Dikjarazzjoni speċifika ta’ privatezza dwar il-protezzjoni tad-<i>data</i> personali fil-qafas ta’ kompetizzjoni miftuħa

Fil-qafas ta’ kompetizzjoni miftuħa, id-data personali kollha pprovduta mill-kandidati tiġi ttrattata skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018. Skont l-Artikoli 15 u 16 ta’ dan ir-Regolament, l-EPSO jipprovdi l-kandidat bl-informazzjoni li ġejja:

L-identità tal-kontrollur tad-data: Minna Vuorio, Direttur tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

L-għan(ijiet) tal-ipproċessar: l-organizzazzjoni ta' kompetizzjonijiet miftuħa sabiex jintgħażel il-persunal għall-istituzzjonijiet Ewropej; il-ġestjoni amministrattiva tal-applikazzjonijiet u l-istadji differenti ta’ dawn il-kompetizzjonijiet miftuħa; l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-użu tal-listi ta’ riżerva.

Id-data kkonċernata:

  • Id-data personali li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ kandidat (kunjom, isem, isem fit-twelid, id-data u l-post tat-twelid, is-sess, in-numru u d-data ta’ validità tad-dokument ta’ identità, in-numru nazzjonali, l-indirizz tal-email).

  • L-informazzjoni pprovduta mill-kandidat sabiex ikun hemm organizzazzjoni prattika tat-testijiet ta’ ammissjoni u t-testijiet l-oħra kollha (indirizz, kodiċi postali, belt, pajjiż, numri tat-telefown u tal-faks, il-lingwa għall-korrispondenza).

  • L-informazzjoni pprovduta mill-kandidat dwar bżonnijiet speċjali.

  • L-informazzjoni pprovduta mill-kandidat sabiex ikun hemm apprezzament tal-eliġibilità tiegħu skont il-kriterji ta’ ammissjoni stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni (ċittadinanzi; lingwi; kwalifiki / taħriġ: sena mogħtija, titlu, l-isem tal-korp li ħariġha, esperjenza professjonali).

  • Il-motivazzjoni tal-kandidat fl-applikazzjoni għall-kompetizzjoni.

  • Ir-riżultati tat-testijiet ta’ ammissjoni, bil-miktub u orali, inklużi dawk li jsiru fiċ-ċentri ta’ evalwazzjoni, il-passaport ta’ kompetenza, id-data dwar il-ħiliet u l-kompetenzi tal-kandidati.

It-tweġibiet obbligatorji jew fakultattivi: l-oqsma kollha huma obbligatorji b'mod awtomatiku. Jekk ma jimtlewx, ir-reġistrazzjoni ma’ tistax issir. L-oqsma fakultattivi se jkunu indikati.

Il-bażi ġuridika: ir-Regolament Nru 31(KEE), 11(KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 45, 14.6.1962, p. 1385) kif emendat l-aħħar mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1611 tas-7 ta’ Lulju 2016; id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, tal-Kumitat u tar-Reġjuni u tal-Ombudsman Ewropew tal-25 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej.

Ir-riċevituri tad-data: L-istituzzjonijiet Ewropej u/jew il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Komunità għandhom aċċess għad-data tal-applikanti li jirnexxu biex ikunu jistgħu joffrulhom impjieg (ma jirċievu ebda informazzjoni dwar id-diżabilità, sakemm ma l-kandidat ma jkunx ta l-kunsens espliċitu tiegħu biex tiġi trasferita data bħal din). F’każ ta’ lment amministrattiv skont l-Artikolu 90 §2 tar-Regolamenti tal-Persunal u/jew appell ġudizzjarju quddiem il-qrati tal-UE, anki s-Servizzi Legali tal-awtorità tal-ħatra kkonċernat u/jew il-Qrati tal-UE. Il-persunal tal-OLAF, l-IDOC, l-IAS u l-Qorti tal-Awdituri wara talba, u limitat għal dak li huwa meħtieġ għal investigazzjonijiet uffiċjali jew għal skopijiet ta’ awditjar. L-informazzjoni pprovduta mill-kandidat dwar bżonnijiet speċjali tinħażen esklussivament fiċ-ċellola tal-aċċessibbiltà tal-EPSO. Abbażi tal-kunsens espliċitu tal-kandidat, il-kunjom, l-isem, l-indirizz tal-email, u r-referenza tal-kompetizzjoni li applika għaliha, jistgħu jiġu trażmessi lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat/i Membru/i tal-UE li l-persuna jkun ċittadin tiegħu/tagħhom.

L-ipproċessar f’isem il-kontrollur, b’rispett xieraq tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1725: il-Bordijiet tas-Selezzjoni, kumpaniji privati.

Il-legalità tal-ipproċessar: l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku, fuq il-bażi tat-Trattati (reklutaġġ ta’ persunal).

Id-data meta jibda l-ipproċessar: id-data tal-applikazzjoni.

Il-perjodu taż-żamma: għal data online, 12-il xahar wara r-reklutaġġ tal-kandidat magħżul jew sad-data tal-għeluq tal-lista ta’ riżerva jekk il-persuna ma tkunx ġiet reklutata. Għall-kandidati li ma jirnexxux, id-data online tinżamm sa 12-il xahar wara l-għeluq tal-aħħar kompetizzjoni tal-kandidat. Applikazzjonijiet mhux ivvalidati: 12-il xahar wara d-data tal-għeluq. Il-fajls tal-karti huma organizzati u miżmuma għal 10 snin.

Id-dritt ta’ aċċess u d-dritt għar-rettifika tad-data: kull kandidat jista’ jivverifika d-dettalji personali tiegħu permezz tal-Kont tal-EPSO tiegħu u jibdilhom online fi kwalunkwe mument, bl-eċċezzjoni ta’ ismu, kunjomu, kunjomu tat-twelid, informazzjoni dwar is-sess, id-data u l-post tat-twelid u ċ-ċittadinanza tiegħu, li għalihom trid issir talba formali li tkun iġġustifikata u tintbagħat bil-miktub lill-EPSO permezz tal-Webform.

Sal-validazzjoni finali tal-applikazzjoni, xorta jkun possibbli li kandidat jimmodifika d-data tiegħu kollha fl-applikazzjoni. Wara l-validazzjoni l-ebda data fil-formola tal-applikazzjoni ma tista’ tinbidel.

Il-kandidati għandhom id-dritt ta' rikors fi kwalunkwe żmien mar-Regolatur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data fuq (edps@edps.europa.eu)

 

Dikjarazzjoni speċifika ta’ privatezza dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qafas tal-proċess tas-selezzjoni ta’ aġenti temporanji

Fil-qafas tal-proċess tas-selezzjoni, id-data personali kollha pprovduta mill-kandidati tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018. Skont l-Artikoli 15 u 16 ta’ dan ir-Regolament, l-EPSO jipprovdi l-kandidat bl-informazzjoni li ġejja:

L-identità tal-kontrollur tad-data: Minna Vuorio, Direttur tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

L-għan(ijiet) tal-ipproċessar: l-organizzazzjoni tal-proċeduri tas-selezzjoni ta’ aġenti temporanji bil-ħsieb li jiġu reklutati mill-Istituzzjonijiet Ewropej u minn korpi u aġenziji oħrajn tal-UE.

Id-data kkonċernata:

  • Id-data personali li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ kandidat (kunjom, isem, isem fit-twelid, id-data u l-post tat-twelid, is-sess, in-numru u d-data ta’ validità tad-dokument ta’ identità, in-numru nazzjonali, l-indirizz tal-email).

  • L-informazzjoni pprovduta mill-kandidat sabiex ikun hemm organizzazzjoni prattika tat-testijiet (indirizz, kodiċi postali, belt, pajjiż, numri tat-telefown u tal-faks, il-lingwa għall-korrispondenza).

  • L-informazzjoni pprovduta mill-kandidat dwar bżonnijiet speċjali.

  • L-informazzjoni pprovduta mill-kandidat fil-qafas ta’ din il-proċedura tas-selezzjoni, li tippermetti l-apprezzament tal-profil tal-kandidat definit mis-sejħa għall-espressjoni ta’ interess (iċ-ċittadinanzi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-esperjenza professjonali, il-lingwi, l-impenji mingħand il-kandidat biex jaderixxi ma’ kwalunkwe kontroll tas-sigurtà, dettalji oħra).

  • L-informazzjoni individwali kkomunikata lil kull kandidat, permezz tal-Kont tal-EPSO, dwar il-proċess tas-selezzjoni, inklużi r-riżultati tat-testijiet.

It-tweġibiet obbligatorji jew fakultattivi: l-oqsma kollha huma obbligatorji b'mod awtomatiku. Jekk ma jimtlewx, ir-reġistrazzjoni ma’ tistax issir. L-oqsma fakultattivi se jkunu indikati

Il-bażi ġuridika: ir-Regolament Nru 31(KEE), 11(KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 45, 14.6.1962, p. 1385) kif emendat l-aħħar mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1611 tas-7 ta’ Lulju 2016; Id-Deċiżjoni Nru 2002/620/KE tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Ombudsman Ewropew tal-25 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej.

