#EUandME

Ilkoll għandna xi passjoni: mit-taħriġ għall-ivvjaġġar, mit-tiftix fuq l-internet għal volontarjat. L-Unjoni Ewropea tipprovdilek ħafna opportunitajiet biex tagħmel dak li tħobb. L-inizjattivi u l-liġijiet tal-UE jistgħu jgħinuk tkabbar il-potenzjal tiegħek, tispira ruħek u ssegwi l-passjoni tiegħek.

Tixtieq tespandi l-orizzonti tiegħek? Fir-realtà, kollox jiddependi fuq l-UE u fuqi.

Fiċ-ċentru tal-attenzjoni

Aktar minn 500 miljun ruħ jgħixu fl-UE u lkoll għandhom l-istejjer u l-interessi tagħhom.

Skopri eżempji ta' kif l-UE tagħmel differenza f'ġabra ta' ħames films qosra. Minn żewġt aħwa li jistiednu lill-bqija tal-Ewropa għall-villaġġ tagħhom, għal żeffien li jibda negozju f'wieħed mill-aktar postijiet strambi, skopri kif l-UE tagħti lil kull persuna s-setgħa li tagħmel dak li tħobb.

Hostel Ħaj, b'direzzjoni ta' Matthias Hoene
Hostel Ħaj, b'direzzjoni ta' Matthias Hoene

Mobiltà

Sib xogħol, aħdem u għix f'kwalunkwe Stat Membru tal-UE

Aqra aktar

Ikseb ħiliet ġodda billi tistudja, titħarreġ jew tagħmel volontarjat barra mill-pajjiż

Aqra aktar

Ikseb kura tas-saħħa ta' emerġenza kull fejn tkun fl-UE

Aqra aktar

Ara l-postijiet ta' interess tal-Ewropa faċilment

Aqra aktar

Sostenibbiltà

Gawdi ilma nadif, arja aktar nadifa u natura protetta

Aqra aktar

Agħmel differenza fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima

Aqra aktar

Irriċikla, uża mill-ġdid, sewwi, u waqqaf il-plastik milli jidħol fl-ibħra tagħna

Aqra aktar

Kul ikel sustanzjuż, sigur u affordabbli li jkun ġust għan-nies li jkunu pproduċewh

Aqra aktar

Ibbenefika minn riċerka li jkollha l-għan li tgħin lilek, lill-familja tiegħek u lill-pjaneta

Aqra aktar
Oona, b'direzzjoni ta' Zaida Bergroth
Oona, b'direzzjoni ta' Zaida Bergroth
Party Animal, b'direzzjoni ta' Yorgos Zois
Party Animal, b'direzzjoni ta' Yorgos Zois

Ħiliet u Negozju

Ikseb taħriġ, akkwista ħiliet importanti u ħejji għall-futur

Aqra aktar

Sib impjieg tajjeb, jew ikseb għajnuna fil-forma ta' kkowċjar

Aqra aktar

Ibda, immaniġġja u kabbar negozju b'appoġġ mill-UE

Aqra aktar

Vaganzi mħallsa, leave tal-maternità, u benefiċċji oħrajn meta taħdem

Aqra aktar

Diġitali

Ċempel, ibgħat messaġġi u uża d-dejta mingħajr spejjeż addizzjonali meta tkun qed tesplora l-UE

Aqra aktar

Fittex fl-internet minn kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea

Aqra aktar

Kun af li d-data personali tiegħek tkun sigura u tkun qed tiġi ttrattata b'attenzjoni

Aqra aktar
Ta' Waħdu, b'direzzjoni ta' Tomasz Konecki
Ta' Waħdu, b'direzzjoni ta' Tomasz Konecki
Debut, b'direzzjoni ta' Dalibor Matanic
Debut, b'direzzjoni ta' Dalibor Matanic

Drittijiet

Ikseb kumpens jekk it-trasport jiġi ttardjat, u ikseb għajnuna f'kwalunkwe ambaxxata ta' pajjiż tal-UE barra mill-pajjiż.

Aqra aktar

Nirritorna l-oġġetti li nixtri online fi żmien 14-il ġurnata, u drittijiet oħra bħala konsumatur

Aqra aktar

Ivvota, oħroġ għall-elezzjonijiet Ewropej u għin biex issolvi l-problemi tal-Ewropa

Aqra aktar

Għix f'soċjetà demokratika li tiggarantixxi l-ugwaljanza u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet tiegħek

Aqra aktar

Hostel Ħaj, b'direzzjoni ta' Matthias Hoene

Minkejja li żgħożitha ilha li spiċċat, Gisela għad għandha x-xewqa li tara l-isbaħ postijiet fl-Ewropa. In-neputijiet tagħha jiddeċiedu li jiġbru biżżejjed flus biex jibagħtuha għall-avventura tal-ħolm tagħha, iżda l-pjan tagħhom ikollu riżultati mhux mistennija...

Oona, b'direzzjoni ta' Zaida Bergroth

Mitlufa fil-foresta, tifla żgħira tiddependi fuq l-għajnuna ta' ħabib mhux tas-soltu. Se jgħinha ssib triqitha lura d-dar?

Party Animal, b'direzzjoni ta' Yorgos Zois

Alex huwa żagħżugħ enerġetiku ta' 25 sena li lest jagħmel minn kollox biex ikompli jiżfen. Maqbud f'impjieg restrittiv, f'daqqa waħda jiġih mument ta' ispirazzjoni.

Ta' Waħdu, b'direzzjoni ta' Tomasz Konecki

Jan huwa bniedem li jgħix waħdu f'post deżert, f'kabina fil-muntanji Pollakki. Iżda meta d-destin jinterrompi l-istil ta' ħajja solitarja tiegħu, ikollu jfassal pjan sabiex jagħmel dak li tixtieq qalbu.

Debut, b'direzzjoni ta' Dalibor Matanic

Bidwi żagħżugħ Kroat joħlom li jsir stilla tal-futbol professjonali. Iżda qabel ma jsegwi l-ambizzjoni tiegħu fil-grawnd, l-ewwel irrid jaffronta l-verità dwar min hu fir-realtà.

Taħseb li fhimt dak kollu li l-UE għandha x'toffri? Aħsibha darbtejn!

Fil-fatt żammejna l-aħjar għall-aħħar. Matul il-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin inniedu kompetizzjonijiet, norganizzaw attivitajiet madwar l-Ewropa u naqsmu l-istejjer ta' żgħażagħ li ħassew l-impatt tal-UE f'ħajjithom.

Erġa' ejja minn hawn u ftit ieħor għal aktar aħbarijiet u informazzjoni.