Drittijiet taċ-ċittadini

Tajjeb!
Nieħdu gost naraw li għandek passjoni dwar
Drittijiet taċ-ċittadini
Ara l-passjonijiet kollha
LEĦNI. ĦAJTI.

Ivvota, oħroġ għall-elezzjonijiet Ewropej u għin biex issolvi l-problemi tal-Ewropa

Itfa vot

Tixtieq tagħmel bidla? Nista' nsemma' l-opinjonijiet tiegħi bl-aħjar mod billi mmur nivvota. Bħala ċittadin/a tal-UE, jien intitolat/a nivvota fl-elezzjonijiet Ewropej u muniċipali, irrilevanti minn f'liema pajjiż tal-UE ngħix. Irrispettivament minn jekk qiegħedx nagħżel membru tal-Parlament Ewropew sabiex jiddiskuti s-suġġetti l-kbar li jinfluwenzaw il-ħajja tiegħi ta' kuljum, jew nagħżilx kunsillier sabiex jirrappreżenta l-fehmiet tiegħi dwar il-kwistjonijiet lokali li jaffettwawni, l-aħjar mod kif nistgħu nixtħu l-ħarsa tal-politikanti fuq il-kwistjonijiet li jien jimpurtani minnhom huwa billi nivvota. L-elezzjonijiet Ewropej li jmiss huma skedati għat-23-26 ta' Mejju 2019.

Turi t-triq

Ma taqbilx ma' dak li l-politiċi qegħdin jgħidu fuq it-TV? Se tfur b'ideat tajbin li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini madwar l-Ewropa? Mela għaliex ma tgħinx fit-tfassil tal-futur tal-UE billi toħroġ għall-elezzjoni? Bħala ċittadin/a tal-UE, jien nista' noħroġ kemm għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kif ukoll għal dawk lokali. Għandi l-flyers, lestejt il-manifest u pprattikajt d-diskors - kulma għandi bżonn issa huwa li n-nies jivvutawli!

Għid tiegħek

Għandi xi ħaġa f'moħħi - iżda l-UE trid tisma' dwarha? Dażgur! Jekk ikolli fehmiet sodi dwar xi liġi jew politika ġdida, allura nista' jew nagħti l-feedback tiegħi permezz ta' sit web dedikat, jew nipparteċipa f'xi konsultazzjoni pubblika. Bl-istess mod, nista' nuża pjattaforma online biex nagħti l-opinjonijiet tiegħi dwar il-politiki eżistenti tal-UE meta dawn jiġu riveduti, u nagħti suġġerimenti dwar kif dawn isiru aktar effiċjenti.

Il-vuċi tiegħi tgħodd

L-Ewropa għandha madwar 500-il miljun ċittadin - xi ideat tajbin żgur li jkollna. Għalhekk għax ma nagħtux prova ta' dan? Jekk kwistjoni tikkonċernani b'mod dirett, u jien nemmen li l-UE għandha tieħu azzjoni, nista' nibda niġbor il-firem permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Diment li miljun ċittadin ieħor minn mill-inqas 7 pajjiżi jaqblu miegħi, allura l-Kummissjoni Ewropea tfittex li tipproponi liġijiet ġodda biex issolvi l-problema.

Il-futur tal-Ewropa

L-Ewropa ta' għada tibda llum. Bl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew resqin fil-qrib is-sena d-dieħla, il-mexxejja tal-UE jridu jkunu jafu dak li hu importanti għalija, u kif inħoss li l-UE tista' tipprepara aħjar biex tilqa' l-isfidi tal-futur. Jien nista' nwassal l-opinjonijiet tiegħi billi nikkontribwixxi għal konsultazzjoni kontinwa mfassla miċ-ċittadini nfushom, u nagħti l-ħsibijiet tiegħi dwar il-White Paper dwar il-Futur tal-Ewropa.

