1. Min iħaddem dan is-sit?

Dan is-sit huwa operat mis-Servizz ta’ Azzjoni taċ-Ċittadini Ewropej (ECAS) f’isem il-Kummissjoni Ewropea u b'kuntratt magħha.

2. Moderazzjoni:

Il-moderaturi tagħna jaħdmu biex jimmassimizzaw il-valur tas-sit għall-utenti kollha tiegħu.

Huma jivvalutaw il-kontenut sottomess għall-pubblikazzjoni minn utenti reġistrati u jew jippubblikawh jew inkella jirrifjutawh (bi spjegazzjoni).

Huma jistgħu jintervjenu biex jgħaqqdu flimkien, jisseparaw, iċaqalqu jew jagħlqu l-fili tad-diskussjoni jew biex jiddiriġu l-attenzjoni tal-parteċipanti lejn kontenut rilevanti ieħor. Huma jintervjenu wkoll biex jimpedixxu użu inaċċettabbli tas-sit.

3. Użu aċċettabbli tas-sit:

Aħna nilqgħu u nħeġġu diskussjoni miftuħa u sinċiera rilevanti għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u/jew għal inizjattivi speċifiċi.

Is-sit ma għandux jintuża biex jiġu promossi opinjonijiet politiċi, kummerċjali jew reliġjużi speċifiċi, jew għal diskussjoni ta’ temi irrilevanti jew mhux relatati oħrajn.

L-utenti għandhom jevitaw kull lingwaġġ abbużiv jew potenzjalment offensiv.

Il-moderaturi jirriżervaw id-dritt li jneħħu l-posts li jiksru dawn il-linji gwida u/jew li jikkanċellaw ir-reġistrazzjoni ta’ kwalunkwe utent li b’mod goff jew persistenti jonqos milli josservahom.

 

Ixxerja din il-paġna