Mur lura għall-paġna ewlenija tal-Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-organizzaturi
Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data - Mistoqsija 14
Sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ lill-Istati Membri għall-verifika - x’inhuma r-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà?
Japplika għax-Xenarju tal-Każ 2meta s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ issir bil-mezzi tiegħek stess
Wara li tkun ġbart in-numru meħtieġ ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ fuq karta jew online permezz tas-sistema tiegħek stess, trid tippreżentahom lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni.
Għal dan, jeħtieġlek taqsam id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin f’forma stampata u dawk miġburin permezz tas-sistema ta’ ġbir online tiegħek.
Skont ir-regoli speċifiċi dwar is-sistemi individwali ta’ ġbir online, sistemi bħal dawn għandhom jipprevedu l-kriptaġġ ta’ data personali f’format elettroniku għas-sottomissjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin fuq karta jistgħu jiġu ppreżentati f’forma stampata iżda jistgħu wkoll jiġu skennjati u ppreżentati bl-użu ta’ trażmissjoni elettronika jew fiżikament bħal permezz ta’ DVD. Jekk id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jiġu ppreżentati f’forma fiżika (karta jew DVD) dan jeħtieġ li jsir ukoll b’mod sigur, eż. jintbagħtu bil-posta rreġistrata jew jitwasslu permezz ta’ courier.
JEKK JOGĦĠBOK INNOTA:
Tista’ tagħżel li tissottometti d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin bl-użu ta’ sistema individwali ta’ ġbir online kif ukoll dawk miġburin fuq il-karta permezz tas-servizz ta’ skambju tal-files tal-Kummissjoni. F’każ bħal dan, parti sostanzjali mir-rekwiżiti ta’ sigurtà rilevanti tiġi implimentata mill-Kummissjoni
Referenzi:
- L-Artikolu 4(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej
- L-Artikoli 33 u possibbilment 29 tal-GDPR