Ir-riċevituri tad-data: id-dipartiment li jkun talab l-organizzazzjoni tal-proċedura tas-selezzjoni. F’każ ta’ lment amministrattiv skont l-Artikolu 90 §2 tar-Regolamenti tal-Persunal u / jew appell ġudizzjarju quddiem il-qrati tal-UE, anki s-Servizzi Legali tal-awtorità tal-ħatra kkonċernat u/jew il-Qrati tal-UE. Il-persunal tal-OLAF, l-IDOC, l-IAS u l-Qorti tal-Awdituri wara talba, u limitat għal dak li huwa meħtieġ għal investigazzjonijiet uffiċjali jew għal skopijiet ta’ awditjar. L-informazzjoni pprovduta mill-kandidat dwar bżonnijiet speċjali tinħażen esklussivament fiċ-ċellola tal-aċċessibbiltà tal-EPSO.

L-ipproċessar f’isem il-kontrollur, b’rispett xieraq tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1725: il-Panels tas-Selezzjoni, kumpaniji privati.

Il-legalità tal-ipproċessar: l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku, fuq il-bażi tat-Trattati (reklutaġġ ta’ persunal).

Id-data meta jibda l-ipproċessar: id-data tal-applikazzjoni.

Il-limitu ta' żmien għall-ħażna tad-data personali: fl-EPSO tinħażen u tiġi arkivjata kopja tal-fajl tal-applikazzjoni tal-kandidat għal 10 snin.

Id-dritt ta’ aċċess u d-dritt għar-rettifika tad-datakull kandidat jista’ jivverifika d-dettalji personali tiegħu permezz tal-Kont tal-EPSO tiegħu u jibdilhom online fi kwalunkwe mument, bl-eċċezzjoni ta’ ismu, kunjomu, kunjomu tat-twelid, informazzjoni dwar is-sess, id-data u l-post tat-twelid u ċ-ċittadinanza tiegħu, li għalihom trid issir talba formali li tkun iġġustifikata u tintbagħat bil-miktub lill-EPSO permezz tal-Webform.

Sal-validazzjoni finali tal-applikazzjoni, xorta jkun possibbli li kandidat jimmodifika d-data tiegħu/ kollha fl-applikazzjoni. Wara l-validazzjoni l-ebda data fil-formola tal-applikazzjoni ma tista’ tinbidel.

Il-kandidati għandhom id-dritt ta' rikors fi kwalunkwe żmien mar-Regolatur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data fuq (edps@edps.europa.eu)

 

Dikjarazzjoni speċifika ta’ privatezza dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qafas tal-proċess tas-selezzjoni ta’ aġenti kuntrattwali

Fil-qafas ta’ din il-proċedura tas-selezzjoni, id-data personali kollha pprovduta mill-kandidati hija ttrattata skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018. Skont l-Artikoli 15 u 16 ta’ dan ir-Regolament, l-EPSO se jipprovdi l-kandidat bl-informazzjoni li ġejja:

L-identità tal-kontrollur tad-data: Minna Vuorio, Direttur tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

L-għan(ijiet) tal-ipproċessar: biex jiġu assistiti l-istituzzjonijiet Ewropej u, fejn applikabbli, l-aġenziji regolatorji fis-selezzjoni tal-aġenti kuntrattwali billi jipprovduhom b’bażi tad-data valida tal-kandidati, peress li r-reklutaġġ huwa responsabilità tal-Istituzzjonijiet ikkonċernati. Jintbagħtu deċiżjonijiet individwali f'kull stadju tal-proċess tas-selezzjoni lil kull kandidat permezz tal-Kont tal-EPSO tagħhom.

Id-data kkonċernata: dik tal-kandidati rreġistrati għall-proċessi tas-selezzjoni ta' aġenti kuntrattwali.

  • Id-data personali li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ kandidat (kunjom, isem, isem fit-twelid, id-data u l-post tat-twelid, is-sess, in-numru u d-data ta’ validità tad-dokument ta’ identità, in-numru nazzjonali, l-indirizz tal-email).

  • L-informazzjoni pprovduta mill-kandidat sabiex ikun hemm organizzazzjoni prattika tat-testijiet (indirizz, kodiċi postali, belt, pajjiż, numri tat-telefown u tal-faks, il-lingwa għall-korrispondenza).

  • L-informazzjoni pprovduta mill-kandidat dwar bżonnijiet speċjali.

  • L-informazzjoni pprovduta mill-kandidat fil-qafas ta’ din il-proċedura tas-selezzjoni, li tippermetti l-apprezzament tal-profil tal-kandidat definit mis-sejħa għall-espressjoni ta’ interess (iċ-ċittadinanzi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-esperjenza professjonali, il-lingwi, l-impenji mingħand il-kandidat biex jaderixxi ma’ kwalunkwe kontroll tas-sigurtà, dettalji oħra).

  • L-informazzjoni individwali kkomunikata lil kull kandidat, permezz tal-Kont tal-EPSO, dwar il-proċess tas-selezzjoni, inklużi r-riżultati tat-testijiet.

