Id-drittijiet tal-konsumatur

Tajjeb!
Nieħdu gost naraw li għandek passjoni dwar
Id-drittijiet tal-konsumatur
Ara l-passjonijiet kollha
IX-XIRI TIEGĦI. ĦAJTI.

Nirritorna l-oġġetti li nixtri online fi żmien 14-il ġurnata, u drittijiet oħra bħala konsumatur

Daqs ħażin?

Għalhekk jidher li kont naqra ambizzjuż dwar id-daqs ta' dak il-par jeans li xtrajt online... Fortunatament, id-drittijiet tiegħi bħala konsumatur ifissru li nista' nirritorna kwalunkwe prodott li xtrajt online, bit-telefown jew bil-posta fi żmien 14-il ġurnata. Diment li l-prodott ikun f'kundizzjoni perfetta u jista' jerġa' jinbigħ, nirċievi flusi kollha lura jew skambju - m'hemmx argumenti, ma ssir l-ebda mistoqsija u m'hemm bżonn tal-ebda spjegazzjoni. Mela nista' nibgħat dak il-jeans lura u nsib il-par li jiġini perfettament.

Tajba wisq biex tkun vera

Rajt offerta tajba għal rota ġdida iżda qed tinkwieta li hemm xi nasba? Il-kumpaniji li jaħdmu f'pajjiż tal-UE huma pprojbiti milli jirrappreżentaw b'mod ħażin il-prodotti jew is-servizzi tagħhom b'reklami qarrieqa. Għalhekk jekk ma nirċevix dak li kont qed nistenna, nista' nuża d-drittijiet tiegħi sabiex jew nikseb dak li kont imwiegħed jew nieħu flusi lura.

Iċċekkja l-kitba ż-żgħira

Li niffirma l-karti għal ftehim dwar self jew karta tal-kreditu tista' tkun esperjenza iebsa, speċjalment jekk inkun inkwetat li xi mkien jista' jkun hemm xi klawżola li tiswieni nofs id-dħul tiegħi. Imma mhux fl-UE. Il-kuntratti kollha jridu jkunu ċari, jinftiehmu, u mingħajr kundizzjonijiet jew rekwiżiti inġusti. Għalhekk biex inkun żgur li m'hemmx sorpriżi koroh, it-termini kollha jridu jiġu ppreżentati b'mod ċar qabel ma niffirma.

Oġġetti bi ħsara

Hemm xi ħaġa li ħadd ma jkun irid jara b'għajnejh: il-bozza ħamra tteptep li tfisser li l-magna tal-ħasil il-ġdida ma tkunx qed taħdem. L-oġġetti kollha li jinxtraw fl-UE jinkludu garanzija ta' mill-inqas sentejn, għalhekk jekk prodott li nkun xtrajt ma jkunx qed jaħdem kif suppost, nista' nsewwih jew nibdlu mingħajr ħlas. Mela insa l-launderette - il-magna tal-ħasil tiegħi għandha tibda terġa' taħdem f'qasir żmien.

Iż-żamma tal-ħin

Ħadd ma jrid jiddiżappunta lill-ħabib tiegħu f'għeluq sninu, iżda xi drabi jekk tordna r-rigal tagħhom online jista' jfisser li l-ġurnata tant mistennija tasal u tgħaddi mingħajr ħjiel tar-rigal tagħhom fil-posta. Jistgħu jibqgħu b'idejhom vojta, iżda mhux kollox hu mitluf. Il-liġi tal-Unjoni jfisser li jekk jien ma nirċevix l-oġġetti fi żmien 30 ġurnata minn meta nixtrihom, jien nista' navża lin-negozjant u nagħtih ġimgħa żejda biex jibgħathom. Jekk wara l-estensjoni nibqa' mingħajr l-oġġett, jien nista' nikkanċella l-ordni tiegħi u nitlob rifużjoni sħiħa. Ovvjament, jekk l-ordni tiegħi kienet għal avveniment speċifiku - bħal għeluq snin xi ħadd - m'għandix għalfejn noffri l-ġimgħa żejda u nista' nikkanċella l-ordni tiegħi wara l-perjodu ta' 30 ġurnata.

