X'inhi l-passjoni tiegħek? Sir af aktar dwar
ir-riċiklar

Agħżel passjoni differenti

L-AMBJENT TIEGĦI. ĦAJTI.

Irriċikla, uża mill-ġdid, sewwi u waqqaf il-plastik milli jidħol fl-ibħra tagħna

NIBDEW NAĦSBU MOD IEĦOR DWAR IL-PLASTIK

NIBDEW NAĦSBU MOD IEĦOR DWAR IL-PLASTIK

Meta narmi l-borża tal-ħobża, il-kaxxa tal-insalata jew il-flixkun tal-ilma wara l-ikla ta’ nofsinhar, dawn ma jisparixxux –isiru skart. Il-plastik li narmi mingħajr ma naħsibha darbtejn qed jispiċċa fl-ibħra tagħna u qed jeqred il-ħajja marittima. U dak li jidħol fl-ibħra jispiċċa fuq il-platt tagħna; 30% tal-ħut li nixtri għandu il-plastik fl-imsaren. L-UE tieħu bis-serjetà t-tnaqqis tal-ammont ta’ plastik li naħlu, li żżommu barra mill-oċeani tagħna, u li tagħmel l-imballaġġ kollu tal-plastik riċiklabbli sal-2030.

SEWWI, UŻA MILL-ĠDID...U ERGA”

Aħsibha darbtejn qabel tarmi l-apparat domestiku li jkun għadu jaħdem – sabiex insiru sostenibbli, irridu nibdlu l-mod kif naħsbu dwar li nerġgħu nużaw l-oġġetti. Billi żżid l-effiċjenza tal-prodotti tiegħi permezz ta’ regolamenti speċifiċi tal-Ekodisinn, l-UE qiegħda tibni soċjetà fejn l-oġġetti qed jitfasslu biex idumu, jissewwew faċilment, u meta jilħqu tmiem il-ħajja utli tagħhom, jiġu riċiklati. Għalhekk erġa’ ħit dak il-kowt, sewwi l-vacuum cleaner u rriċikla l-friġġ – dan huwa riżors siewi għall-ekonomija tagħna, u tagħmel ġid lill-ambjent!

SEWWI, UŻA MILL-ĠDID...U ERGA”
MINGĦANDI GĦAL GĦANDEK

MINGĦANDI GĦAL GĦANDEK

Tiftakar dik il-biċċa għodda li xtrajt snin ilu? Użajtha biss darbtejn – tgħid kien ikun aħjar li kieku qsamtha man-nies? Il-mixja tal-UE lejn l-ekonomija ċirkolari qed tħeġġeġ liċ-ċittadini jkunu għaqlin meta jiġu biex isalvaw u jerġgħu jużaw l-oġġetti tagħhom. Qed jitkattru madwar l-UE kollha impriżi bħal ħwienet tas-self u l-kiri, stabbilimenti tat-tiswija u ħwienet tal-ħwejjeġ riċiklati, li jħeġġu mod ekoloġiku, armonjuż u kreattiv ta’ kif jintużaw u jerġgħu jintużaw il-prodotti.

ĠESTJONI TAL-METALL

Irrispettivament minn jekk ikunx TV qadim li ma jaħdimx jew laptop bil-ħsara, l-oġġetti tal-elettriku tiegħi għad għandhom skop - il-metalli prezzjużi ta’ ġo fihom jistgħu jerġgħu jintużaw. L-UE qed tiżgura li dawn il-metalli prezzjużi jiġu estratti b’mod xieraq, li jillimita l-iskart u jagħmilha faċli biex tastieri qodma u DVD players li ma jkunux qed jaħdmu jerġgħu jsiru utli. Għalhekk, id-darba li jmiss li t-toaster tiegħi tieqaf taħdem, nista’ ngħin biex nipproteġi r-riżorsi naturali prezzjużi tal-pjaneta billi nirriċiklaha.

ĠESTJONI TAL-METALL
NGĦOLLU L-ISTANDARDS

NGĦOLLU L-ISTANDARDS

Ilkoll kemm aħna rridu nagħmlu l-parti tagħna għall-ambjent – u l-UE mhix differenti. Bħala riżultat dirett tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jien ngħix f'soċjetà li kontinwament qed ittejjeb l-istrateġiji tal-immaniġġjar tal-iskart tagħha. Is-siti tal-landfills li waqgħu taħt l-istandards tal-UE ġew magħluqa, il-bini pubbliku issa huwa aktar effiċjenti fl-enerġija li jwassal għal inqas konsum tal-karburanti fossili, u qed jiġi rriċiklat aktar skart minn qatt qabel. Mhux hekk biss, iżda l-investiment tal-UE jfisser li 7 miljun persuna ġew konnessi ma' faċilitajiet ġodda jew imtejba ta' trattament tal-ilma mormi.

Kif taħdem

L-UE qiegħda timxi minn soċjetà li tarmi, li taħli r-riżorsi naturali u li tikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima, għal ekonomija ekoloġika, sostenibbli u ċirkolari. Skont ir-regoli tal-UE, il-kumpaniji issa huma meħtieġa jfasslu prodotti li jdumu aktar u li jkun faċli li jissewwew, jintużaw mill-ġdid u jiġu riċiklati. Ġew iffissati miri ambizzjużi tat-tnaqqis u tar-riċiklar tal-iskart, u s-sejbien ta’ modi kif l-iskart ta’ industrija partikolari jinbidel f’materja prima ta’ industrija oħra sar prijorità. B’mod ġenerali, l-UE qiegħda tagħtini l-informazzjoni li għandi bżonn sabiex nagħmel deċiżjonijiet aktar intelliġenti fejn tidħol il-ġenerożità lejn il-pjaneta.

