Aspetti ġenerali
Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea hi mezz għalik u għal Ewropej oħrajn biex tieħdu parti attiva fit-tfassil tal-politika tal-UE.
Jekk tixtieq li ġġiegħel lil UE tieħu azzjoni dwar kwistjoni partikulari, tista’ toħloq inizjattiva taċ-ċittadini, biex titlob lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni tal-UE ġdida dwar il-kwistjoni.
Biex inizjattiva tkun ikkunsidrata mill-Kummissjoni, jeħtieġlek tipperswadi miljun pesuna mill-UE kollha jiffirmaw l-appoġġ tagħha.
Tista’ biss tissottometti petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew. Mentri l-inizjattivi taċ-ċittadini huma sottomessi lill-Kummissjoni Ewropea.
Il-petizzjonijiet huma differenti prinċipalment minħabba li:
- huma relatati ma’ attivitajiet tal-UE eżistenti; huma ma jistgħux jitolbu proposti għal liġijiet tal-UE ġodda (l-inizjattivi taċ-ċittadini jipproponu liġijiet tal-UE ġodda)
- huma jistgħu jkunu sottomessi minn petizzjonant wieħed (l-inizjattivi taċ-ċittadini għandhom gruppi ta’ organizzaturi formali)
- m’hemm ebda numru minimu ta’ firem (l-inizjattivi taċ-ċittadini jeħtieġu miljun firma).
IVA.
Inizjattivi u għodod simili jeżistu kemm fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi. Huma differenti fl-iskop u fil-proċedura.
Tista’ ssib eżempji f’dan l-istudju:
Għal inizjattivi rreġistrati qabel l-1 ta’ Jannar 2020, ir-regoli attwali japplikaw f’xi aspetti, u r-regoli preċedenti japplikaw f’oħrajn (eż: ir-rekwiżiti tad-data għall-firmatarji, is-sistemi tal-ġbir online, iċ-ċertifikazzjoni tal-firem mill-pajjiżi tal-UE).
Għal aktar dettalji dwar dan, ara l-avviż tal-Kummissjoni dwar l-arranġamenti transizzjonali.
Kif tibda – l-inizjattiva
IVA.
Tista’ tikseb parir indipendenti dwar l-aspetti legali u organizzattivi mill-Forum tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.
LE.
Inizjattiva taċ-ċittadini tista’ biss tikkonċerna proposti dwar kwistjonijiet li fihom iċ-ċittadini jikkunsidraw li hu meħtieġ att legali tal-Unjoni biex jiġu implimentati t-Trattati (u għalhekk mhux li jimmodifikawhom).
IVA.
M’hemm ebda restrizzjoni dwar dan fir-regoli.
IVA.
M’hemm ebda restrizzjoni dwar dan fir-regoli.
Kif tibda – l-organizzaturi
IVA.
L-importanti hu l-pajjiż tar-residenza tagħhom. L-organizzaturi jistgħu jkollhom l-istess nazzjonalitajiet jew nazzjonalitajiet differenti.
LE.
Jeħtieġlek tkun ċittadin ta’ pajjiż tal-UE.
Għandu jkollok biżżejjed età biex tivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE dan ifisser li jrid ikollok 18-il-sena – ħlief:
- fl-Awstrija u f’Malta, fejn il-vot hu ta’ 16-il sena
- fil-Greċja, fejn il-vot hu ta’ 17-il sena.
LE.
Jeħtieġ ikollok biss l-età biex tivvota fl-elezzjonijiet Ewropej (ara l-mistoqsija preċedenti).
IVA.
Iżda huma ma jitqisux li jagħmlu parti min-numru minimu ta’ persuni li jgħixu f’7 pajjiżi differenti tal-UE (u ma jistgħux jagħmlu parti mil-lista meta tissottometti t-talba tar-reġistrazzjoni tiegħek).
Il-persuni ta’ kuntatt – ir-rappreżentant u s-sostitut tagħhom – huma awtorizzati li jitkellmu u li jaġixxu f’isem l-organizzaturi.
Huma jistgħu jkunu fost is-7 membri tal-grupp li jgħixu f’7 pajjiżi differenti jew ikunu 2 membri differenti tal-grupp.
Huma jikkomunikaw bejn il-grupp u l-Kummissjoni, b’mod partikulari billi jimmaniġġjaw is-sottomissjonijiet kollha tal-Kummissjoni.
It-tnejn li huma għandhom aċċess għall-kont tal-organizzatur u jirċievu l-korrispondenza mill-Kummissjoni.
IVA.
Meta jissottomettu talba għar-reġistrazzjoni, ir-rappreżentanti tal-grupp ta’ organizzaturi jeħtiġilhom japplowdjaw dokumenti bl-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali u n-nazzjonalitajiet tas-7 membri tal-grupp li jgħixu fis-7 pajjiżi differenti.
L-istess dokumenti huma meħtieġa għall-persuni ta’ kuntatt (rappreżentanti u sostitut), jekk int m’intix wieħed minn dawn is-7 membri.
Il-Kummissjoni se tiċċekkja dawn id-dokumenti u għandha mnejn teħtieġ li r-rappreżentant jipprovdi aktar informazzjoni.
IVA.
Jekk tagħmlu dan, trid (ir-rappreżentant jew is-sostitut) tuża l-kont ta’ organizzatur tiegħek biex tinforma lill-Kummissjoni bit-tibdiliet tiegħek.
Meta t-tibdiliet jaffettwaw in-numru minimu tal-membri tal-grupp li jgħixu f’7 pajjiżi differeni, jeħtieġlek tipprovdi d-dokumenti neċessarji li juru li l-grupp tiegħek xorta waħda għadu jikkonforma mar-rekwiżiti f’termini ta’ nazzjonalità, età u residenza.
Jeħtieġlek ukoll tibdel id-dikjarazzjoni tal-formoli ta’ appoġġ biex jirriflettu dawn it-tibdiliet.
L-ismijiet tal-membri ġodda tal-grupp se jidhru fir-reġistru online. L-ismijiet tal-membri ta’ qabel se jibqgħu jidhru fir-reġistru matul il-proċedura kollha (l-awtoritajiet rilevanti jistgħu mbagħad jiċċekkjaw il-validità tal-firem miġburin u jissottomettuhom għall-verifika).
IVA.
M’hemm ebda restrizzjonijiet dwar dan fir-regoli.
LE.
Din hi biss opzjoni.
Jekk tissettja waħda, l-entità hi legalment inkarigata li timmaniġġja l-inizjattiva.
IVA.
Kwalunkwe entità ġuridika li timmaniġġja l-inizjattiva għandha tkun stabbilita skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż fejn hi rreġistrata. Għandhom jiġu pprovduti dokumenti li juru li kienet irreġistrata b’mod speċifiku għall-fini tal-immaniġġjar tal-inizjattiva u li r-rappreżentant hu awtorizzat biex jaġixxi f’isimha.
Kif tirreġistra l-inizjattiva
- it-titlu tal-inizjattiva (mass. 100 karattru, mingħajr spazji)
- l-objettivi tal-inizjattiva (mass. 1,100 karattru, mingħajr spazji)
- l-artikoli tat-Trattat li intom bħala organizzaturi tikkunsidraw rilevanti għall-inizjattiva proposta
- l-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet u d-dati tat-twelid tas-7 membri tal-grupp li jgħixu f’7 pajjiżi differenti tal-UE
- l-istess dettalji personali għar-rappreżentant u s-sostitut kif ukoll l-indirizz tal-email u n-numri tat-telefown tagħhom.
Ir-rappreżentant u s-sostitut jistgħu jkunu fost is-7 membri tal-grupp imsemmijin hawn fuq (jgħixu f’7 pajjiżi differenti) jew jistgħu jkunu membri oħrajn tal-grupp.
- id-dokumenti li juru l-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet u d-dati tat-twelid ta’ kull wieħed mis-7 membri tal-grupp u tar-rappreżentant u tas-sostitut, jekk huma fost is-7 membri tal-grupp
- l-ismijiet tal-membri l-oħrajn tal-grupp
- is-sorsi ta’ finanzjament u ta’ appoġġ (magħrufin fil-ħin tar-reġistrazzjoni) aktar minn €500 għal kull sponsor
- jekk dokumenti rilevanti juru li (i) entità ġuridika kienet ifformata biex timmaniġġja l-inizjattiva u (ii) li l-grupp rappreżentattiv hu awtorizzat li jaġixxi f’isem din l-entità.
Tista’ tipprovdi wkoll:
- l-anness li jagħti aktar dettalji ta’ sfond dwar il-kwistjoni tiegħek u l-objettivi tal-inizjattiva (mass. 5,000 karattru mingħajr spazji), li għandhom jimtlew online.
- l-informazzjoni addizzjonali, pereżempju abbozz ta’ att legali li jindirizza l-kwistjoni tiegħek (li għandu jkun applowdjat – max. 5 MB)
- l-indirizz tas-sit web li qed jintuża għal hosting tal-inizjattiva tiegħek (jekk hemm).
Il-Kummissjoni se tirreġistra inizjattiva tiegħek jekk:
- il-grupp ta’ organizzaturi jkun ġie ffurmat u l-persuni ta’ kuntatt ikunu ġew innominati;
- l-entità ġuridika (jekk għandek l-intenzjoni li tuża waħda) ġiet speċifikament stabbilita biex timmaniġġja l-inizjattiva u r-rappreżentant tiegħek hu awtorizzat li jaġixxi f’isimha.
- l-inizjattiva tikkonċerna kwistjoni fejn il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tipproponi liġi tal-UE
- l-inizjattiva mhix abbużiva, frivola jew offensiva
- l-inizjattiva hi skont (i) il-valuri tal-UE, kif stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewriopea. u (ii) d-drittijiet fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
LE.
Il-Forum hu spazju informali għal organizzaturi (potenzjali) biex jiddiskutu kemm ideat għal inizjattivi, kif ukoll isibu nies biex jingħaqdu flimkien jew biex jiksbu parir.
Biex tirreġistra l-inizjattiva tiegħek u tibda bil-ġbir tal-firem, l-ewwel jeħtieġlek tissottometti talba formali għal reġistrazzjoni lill-Kummissjoni.
Int se tkun innotifikat bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fi żmien xahrejn mit-talba tiegħek.
Eċċezzjoni
Jekk l-inizjattiva tiegħek tissodisfa r-rekwiżiti kollha ħlief jekk mhux f’qasam li fih il-Kummissjoni għandha s-setgħa, il-grupp tiegħek jirċievi diġà tweġiba fi żmien xahar, flimkien ma’ offerta biex tibdel il-proposta tiegħek f’dan ir-rigward.
Imbagħad ikollok sa xahrejn biex tibgħat il-verżjoni aġġornata lill-Kummissjoni (jew tista’ tiddeċiedi li ma tkomplix b'din l-inizjattiva).
Jekk tibgħat verżjoni aġġornata, il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni finali fi żmien xahar minn meta tirċiviha. Din tista’ tkun waħda minn dawn it-3 affarijiet:
- tirreġistra l-inizjattiva fil-verżjoni sħiħa tagħha
- tirreġistra l-inizjattiva parzjalment
- tirrifjuta li tirreġistra l-inizjattiva.
Fiċ-ċirkostanzi, il-proċedura ta’ reġistrazzjoni sħiħa tista’ tieħu sa 4 xhur.
Inizjattiva hi rreġistrata parzjalment jekk l-objettivi kollha tagħha mhumiex skont is-setgħat tal-Kummissjoni biex tipproponi liġi tal-UE.
B’reġistrazzjoni parzjali, dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jistgħu jkunu miġburin abbażi tal-ftehim li, anki jekk tikseb il-miljun firma meħtieġa u jirnexxilek tissottometti b’suċċess l-inizjattiva tiegħek, il-Kummissjoni se tikkunsidra biss dawk il-partijiet li huma skont is-setgħat tagħha.
Il-firmatarji jistgħu jsibu dan billi jiċċekkjaw ir-reġistru online tal-Kummissjoni, li se jkun fih informazzjoni dwar liema partijiet tal-inizjattiva ġew irreġistrati.
U l-grupp ta’ organizzaturi huma obbligati li jinformaw lill-firmatarji li huma qed jiffirmaw biss b’appoġġ għall-partijiet irreġistrati tal-inizjattiva.
Din l-informazzjoni li ġejja biss hi ppubblikata:
- id-deskrizzjoni tal-inizjattiva (titlu, objettivi u kwalunkwe informazzjoni oħra pprovduta)
- l-ismijiet sħaħ tal-membri tal-grupp ta’ organizzaturi u l-indirizz tal-email tal-persuni ta’ kuntatt (rappreżentant u sostitut)
- il-pajjiż ta’ residenza tar-rappreżentant jew (jekk l-entità ġuridika nħolqot biex timmaniġġja l-inizjattiva) l-isem tal-entità u l-pajjiż li hi bbażata fih.
