Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Sistema ta’ ġbir online

Bħala organizzatur, bħalissa għandek 2 opzjonijiet biex tiġbor il-firem online:

  • tuża s-sistema tal-Kummissjoni
  • tuża s-sistema tiegħek

Attent! Tista’ tuża s-sistema tiegħek għal inizjattivi rreġistrati sal-aħħar tal-2022 biss. Għal inizjattivi rreġistrati wara dan, tkun tista’ tuża biss is-sistema online tal-Kummissjoni.

Sistema ta’ ġbir tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tmexxi sistema ċentrali għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ.

Il-vantaġġi jinkludu:

  • preparazzjoni minima (soluzzjoni turnkey)
  • mingħajr ħlas għall-organizzaturi
  • ebda approvazzjoni meħtieġa (is-sistema diġà tikkonforma mal-istandards tekniċi u ta’ sigurtà – biex tuża s-sistema, inti sempliċiment tiffirma ftehim mal-Kummissjoni)
  • setup rapidu (biex tintuża s-sistema, sempliċiment informa lill-Kummissjoni 10 ijiem ta’ xogħol qabel ma jibda l-ġbir, permezz tal-kont tal-organizzatur tiegħek)
  • f’xi pajjiżi, dawk li jappoġġjaw l-inizjattiva tiegħek jistgħu jużaw l-identifikazzjoni elettronika biex jiffirmaw
  • is-sistema hi kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltajiet
  • Tista’ wkoll tuża s-sistema biex tiġbor l-indirizzi tal-email ta’ dawk li jappoġġjawha (għal komunikazzjoni kontinwa magħhom dwar l-inizjattiva)
  • għoti ta’ statistika għal kull inizjattiva lill-organizzaturi tagħha.

Sistema ta’ ġbir tiegħek

Jekk tagħżel li toħloq is-sistema tiegħek stess (sistema waħda għal kull inizjattiva biss):

  • is-sistema tiegħek għandha tissodisfa ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi rigward is-sigurtà tal-ġbir u tal-ħżin tad-data b’mod partikulari jeħtieġlek l-ewwel iġġib l-approvazzjoni - f’forma ta’ ċertifikat, imwassal fi żmien xahar - mill-awtorità kompetenti rilevanti fil-pajjiż tal-UE li fih se tinħażen id-data - l-awtorità għandha mnejn tkun tista’ tgħinek fir-regoli u fir-rekwiżiti ta’ siġurtà.
  • għandek turi kopja taċ-ċertifikat fuq is-sit web li tuża għas-sistema ta’ ġbir tiegħek - wara li tagħmel dan biss tista’ tibda tiġbor il-firem.

Tqabbil rapidu

Sistema tal-Kummissjoni

Sistema tiegħek

Mingħajr ħlas għall-organizzaturi

Tista’ tħallas għas-software u l-hosting

Ebda approvazzjoni (ċertifikat) meħtieġa

Is-sistema teħtieġ l-approvazzjoni, flimkien mad-dokumentazzjoni neċessarja

Identifikazzjoni elettronika inkluża

Ebda identifikazzjoni elettronika

Ġbir tal-emails inkluż

Il-ġbir tal-emails jiddependi mis-sistema li tuża

Tista’ tibda tiġbor wara 10 ijiem

Meħtieġ iż-żmien biex tiġi stabbilita s-sistema

Inti kopert mill-ftehim mal-Kummissjoni (li jkopri l-protezzjoni tad-data)

Int responsabbli biex tiżgura l-konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?