Welcome to EU and ME

#EUandME

X'inhu l-aktar ta' interess għalik? Minn tiftix fuq il-bajjiet għal avventuri b'basket fuq daharek, minn surfing fuq l-internet għal ħidma biex issalva d-dinja, l-Unjoni Ewropea tipprovdi ħafna opportunitajiet biex tagħmel dak li tħobb - tkun xi tkun id-destinazzjoni tagħhom. Bħala ċittadin żagħżugħ, l-UE tista' tagħtik l-għodod kollha li għandek bżonn biex tisfrutta l-potenzjal tiegħek u tispira ruħek. Kemm jekk inti imprenditur enerġetiku, dilettant tal-affarijiet diġitali jew persuna li għandek il-pjaneta għal qalbek, kollox idur ma' #EUandME. 

Ispira ruħek mill-films qosra tagħna ta' #EUandME taħt id-direzzjoni ta' diretturi tal-films rinomati u sir af aktar dwar ir-rabta bejn il-passatemp tiegħek u l-UE.

FILMS OĦRA
REBBIEĦA TAL-KOMPETIZZJONI TAD-DIRETTURI TAL-FILMS ŻGĦAŻAGĦ

Għaliex għandhom igawdu l-professjonisti biss? Aħna tajna l-opportunità lil ħames diretturi tal-films żgħażagħ biex jirrakkontaw l-istorja tagħhom ta' #EUandME bi ftit għajnuna minn direttur Ewropew rebbieħ ta' premju. Iltaqa' ma' kull direttur tal-films żgħażugħ u skopri aktar dwar il-viżjoni kbira li għandhom għall-film tagħhom.

Stejjer diġitali

Aħna staqsejna lil esploraturi qalbiena, studenti akkademiċi u attivisti ambjentali minn madwar l-Ewropa dwar dak li għandhom l-aktar għal qalbhom. Sir af x'qalu, u skopri kif l-UE għamlet l-istejjer tagħhom realtà.