Fuq in-naħa tiegħek

Problemi ma' negozjant f'pajjiż ieħor tal-UE? Forsi dak il-handbag il-ġdid hu falz jew dak in-nuċċali tax-xemx kien migruf meta wasal? L-UE toffri suġġerimenti u appoġġ mingħajr ħlas permezz taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi f'kull pajjiż tal-UE, u fl-Iżlanda u n-Norveġja. Jekk ma nistax nasal għal riżoluzzjoni man-negozjant, jien nista' nitlob l-għajnuna permezz tal-pjattaforma għas-Soluzzjoni Online tat-Tilwim. Bl-użu ta' din is-sistema, nista' niżgura li t-tilwima tiegħi tiġi riżolta b'mod ġust, jew mingħajr ħlas jew bi spiża żgħira. Dan ifisser ukoll li n-negozjanti jistgħu jevitaw proċeduri ta' litigazzjoni li jiswew ħafna flus, li jgħin biex jinbnew u jitjiebu r-relazzjonijiet tagħhom mal-konsumaturi.

Kif taħdem

Bħala konsumatur tal-UE, jien intitolat/a li niġi ttrattat/a b’mod ġust – minn li jkolli l-oġġetti tiegħi msewwija jew mibdulin jekk jinkisru fi żmien sentejn, għal li nkun nista' nibdel fehmti dwar ix-xirja online tiegħi fi żmien 14-il ġurnata, jew li jkolli kuntratt ċar u li jinftiehem x'niffirma għal servizz ġdid. Ir-regoli tal-UE għandhom l-għan li x-xiri - irrispettivament jekk dan isirx online, bit-telefon, b’ordni bil-posta jew fil-ħwienet – ikun jista’ jsir b’mod ċar, sempliċi u ġust.

    Kont taf?

    71%

    /euandme/file/678_mtconsumer-rights.png

    Il-perċentwal ta' utenti tal-internet bl-età ta' bejn is-16-24 sena li jixtru online.

    18%

    /euandme/file/677_mtconsumer-rights2.png

    Iż-żieda fin-numru ta' xirjiet online minn utenti tal-internet bejn l-2007 u l-2017.

    32,000

    /euandme/file/676_mtconsumer-rights3.png

    In-numru ta' lmenti transkonfinali rċevuti miċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi fl-2013, fejn 66% tagħhom kienu relatati ma' oġġetti li nxtraw fuq l-internet.

    Mingħajr spejjeż

    /euandme/file/675_mtconsumer-rights4.png

    Il-ħwienet u n-negozjanti fl-UE mhumiex permessi japplikaw xi ħlas addizzjonali għax-xiri tiegħi talli nuża l-karta ta' kreditu jew debitu tiegħi.

    Solvien tat-tilwim

    /euandme/file/674_mtconsumer-rights5.png

    Mhux qed tasal għal qbil ma' negozjant online? Għal pariri u appoġġ mingħajr ħlas, jien nista' nirrikorri għaċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi tiegħi.

    Director's Video

    /euandme/file/21184_mtDebut: film qasir #EUandME dirett minn Dalibor Matanić

    Debut, b'direzzjoni ta' Dalibor Matanic

    Bidwi żagħżugħ Kroat joħlom li jsir stilla tal-futbol professjonali. Iżda qabel ma jsegwi l-ambizzjoni tiegħu fil-grawnd, l-ewwel irid jaffronta l-verità dwar min hu fir-realtà.

    /euandme/file/21184_mtDebut: film qasir #EUandME dirett minn Dalibor Matanić

    /euandme/file/21185_mtDebut: it-trailer uffiċjali #EUandME

    /euandme/file/21186_mtWara l-kwinti ta’ Debut: film qasir #EUandMe

    Stejjer #EUandME

    The Story of Filippa

    #EUandME Thanks to the EU, she was able to get compensation for a delayed flight.

    X'affarijiet oħra għandek passjoni għalihom?

    Ma tistax tieqaf tikklikkja 'żid fil-basket'?

    Inti tħobb tixtri online?

    Jien qatt ma nkun offline!Nippreferi l-arja friska

    Ma tgħaddix mingħajr ma tixtri? Inti tista' tgawdi minn dawn ukoll: