Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Gwida dwar il-Protezzjoni tad-<i>Data</i> - Mistoqsija 4

Mur lura għall-paġna ewlenija tal-Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-organizzaturi

 

Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 4

Sigurtà – x’passi għandek tieħu meta tiġbor id-data tal-firmatarji fuq karta?

Tapplika għal Xenarju tal-każ 2

Meta d-dikjarazzjonijiet (u l-indirizzi tal-email skont il-każ) jinġabru f’forma stampata, dawn jitqiesu wkoll bħala data personali protetta mill-GDPR.

Miżuri ta' sigurtà

Bħala grupp ta’ organizzaturi, trid timplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà biex tipproteġi d-dikjarazzjonijiet b’mod partikolari kontra l-qerda jew it-telf aċċidentali jew illegali, it-tibdil, l-iżvelar jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li tqis ir-riskji għall-firmatarji.

Dawn għandhom jinkludu mill-anqas:

  • Il-protezzjoni fiżika tal-formoli tad-dikjarazzjonijiet stampati meta jinħażnu (preferibbilment jissakkru f’kaxxaforti)
  • Is-sottomissjoni ta’ formoli stampati miġbura lill-awtoritajiet ta’ validazzjoni u ċertifikazzjoni rilevanti tal-Istat Membru b’mod sigur; eż. bil-posta rreġistrata, minn trasportatur fdat jew bl-użu tas-servizz ta’ skambju ta’ files tal-Kummissjoni.

NOTA: Ftehimiet mal-attivisti

Peress li d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ stampati normalment jinġabru b’mod deċentralizzat, il-ġbir spiss isir minn attivisti volontarji jew ikkuntrattati, minbarra l-organizzaturi tal-inizjattiva nfushom. Tali attivisti għandhom jitqiesu bħala proċessuri tad-data u għandhom jaġixxu abbażi ta’ ftehim bil-miktub mar-rappreżentant.

Ftehim ma’ “attivist” hu għalhekk ftehim bejn kontrollur u proċessur skont it-tifsira tal-Artikolu 28 tal-GDPR u jeħtieġ li jkopri l-aspetti elenkati f’dak l-Artikolu.

B’mod indikattiv, ftehim bħal dan f’dan il-kuntest jista’ jkun fih:

  • L-awtorizzazzjoni tar-rappreżentant għal attivist biex jiġbor id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ (u l-indirizzi tal-email tal-firmatarji) għal inizjattiva partikolari f’isimhom
  • L-istruzzjonijiet tar-rappreżentant dwar kif għandhom jiġu indirizzati mistoqsijiet possibbli relatati mal-protezzjoni tad-data u talbiet mill-firmatarji
  • L-impenn tal-kampanja biex tiġi rispettata l-politika tal-protezzjoni tad-data tal-organizzaturi u b’mod partikolari:
    • li jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ (u l-indirizzi tal-email tal-firmatarji) biss skont l-istruzzjonijiet mill-organizzaturi, u biss permezz tal-formoli kkomunikati lilhom minn dawn l-organizzaturi
    • li toqgħod lura milli tiġbor data oħra
    • li l-firmatarji jiġu infurmati dwar il-kontenut tal-inizjattiva u dwar id-drittijiet tagħhom skont l-istqarrija ta’ privatezza
    • li tinforma lill-firmatarji li l-forniment tal-indirizzi tal-emails hu biss fakultattiv u ma jikkondizzjonax id-drittijiet tagħhom li jappoġġjaw l-inizjattiva
    • li d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura (u l-indirizzi tal-email) jinħażnu f’post sikur sakemm jintbagħtu lill-organizzaturital-inizjattiva
    • li tittrasferixxi d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ u l-indirizzi tal-emails miġbura b’mod sigur; eż. bil-posta rreġistrata jew bil-courier u lill-organizzaturi tal-inizjattiva biss
  • Il-konferma tal-kampanja li:
    • hu/hi qara/qrat u fehem/fehmet id-dispożizzjonijiet tal-istqarrija ta’ privatezza ddefiniti fl-Anness III għar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropeju ffamiljarizza/t ruħu/ha mal-kontenut tal-inizjattiva, kif ukoll mal-materjali li l-organizzaturi jużaw biex jikkomunikawha (sit web, dokumenti jew informazzjoni rilevanti oħra)
    • hu/hi jkun/tkun konxju/a mir-responsabbiltà tiegħu/tagħha għad-data miġbura.

Referenzi:

  • L-Artikoli 28 u 32 tal-GDPR

 

 

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?