Kif taħdem

Bħala ċittadin ta' Stat Membru tal-UE, jien awtomatikament ningħata ċittadinanza tal-UE wkoll – anki fil-passaport tiegħi hemm miktub hekk! Din iċ-ċittadinanza tintitolani li nsemma’ leħni fuq kif l-UE titmexxa. Nista’ nivvota fl-elezzjonijiet Ewropej u muniċipali, nikkontribwixxi għal diskussjonijiet dwar liġijiet u politiki tal-UE u anki noħroġ jien stess bħala kandidat f’elezzjoni. Dan kollu huwa possibbli grazzi għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li tagħtini l-libertà li nsemma’ leħni – jew billi nipparteċipa f'elezzjonijiet, jew billi nippreżenta petizzjoni lill-Parlament Ewropew għal bidla. 

    Kont taf?

    19%

    /euandme/file/690_mtvoting-rights.png

    taż-żgħażagħ fl-Ewropa qalu li jikkunsidraw joħorġu bħala kandidat politiku fl-UE fil-futur.

    42.61%

    /euandme/file/689_mtvoting-rights2.png

    L-għadd ta' votanti eliġibbli li ħarġu jivvutaw madwar l-Ewropa għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew 2014, bil-parteċipazzjonijiet nazzjonali jvarjaw ħafna, minn 13% fis-Slovakkja għal 89% fil-Belġju.

    55%

    /euandme/file/688_mtvoting-rights3.png

    In-numru ta' ċittadini tal-UE li għandhom interess fl-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin tal-2019.

    1.6 miljun

    /euandme/file/687_mtvoting-rights4.png

    In-numru ta' firem li nġabru sabiex tiġi appoġġjata l-ewwel inizjattiva taċ-ċittadini li qatt saret, 'Right2Water', li wasslet biex il-Kummissjoni tissottometti proposta sabiex titjieb il-kwalità tal-ilma għaċ-ċittadini madwar l-Ewropa.

    41%

    /euandme/file/835_mtvoting-rights5.png

    taċ-ċittadini mhumiex konxji li l-Parlament Ewropew hu elett direttament miċ-ċittadni ta' kull Stat Membru.

    Director's Video

    /euandme/file/22736_mtThe Shape: film qasir ta' #EUandME taħt id-direzzjoni ta' Jaco Van Dormael

    The Shape, b'direzzjoni ta' Jaco Van Dormael

    Hemm maltempata fil-qrib. Meta sħaba sewda faħam tibla' villaġġ żgħir, ir-residenti jiskopru li din tista' tfisser aktar mis-sempliċi tmiem tas-sema blu kif jafuha.

    /euandme/file/22736_mtThe Shape: film qasir ta' #EUandME taħt id-direzzjoni ta' Jaco Van Dormael

    /euandme/file/22737_mtThe Shape: it-trejler uffiċjali ta' #EUandME

    /euandme/file/22738_mtWara l-kwinti ta' The Shape: film qasir ta' #EUandME

    The Shape MT
    Stejjer #EUandME

    Digital inclusion for all

    Patrick de la Hamette, engineer, is working in the social security sector and wants to help others in a concrete and practical way. A few years ago, he started volunteering and co-founded a non-profit organisation to support digital inclusion. He had not realised how big and satisfying this project would become.

    You might want to read these

    Love is the only way: living as your authentic self in the EU

    Seta Youth Committee Chair Seve Hujanen has never been afraid to be herself and embrace her individuality. Seve works as a nurse and acts as a mentor in a support group for gender minorities. She considers the human rights of gender and sexual minorities a serious issue and that is why her motto...

    Together for Freedom

    Julian recently turned 18, so he's now old enough to vote. He feels that it is important for people to use their vote to support the candidate of their choice. That way, even ordinary citizens can play a part in a major project such as the European Union.

    Drawing strength from the EU for equality between men and women

    During her studies, Josie got interested in social problems. The 39-year-old Cypriot is a researcher and activist who works to promote women’s rights at both the national and the European level.

    X'affarijiet oħra għandek passjoni għalihom?