzjoni ta' Zaida Bergroth

    Mitlufa fil-foresta, tifla żgħira tiddependi fuq l-għajnuna ta' ħabib mhux tas-soltu. Se jgħinha ssib triqitha lura d-dar.

    /euandme/file/21196_mtOona: film qasir #EUandME dirett minn Zaida Bergroth

    /euandme/file/21197_mtOona: it-trailer uffiċjali #EUandME

    /euandme/file/21198_mtWara l-kwinti ta’ Oona: film qasir #EUandMe

    X'affarijiet oħra għandek passjoni għalihom?

    Tinsab imħasseb dwar il-livelli tal-ilma li qegħdin jogħlew?

    Hemm bżonn li nieħdu azzjoni issa!

    Irrid insib impjieg li jgħin biex nindirizza din il-kriżiIl-mard rari hu theddida akbar

    Interessat fit-tibdil fil-klima? Allura dawn jistgħu jkunu rilevanti għalik: