Is-sistema edukattiva fil-Belġju hija organizzata mit-tliet komunitajiet, abbażi tat-tliet lingwi uffiċċjali mitkellma fil-Belġju – l-Olandiż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Informazzjoni nazzjonali fuq l-edukazzjoni għall-Belġju kollu ma teżistix, barra għall-iskejjel Ewropej. It-tiftix għal skola jeħtieġ qabelxejn tiġi deċiża l-lingwa ta’ l-iskola.
F’dawn il-paġni se ssib informazzjoni fuq il-fażijiet differenti ta’ l-edukazzjoni (l-iskola sekondarja, l-edukazzjoni għolja u t-tagħlim tul il-ħajja) u fuq il-metodi edukattivi differenti (klassiku, tagħlim elettroniku, tagħlim b’distanza u edukazzjoni mhux formali). Interessat li tieħu l-opportunità li tmur tgħix barra minn pajjiżek? Żgur ikollok esperjenza li ma tistax tinsieha. Ħalli lil dawn il-paġni iwessgħulek dinjietek!