Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
PJATTAFORMA TA’ PARTEĊIPAZZJONI TAT-TFAL TAL-UE
PJAN TA ĦIDMA
2025-2026

Diċembru 2024

X’INHU L-PJAN TA’ ĦIDMA?

Il-Pjan ta’ Ħidma jgħinna nifhmu u norganizzaw dak li se tagħmel il-Pjattaforma matul is-sentejn li ġejjin. Dan il-pjan se jiggwidana biex niksbu l-fehmiet u l-opinjonijiet ta’ ħafna tfal fl-Unjoni Ewropea (l-UE), u se jgħinna biex insemmgħu leħinhom ma’ min ifassal il-politika tal-UE.

Dawn is-suġġetti ntgħażlu minħabba li jikkorrispondu ma’ dak li t-tfal qalu li hu l-aktar importanti u dak li l-Kummissjoni Ewropea qed tippjana li taħdem fuqu fil-ftit snin li ġejjin.

FUQ XIEX JIFFOKA L-PJAN TA’ ĦIDMA 2025-2026?

Opportunitajiet indaqs u inklużjoni soċjali: Ħarsa lejn l-aċċess tat-tfal għal edukazzjoni tajba, kura tas-saħħa, u akkomodazzjoni.
Sikurezza online: Protezzjoni tat-tfal fuq l-internet u għajnuna biex jifhmu drittijiethom online.
Saħħa u benesseri mentali: Għajnuna lit-tfal biex iħossuhom kuntenti u sikuri, kemm fil-ħajja reali kif ukoll online.
Azzjoni klimatika: Aktar involviment tattfal fil-protezzjoni tal-ambjent u tagħlim dwar kif jieħdu ħsieb il-pjaneta.

X’SE NAGĦMLU FL-2025-2026?

Nisimgħu lit-tfal
Konsultazzjoni 1 – Opportunitajiet indaqs u inklużjoni soċjali: It-tfal se jaqsmu l-esperjenzi u l-fehmiet tagħhom dwar kif il-faqar jaffettwa l-ħajja tagħhom, bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-akkomodazzjoni, u x’jista’ jsir biex jittejbu dawn l-oqsma u oqsma oħra li ssemmew fl-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal. Dan se jgħin ukoll lill-kollegi jevalwaw il-Garanzija Ewropea għat-Tfal u l-Istrateġija.
Konsultazzjoni 2 – Saħħa mentali u s-sikurezza online: It-tfal se jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar l-impatt talambjent online, inkluż tal-media soċjali fuq is-saħħa mentali, l-aċċess għasservizzi, u kif dawn jistgħu jittejbu. Din ilkonsultazzjoni se tkun marbuta wkoll ma’ riċerka fl-UE kollha dwar kif il-media soċjali taffettwa s-saħħa mentali, kif deskritt fil-Linji Gwida Politiċi tal-Kummissjoni Ewropea għall-2024 - 2029.
Żjarat ta’ studju
Żjara 1 – Id-drittijiet tat-tfal f’azzjoni: It-tfal se jżuru pajjiż biex jaraw kif il-parteċipazzjoni tat-tfal għandha impatt fuq it-tfassil tal-politika fil-livelli lokali u nazzjonali.
Żjara 2 – Azzjoni klimatika u edukazzjoni: Din iż-żjara se tiffoka fuq tagħlim lit-tfal dwar l-azzjoni klimatika u dwar kif jistgħu jgħinu biex jipproteġu l-ambjent.
Żjarat reċiproki (peer visits)
Żjara 1 – Sikurezza online u drittijiet diġitali: Tfal minn pajjiżi differenti se jiltaqgħu biex jaqsmu ideat dwar issikurezza online u d-drittijiet diġitali.
Żjara 2 – Appoġġ reċiproku fil-qasam tassaħħa mentali: It-tfal se jiltaqgħu u jesploraw kif jistgħu jappoġġaw lil xulxin fissaħħa mentali fl-iskejjel u fil-komunitajiet.

Nifhmu aħjar il-miżuri politiċi
Se noħolqu verżjonijiet faċli biex jinqraw u adattati għat-tfal ta’ dokumenti u rapporti ta’ politika importanti, bħall-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Bullying Ċibernetiku u l-Linji Gwida tal-UE dwar il-benesseri Linji Gwida tal-UE dwar il-benesseri u s-saħħa mentali fl-iskejjel u nsaqsu lit-tfal x’jaħsbu dwarhom.
FLIMKIEN, NISTGĦU NAGĦMLU DIFFERENZA POŻITTIVA FL-EWROPA!
Back to top