- informazzjoni dwar sorsi ta’ finanzjament u ta’ appoġġ.
Għal aktar informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, ara l-istqarrija ta’ privatezza.
Tista’ tuża kwalunkwe lingwa minn 24 lingwa uffiċjali tal-UE.
IVA.
Il-Kummissjoni tittraduċi t-titlu, l-objettivi u l-anness tal-inizjattiva tiegħek fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u tippubblikahom fir-reġistru pubbliku tagħha.
Jekk tixtieq kwalunkwe ħaġa oħra tradotta (eż. abbozz ta’ att legali), hi r-responsabbiltà tagħkom bħala organizzaturi. Imbagħad il-Kummissjoni żżid dawn it-traduzzjonijiet mal-oħrajn fir-reġistru pubbliku.
IVA.
Id-deċiżjoni hi bbażata fuq raġunijiet legali, dan ifisser li tista’ tikkontestaha. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u se tispjega liema rimedji legali jew barra l-qorti huma disponibbli għalik.
Dan jinkludi t-tressiq ta’ proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE jew it-tressiq ta’ lment lill-Ombudsman Ewropew (biex tilmenta dwar amministrazzjoni ħażina).
Tista’ tikkonsulta r-rekord tal-Kummissjoni għal rifjuti tagħha tal-passat biex tirreġistra l-inizjattivi.
IVA.
Tista’ tirtira l-inizjattiva fi kwalunkwe ħin qabel ma tissottomettiha lill-Kummissjoni (jiġifieri wara li tkun ġbart il-firem kollha tiegħek u ġegħelthom jiġu ċċertifikati).
Meta tirtiraha, ma tistax tiftaħha mill-ġdid, u l-firem kollha jsiru nulli u bla effett.
Iżda int se tkun xorta waħda tista’ taraha, fl-inizjattivi arkivjati.
Ksib ta’ appoġġ
Tistgħu tagħżlu meta tibdew tiġbru l-firem – iżda dan għandu jkun mhux aktar tard minn 6 xhur wara tkun irreġistrata l-inizjattiva tiegħek.
Għandek tinforma lill-Kummissjoni 10 ijiem tax-xogħol qabel id-data magħżula minnek. Imbagħad nippubblikaw id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir fir-reġistru online tagħna.
IVA.
Għandek l-aktar sena biex tiġbor il-firem. Tista’ tieqaf fi kwalunkwe ħin jekk int konfidenti li lħaqt in-numru massimu tal-firem (tal-anqas total ta’ miljun firma, b’numru minimu f’tal-anqas 7 pajjiżi tal-UE).
Il-pass li jmiss hu li tisssottomettihom lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal verifika.
LE.
Biex tiġbor il-firem, trid tuża forom speċifiċi li jikkonformaw mal-mudelli stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u tinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-inizjattiva, kif inhi ppubblikata fuq is-sit web.
Barra minn hekk, id-data li l-firmatarji għandhom jipprovdu tiddependi mill-pajjiż li ġejjin minnu.
Biex tiggarantixxi li għandek il-formoli t-tajbin, tista’ tiddawnlowdja formoli mimlijin minn qabel mill-kont ta’ organizzatur tiegħek fuq is-sit web. Dawn jinkludu diġà d-dettalji rilevanti għall-inizjattiva tiegħek.
LE.
Ikollok tuża formoli separati, skont in-nazzjonalità tal-firmatarji. Dan ifisser li l-firmatarji kollha fuq kwalunkwe formola waħda għandhom ikunu ċittadini tal-istess pajjiż tal-UE.
Fuq kull formola, l-ewwel għandek tindika l-pajjiż li se tkun mibgħuta fih għal verifika. Iċ-ċittadini biss ta’ dak il-pajjiż jistgħu mbagħad jużaw din il-formola.
Tista’ tiġbor il-firem fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE irrispettivament minn nazzjonalità.
LE.
Bħala organizzatur, għandek tagħżel bejn is-sistema tal-Kummissjoni u s-sistema tiegħek.
Jekk tagħżel li tibni s-sistema tiegħek stess, se jkun jeħtieġlek li tara li tiġi ċċertifikata minn awtorità rilevanti fil-pajjiż li d-data nħażnet fih.
LE.
Is-sistema hi bla ħlas, soluzzjoni hi diġà disponibbli. Hi tikkonforma diġà mar-rekwiżiti tekniċi u ta’ sigurtà.