It-tweġibiet obbligatorji jew fakultattivi: l-oqsma kollha huma obbligatorji b'mod awtomatiku. Jekk ma jimtlewx, ir-reġistrazzjoni ma’ tistax issir. L-oqsma fakultattivi se jkunu indikati

Il-bażi ġuridika: ir-Regolament Nru 31(KEE), 11(KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 45, 14.6.1962, p. 1385) kif emendat l-aħħar mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1611 tas-7 ta’ Lulju 2016; id-Deċiżjoni Nru 2002/620/KE tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, tal-Kumitat u tar-Reġjuni u tal-Ombudsman Ewropew tal-25 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej.

Ir-riċevituri tad-data: is-servizzi responsabbli għar-reklutaġġ fl-Istituzzjonijiet u l-aġenziji regolatorji. F’każ ta’ lment amministrattiv skont l-Artikolu 90 §2 tar-Regolamenti tal-Persunal u/jew ta’ appell ġudizzjarju quddiem il-qrati tal-UE anki s-Servizz Legali tal-awtorità tal-ħatra kkonċernata u/jew il-Qrati tal-UE.

L-ipproċessar f’isem il-kontrollur, b’rispett xieraq tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1725: il-Bordijiet tas-Selezzjoni, kumpaniji privati.

Il-legalità tal-ipproċessar: l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku, fuq il-bażi tat-Trattati (reklutaġġ ta’ persunal).

Id-data meta jibda l-ipproċessar: id-data tal-applikazzjoni.

Il-perjodu taż-żamma: fl-EPSO tinħażen u tiġi arkivjata kopja tal-fajl tal-applikazzjoni tal-kandidat għal sentejn wara t-tmiem uffiċjali ta’ profil speċifiku kif speċifikat fis-Sejħa jew sentejn wara t-talba espliċita tal-kandidat biex tiġi rtirata l-applikazzjoni tiegħu mill-bażi tad-data.

Id-dritt ta’ aċċess u d-dritt għar-rettifika tad-data: kull kandidat jista’ jivverifika d-dettalji personali tiegħu permezz tal-Kont tal-EPSO tiegħu u jibdilhom online fi kwalunkwe mument, bl-eċċezzjoni ta’ ismu, kunjomu, kunjomu tat-twelid, informazzjoni dwar is-sess, id-data u l-post tat-twelid u ċ-ċittadinanza tiegħu, li għalihom trid issir talba formali li tkun iġġustifikata u tintbagħat bil-miktub lill-EPSO permezz tal-Webform.

Sal-validazzjoni finali tal-applikazzjoni, xorta jkun possibbli li kandidat jimmodifika d-data tiegħu. Wara dan, hi biss id-data personali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kandidati li tista' tiġi modifikata. Madankollu, għall-hekk imsejħa proċeduri tas-selezzjoni Permanenti tal-CAST (identifikati minn titlu li jibda b'EPSO/CAST/P), il-kandidat dejjem se jkollu l-possibbiltà li jimmodifika d-data tiegħu, anke wara l-validazzjoni.

Il-kandidati għandhom id-dritt ta' rikors fi kwalunkwe żmien mar-Regolatur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data fuq (edps@edps.europa.eu)

 

Dikjarazzjoni Speċifika ta’ Privatezza dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qafas tal-proċess tas-selezzjoni ta’ aġenti kuntrattwali f’CAST PERMANENT

B’qies tan-natura speċifika tal-proċedura tal-CAST, id-data personali tal-kandidati tinżamm għat-tul tal-proċedura flimkien mat-tliet snin wara li tingħalaq, sakemm sid id-data ma jitlobx b'mod espliċitu li titħassar id-data tiegħu qabel. F’każijiet bħal dawn id-data tiġi diżattivata u ma tkunx aċċessibbli fis-sistemi tal-IT tal-EPSO minn meta tasal it-talba; madankollu hi tinżamm fl-istat diżattivat tagħha għal perjodu ta’ tliet snin mid-data tat-talba tat-tneħħija, biex tippermetti lill-EPSO jkun konformi ma’ kwalunkwe obbligu li jista’ jkun hemm fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ appell ġudizzjarju. Wara li jiskadi dan il-perjodu ta’ żamma ta’ tliet snin, titneħħa d-data.



Ma tistax toħloq iktar minn kont tal-EPSO wieħed. Toħloqx kont tal-EPSO ġdid jekk għandek wieħed diġà. Jekk ma tikkonformax ma’ din ir-regola, tista' tiġi eskluż mill-kompetizzjonijiet / proċeduri tas-selezzjoni li tkun applikajt għalihom permezz ta’ dawk il-kontijiet.
Billi tikklikkja hawn taħt int taqbel li tirrispetta din ir-regola u tirrikonoxxi li kont ġejt infurmat dwar l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek, kif deskritt hawn fuq.