Minħabba l-passat kolonjali tagħha, l-iskejjel statali ta’ Malta huma prinċipalment mnebħa mis-sistema edukattiva Ingliża. Is-sistema edukattiva ta’ Malta hi maqsuma fi tliet fergħat ewlenin: l-edukazzjoni primarja (mill-età ta’ 5 sa 11-il sena), edukazzjoni sekondarja (mill-età ta’ 11 sa 16-il sena), u l-edukazzjoni terzjarja (16 +). Ġenituri jistgħu jagħżlu li jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skejjel tal- istat, tal-knisja jew fi skejjel privati. Huwa obbligatorju għal student li jattendi l-skola sa l-età ta' 16-il sena. Wara l-attendenza fl-iskola sekondarja l-istudenti jistgħu jpoġġu għall-eżamijiet tal-Matrikola fil-livell ordinarju. L-istudent jista' imbagħad jagħżel li jibda kors post-sekondarja li toffri jew suġġetti tekniċi jew inkella akkademiċi. Madankollu sabiex tkun tista' tattendi xi kors l-Università l-istudent għandu jtemm sentejn fi skola post-sekondarja u jpoġġi għall-eżamijiet tal-‘Matrikola' fuq livelli intermedji u avvanzati. Hemm Università waħda biss f’Malta, hi rikonoxxuta minn Universitajiet barranin ewlenin u l-lingwa tal-istruzzjoni hi l-Ingliż.