Kont taf

480 kg

Il-piż tal-iskart muniċipali ġġenerat minn kull persuna, kull sena fl-UE – madwar l-istess piż ta’ ors grizzly!

47%

tal-iskart muniċipali fl-2016 jew ġie rriċiklat jew sar kompost – żieda ta’ 30% mill-1995.

59%

Il-proporzjon ta’ skart tal-plastik li jirriżulta direttament mill-imballaġġ.

4.2 miljun

In-numru ta’ persuni fl-UE li bħalissa qed jaħdmu f’ekoindustriji jew f’impjiegi ekoloġiċi – settur li kiber ferm aktar malajr minn oqsma oħra tal-ekonomija mis-sena 2000.

€500 fis-sena

L-ammont li kull unità domestika fl-UE tista’ tiffranka billi tnaqqas il-ħela tal-ikel.

Hostel Ħaj, b'direzzjoni ta' Matthias Hoene

Minkejja li żgħożitha ilha li spiċċat, Gisela għad għandha x-xewqa li tara l-isbaħ postijiet fl-Ewropa. In-neputijiet tagħha jiddeċiedu li jiġbru biżżejjed flus biex jibagħtuha għall-avventura tal-ħolm tagħha, iżda l-pjan tagħhom ikollu riżultati mhux mistennija...

wara x-xeni - Hostel Ħaj, b'direzzjoni ta' Matthias Hoene
wara x-xeni
silta - Hostel Ħaj, b'direzzjoni ta' Matthias Hoene
silta
poster - Hostel Ħaj, b'direzzjoni ta' Matthias Hoene
poster

Oona, b'direzzjoni ta' Zaida Bergroth

Mitlufa fil-foresta, tifla żgħira tiddependi fuq l-għajnuna ta' ħabib mhux tas-soltu. Se jgħinha ssib triqitha lura d-dar?

wara x-xeni - Oona, b'direzzjoni ta' Zaida Bergroth
wara x-xeni
silta - Oona, b'direzzjoni ta' Zaida Bergroth
silta
poster - Oona, b'direzzjoni ta' Zaida Bergroth
poster

Party Animal, b'direzzjoni ta' Yorgos Zois

Alex huwa żagħżugħ enerġetiku ta' 25 sena li lest jagħmel minn kollox biex ikompli jiżfen. Maqbud f'impjieg restrittiv, f'daqqa waħda jiġih mument ta' ispirazzjoni.

wara x-xeni - Party Animal, b'direzzjoni ta' Yorgos Zois
wara x-xeni
silta - Party Animal, b'direzzjoni ta' Yorgos Zois
silta
poster - Party Animal, b'direzzjoni ta' Yorgos Zois
poster

Ta' Waħdu, b'direzzjoni ta' Tomasz Konecki

Jan huwa bniedem li jgħix waħdu f'post deżert, f'kabina fil-muntanji Pollakki. Iżda meta d-destin jinterrompi l-istil ta' ħajja solitarja tiegħu, ikollu jfassal pjan sabiex jagħmel dak li tixtieq qalbu.

wara x-xeni - Ta' Waħdu, b'direzzjoni ta' Tomasz Konecki
wara x-xeni
silta - Ta' Waħdu, b'direzzjoni ta' Tomasz Konecki
silta
poster - Ta' Waħdu, b'direzzjoni ta' Tomasz Konecki
poster

Debut, b'direzzjoni ta' Dalibor Matanic

Bidwi żagħżugħ Kroat joħlom li jsir stilla tal-futbol professjonali. Iżda qabel ma jsegwi l-ambizzjoni tiegħu fil-grawnd, l-ewwel irrid jaffronta l-verità dwar min hu fir-realtà.

wara x-xeni - Debut, b'direzzjoni ta' Dalibor Matanic
wara x-xeni
silta - Debut, b'direzzjoni ta' Dalibor Matanic
silta
poster - Debut, b'direzzjoni ta' Dalibor Matanic
poster
Hostel Ħaj, b'direzzjoni ta' Matthias Hoene
Hostel Ħaj, b'direzzjoni ta' Matthias Hoene
Oona, b'direzzjoni ta' Zaida Bergroth
Oona, b'direzzjoni ta' Zaida Bergroth
Party Animal, b'direzzjoni ta' Yorgos Zois
Party Animal, b'direzzjoni ta' Yorgos Zois
Ta' Waħdu, b'direzzjoni ta' Tomasz Konecki
Ta' Waħdu, b'direzzjoni ta' Tomasz Konecki
Debut, b'direzzjoni ta' Dalibor Matanic
Debut, b'direzzjoni ta' Dalibor Matanic

L-UE kif tgħinek tagħmel dak li tħobb?

Qatt ħlomt li tibda negozju, tistudja barra mill-pajjiż, jew tagħmel volontarjat biex tgħin lil komunitajiet fil-bżonn? U kont taf li l-UE tista' tgħinek tikseb dawn l-affarijiet kollha? Skopri dak kollu li l-UE tagħtik biex tkabbar il-potenzjal tiegħek.

Agħżel passjoni differenti