Kulma għandek tagħmel, hu li tiffirma ftehim sabiex tkun kontrollur konġunt tad-data mal-Kummissjoni.
Imbagħad tista’ tibda tiġbor il-firem, 10 ijiem wara li tkun informajt lill-Kummissjoni dwar il-bidu tal-perjodu ta’ ġbir.
LE.
L-ewwel għandek tistaqsi lill-Kummissjoni biex tirreġistra l-inizjattiva tiegħek.
Tista’ tuża l-mezzi ta’ rikors disponibbli f’pajjiżek – pereżempju l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali (inklużi l-ombudsmen nazzjonali jew reġjonali).
Tista’ wkoll tressaq ilment lill-Kummissjoni għal ksur ta’ liġi tal-UE.
Biex jiġi żgurat li l-appoġġ għal inizjattiva hu mifrux b’mod suffiċjenti fost firxa wiesgħa ta’ nazzjonalitajiet.
Aktar dwar in-numri minimi ta’ firmatarji għal kull pajjiż.
LE.
Il-firmatarji kollha jingħaddu man-numru totali ta’ firmatarji biex tintlaħaq il-mira ta’ miljun firma.
Kif jingħata appoġġ
Jeħtieġlek timla u tiffirma dikjarazzjoni ta’ appoġġ, f’forma stampata jew online.
Din tvarja minn pajjiż għal ieħor.
Għaċ-ċittadini kollha tal-UE, li ġej hu meħtieġ: in-nazzjonalità; l-isem u l-kunjom sħaħ; u, skont il-pajjiż:
jew
A. l-indirizz postali sħiħ u d-data tat-twelid
(għaċ-ċittadini tad-Danimarka, tal-Finlandja, ta’ Franza, tal-Ġermanja, tal-Greċja, tal-Irlanda, tal-Lussemburgu, tan-Netherlands, tas-Slovakkja)
jew
B. in-numru ta’ identifikazzjoni personali u t-tip ta’ numru/dokument
(għaċ-ċittadini tal-Awstrija, tal-Belġju, tal-Bulgarija, tal-Kroazja, ta’ Ċipru, taċ-Ċekja, tal-Estonja, tal-Ungerija, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ Malta, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, ta’ Spanja, tal-Iżvezja).
Xi ċittadini tal-UE jistgħu wkoll jużaw l-Identifikazzjoni elettronika biex jappoġġjaw inizjattiva.
Rekwiżiti ta’ data għal kull pajjiż
Meta l-inizjattiva tilħaq in-numri ta’ firem meħtieġa, id-dettalji li ġbart se jkunu vvalidati mill-awtoritajiet f’kull pajjiż. Kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ appoġġ li fiha data żbaljata mhix se titqies bħala valida.
Għandu jkollok biżżejjed età biex tivvota fl-elezzjonijiet Ewropej.
Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE dan ifisser li jrid ikollok18-il-sena, ħlief:
- fl-Awstrija u f’Malta, fejn il-vot hu ta’ 16-il sena
- fil-Greċja, fejn il-vot hu ta’ 17-il sena.
Madankollu, xi pajjiżi jistgħu jiddeċiedu li jbaxxu l-età minima għal 16-il sena.
LE.
Jeħtieġ ikollok biżżejjed età biex tivvota fl-Elezzjonijiet Ewropej jew 16-il sena tal-anqas għall-pajjiżi li ddeċidew li jħallu li jingħata appoġġ minn din l-età (ara l-mistoqsija preċedenti).
LE.
Iċ-ċittadini tal-UE biss (ċittadini ta’ pajjiż tal-UE) jistgħu jappoġġjaw l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.
Fil-pajjiż li tiegħu int ċittadin.
Pereżempu, jekk int Litwan tgħix l-Irlanda, il-firma tiegħek se tingħadd fil-Litwanja.
Jekk għandek nazzjonalità doppja, sempliċement agħżel waħda min-nazzjonalitajiet tiegħek u imla biss formola waħda. Tista’ tappoġġja inizjattiva darba biss.
IVA.
Meta tiffirma, agħżel il-pajjiż li tiegħu int ċittadin tal-UE. Il-firma tiegħek tingħadd f’dak il-pajjiż.
Kif jiġu vverifikati d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ
IVA.
Għandek tissottomettihom fi żmien 3 xhur tat-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir.
L-awtoritajiet maħturin fil-pajjiżi kollha tal-UE jwettqu verifiki biex jiċċertifikaw in-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin.
