Skip to main content

Ċentru ta’ għarfien

Iċ-Ċentru ta’ għarfien tal-Patt se jipprovdi informazzjoni u servizzi li jgħinu biex tingħata spinta lill-azzjoni klimatika.

Il-Patt Klimatiku Ewropew se jibni u jappoġġja l-għadd kbir ta’ inizjattivi li qed jitfaċċaw jew li diġà jeżistu.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se twaqqaf ċentru ta’ għarfien biex:

  • jiġbor flimkien informazzjoni u għarfien espert rilevanti
  • jagħmilhom disponibbli fuq is-sit web tal-Patt u permezz ta’ servizzi ta’ appoġġ speċifiċi
  • jgħin l-inizjattivi jgħaddu mit-tagħlim għall-għemil, jibnu l-kapaċità, jespandu u jirreplikaw dak li diġà jaħdem.

Aktar informazzjoni se tkun disponibbli fl-2021.