L-aktar li għandhom huma 3 xhur. Dawn il-verifiki jistgħu jkunu bbażati fuq kampjun każwali.
Għandek tissottometti d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin online skont l-iskema elettronika disponibbli hawnhekk.
Jekk għażilt li tuża s-sistema ċentrali tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni se tieħu ħsieb tas-sottomissjoni.
Il-Kummissjoni għandha disponibbli sistema sikura biex tippermettilkom bħala organizzaturi li tixxerjaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin ma’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ (kemm il-verżjonijiet elettroniċi kif ukoll dawk skenjati tal-formuli miġburin f’forma kkriptata fis-sistema.
Għandek ukoll tinforma lill-Kummissjoni jekk tixtiqx tapplowdja d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin f’formola stampata li tuża din is-sistema. Se jkollok tapplowdja d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ kollha miġburin f’formola stampata fi żmien xahrejn mit-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir u mbagħad tinforma lill-Kummissjoni meta din tkun kompluta.
IVA.
L-aċċess għal dan is-servizz mhux ristrett għal dawk li qed jużaw is-sistema ta’ ġbir tal-Kummissjoni.
Tista’ tużah biex tittrasferixxi dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin kemm fuq formola stampata kif ukoll b’mod elettroniku.
Tista’ tuża l-mezzi ta’ rikors disponibbli f’pajjiżek – pereżempju l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali (inklużi l-ombudsmen nazzjonali jew reġjonali).
Tista’ wkoll tressaq ilment lill-Kummissjoni għal ksur ta’ liġi tal-UE.
Kif tissottometti inizjattiva
IVA.
Għandek 3 xhur biex tagħmel dan, mid-data li fiha tirċievi l-aħħar ċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.
LE.
Għandek tibgħat biss il-formola ta’ sottomissjoni, kif ukoll kopji taċ-ċertifikati kollha li rċevejt mingħand l-awtoritajiet nazzjonali li jikkonformaw li ġbart in-numru minimu ta’ firem.
Kif tinkiseb tweġiba
Din il-laqgħa ssir fi żmien xahar mid-data li fiha l-organizzaturi jissottomettu l-inizjattiva.
Hi tikkonsisti f’diskussjoni strutturata dwar il-kontenut tal-inizjattiva, biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tifhem b’mod ċar l-objettivi (inklużi kwalunkwe kjarifiki meħtieġa), qabel ma tipprepara t-tweġiba tagħha.
LE.
Meta tkun issottomettejt l-inizjattiva tiegħek, il-Kummissjoni tinforma lil Parlament. Imbagħad il-Parlament jikkuntattjak biex jorganizza s-smigħ.
Flimkien mal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni se tinforma wkoll lill-Kunsill tal-UE, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll il-parlamenti nazzjonali kollha fl-UE.
IVA.
6 xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-inizjattiva.
Il-Kummissjoni toħroġ komunikazzjoni li tiddikkjara l-miżuri li tippjana li tieħu, jekk ikun hemm, kif ukoll kwalunkwe ġustifikazzjoni, u kronoloġija għall-implimentazzjoni tal-miżuri.
Il-komunikazzjoni se tkun ippubblikata f'dan is-sit web fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
Il-Kummissjoni tinnotifika wkoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-UE, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll il-parlamenti nazzjonali kollha fl-UE.
LE.
L-għan tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hu li tippermetti lill-Ewropej li jniedu dibattitu u li jinfluwenzaw l-aġenda tal-UE billi jitolbu lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni.
Biex iġiegħel lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni se jkun meħtieġ reviżjoni tat-Trattat.
Il-proposta tal-Kummissjoni jeħtiġilha li ssegwi l-proċedura leġiżlattiva rilevanti.
Dan ifisser, biex din issir liġi jegħtiġilha tkun eżaminata u mbagħad adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-UE, jew f’ċerti każijiet biss mill-Kunsill.
LE.
Għall-kuntrarju għar-rifjut tar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva, din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-analiżi tal-Kummissjoni tas-sustanza tal-inizjattiva tiegħek u mhux fuq is-soġġett għal proċedura ta’ appell.
L-inzjattiva taċ-ċittadini hi għodda għall-issettjar tal-aġenda li tobbliga lill-Kummissjoni li tikkunsidra b’mod serju t-talbiet magħmulin miċ-ċittadini Ewropej. Madankollu, hi mhix obbligata li taġixxi dwarhom.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma taġixxix, hi se tispjega b’mod ċar ir-raġunijiet tagħha.
Finanzjament u sponsorizzar
IVA.
Għandek tipprovdi l-informazzjoni dwar finanzjament li hu aktar minn €500 għal kull sponsor.
Jeħtieġlek li tipprovdi din l-informazzjoni meta tissottometti t-talba tiegħek għar-reġistrazzjoni u mbagħad taġġornaha tal-anqas kull xahrejn.
Jeħtieġlek tipprovdi wkoll l-informazzjoni dwar kwalunkwe appoġġ mhux finanzjarju li tirċievi li hu offrut lill-inizjattiva tiegħek.
Aħna nippubblikaw id-dettalji tal-appoġġ u l-isponsors tiegħek fuq ir-reġistru online tagħna.
LE.
Dan kieku jmur kontra l-prinċipju tal-inizjattivi taċ-ċittadini li jkunu indipendenti u li l-Kummissjoni tkun newtrali.
Madankollu, il-Kummissjoni toffri appoġġ mhux finanzjarju fil-forma ta’ servizzi ta’ traduzzjoni bla ħlas u bis-sistema bla ħlas ta’ ġbir online għal-firem.
U tista’ ssib appoġġ addizzjonali – fil-forma ta’ parir u ta’ gwida – fuq il-Forum tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.
IVA.
Jekk tixtieq tiskatta twissijiet jew tissottometti lmenti dwar sponsors u appoġġ iddikjarat għal inizjattiva partikulari (eż. temmen li l-informazzjoni ppubblikata mhix korretta jew mhix kompluta), uża l-formola ta’ kuntatt fuq il-paġna ddedikata għall-inizjattiva.
Biex aħna naġixxu għall-ilment tiegħek jeħtieġlek tipprovdi l-evidenza għat-talba tiegħek.
Aħna nikkuntattjaw l-organizzaturi tal-inizjattiva biex nistabbilixxu l-fatti, u nitolbuhom biex jikkoreġu kwalunkwe ineżattezza dwar il-finanzjament/l-appoġġ.
Komunikazzjoni
LE.
Il-Kummissjoni hi obbligata li tkun newtrali lejn l-inizjattivi kollha li jkunu għaddejjin.
Madankollu, hi tmexxi kampanji ta’ pubbliċità u ta’ informazzjoni ġenerali biex tqajjem għarfien pubbliku tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bħala mezz għan-nies biex jipparteċipaw fit-tfassil tal-politika.
Tista’ żżur dan is-sit biex issib dwar l-aħħar żviluppi dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej inġenerali u l-inizjattivi speċifiċi jew tabbona fin-newsletter.
Tista’ wkoll tabbona biex tirċievi aġġornamenti speċifiċi dwar l-inizjattivi minn organizzaturi u mill-Kummissjoni meta tagħti appoġġ lil inizjattiva billi tuża s-sistema ċentrali mmexxija mill-Kummissjoni.
IVA.
Tista’ tiġbor l-indirizz tal-email tal-firmatarji għal finijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni, iżda dan biss jekk:
- huma jagħtu l-kunsens tagħhom
- tosserva r-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.
Protezzjoni tad-data
IVA.
Il-liġi Ewropea tawtorizza lill-organizzaturi biex jiġbru informazzjoni speċifika dwarek, online jew fuq formola stampata, u li din l-informazzjoni tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti inkarigati li jivvalidaw l-appoġġ miġbur.
Dan hu obbligu legali għall-organizzaturi: mingħajr informazzjoni dwar il-firmatarji, l-appoġġ għall-inizjattiva tagħhom ma jkunx rikonoxxut.
Il-protezzjoni tad-data personali pproċessata għal fini ta’ inizjattiva hi soġġetta għal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.
Bħala kontrollur tad-data, ir-rappreżentanti tal-gruppi ta’ organizzaturi huma responsabbli taħt il-liġi nazzjonali għal kwalunkwe ħsara li jikkawżaw jew regoli ta’ ksur, u soġġetti għal penali xierqa.
Biex jiġbru d-dikjrazzjonijiet ta’ appoġġ online, l-organizzaturi jistgħu jużaw jew is-sistema tal-Kummissjoni jew tagħhom stess.
Is-sistema tal-Kummissjoni tipprovdi l-ogħla livell ta’ sigurtà għall-utenti (inkluża l-kriptaġġ tad-data) skont ir-regoli dwar is-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni siguri. Hi tippermetti wkoll liċ-ċittadini li jappoġġjaw l-inizjattivi sempliċement billi jużaw l-ID elettronika nazzjonali tagħhom.
Is-sistemi maħluqin b’mod indipendenti, mill-organizzaturi ta’ inizjattiva, huma ċċekkjati mill-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni fil-pajjiż li fih hi maħżuna d-data, biex jiġi żgurat li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi tas-sigurtà utekniċi.
Biex tiċċekkja jekk sistema għal inizjattiva hix konformi, fittex iċ-ċertifikat maħruġ minn dawn l-awtoritajiet fuq is-sit web fejn qed tiffirma.
Mhux id-data li tiġbor fid-dikjarazzjoni uffiċjali tal-formola ta’ appoġġ: int tista’ biss tużaha biex tappoġġja l-inizjattiva tiegħek.
Madankollu, int tista’ tistaqsi lill-firmatarji għad-dettalji ta’ kuntatt b’mod separat – soġġett għal kunsens tagħhom - għal finijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni.
Il-kontrollur tad-data hu:
- ir-rappreżentant tal-grupp ta’ organizzaturi, jew
- l-entità ġuridika, jekk waħda nħolqot biex timmaniġġja l-inizjattiva.
Dan ir-rwol hu relatat mal-ipproċessar tad-data personali (inklużi l-indirizzi tal-email) miġburin mill-individwi matul il-proċess tal-ġbir tal-firmatarji.
Ir-rwol tal-kontrollur tad-data hu xxerjat mal-Kummissjoni jekk inizjattiva tuża:
- is-sistema tal-Kummissjoni biex tiġbor il-firem u l-indirizzi tal-email
- is-servizz ta' skambju ta' fajls tal-Kummissjoni biex jiġu trasferiti l-firem lill-pajjiżi tal-UE.
Matul il-proċess tal-verifika tal-firem, l-awtoritajiet nazzjonali li jagħmlu dan ukoll għandhom ir-rwol ta’ kontrollur tad-data.
Regoli speċifiċi huma stabbiliti fir-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – ara Artikolu 19.
Għall-aspetti l-oħrajn kollha, l-organizzaturi, kif ukoll l-awtoritajiet fil-pajjiżi tal-UE huma soġġetti għar-regoli tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Fejn il-Kummissjoni taġixxi bħala kontrollur konġunt, l-azzjonijiet tagħha huma rregolati mir-Regolament (UE) 2018/1725.
Dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ:
Int (l-organizzaturi) u l-Kummissjoni għandhom jeqirdu d-dikjarazzjonijiet ta’appoġġ iffirmati għall-inizjattiva tiegħek (u kwalunkwe kopja) sa liema minn dawn id-dati tiġi l-ewwel:
- xahar wara li tissottometti l-inizjattiva lill-Kummissjoni
- 21 xahar wara l-bidu tal-perjodu ta’ ġbir.
Madankollu, jekk tirtira l-inizjattiva tiegħek wara l-bidu tal-perjodu ta’ ġbir, id-dikjarazzjonijiet (u kwalunkwe kopja) għandhom jinqerdu sa xahar wara l-irtirar.
L-awtoritajiet nazzjonali mitlubin biex jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ tiegħek għandhom jeqirdu d-dikjarazzjonijiet (u kwalunkwe kopja) sa 3 xhur wara li jitlesta dan il-proċess.
Eċċezzjoni – jekk int involut fi kwalunkwe proċediment legali jew amministrattiv marbut mal-inizjattiva tiegħek, int tista’ żżomm id-dikjarazzjoni ta’ appoġġ (u kopji) għal aktar żmien minn dawn il-limiti ta’ żmien.
Indirizzi tal-email:
Int (l-organizzaturi) u l-Kummissjoni għandkom teqirdu r-rekords kollha tal-indirizzi tal-emails sa:
- xahar wara l-irtirar tal-inizjattiva tiegħek jew
- 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ġbir jew
- 12-il xahar wara li tissottometti l-inizjattiva lill-Kummissjoni.
Madankollu, jekk il-Kummissjoni twieġeb l-inizjattiva tiegħek b’komunikazzjoni formali, il-perjodu ta’ żamma għall-indirizzi tal-email jispiċċa 3 snin wara li tkun ippubblikata l-komunikazzjoni.