Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Young person icon
Jien persuna żagħżugħa

Sib aktar informazzjoni dwar kif tieħu sehem, kif tirreġistra, u kif taċċessa l-kont personali tiegħek


Organisation icon
Jien minn organizzazzjoni

Sib aktar informazzjoni dwar kif tieħu sehem u kif taċċessa l-Portal tal-Organizzazzjoni


Dwar

Int għandek bejn 18 u 30 sena u qed tfittex opportunità biex tgħin lill-komunità usa', fl-Ewropa jew lil hinn minnha?

Tista’ tagħmel dan bil-finanzjament u bl-appoġġ mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà li jgħin liż-żgħażagħ jieħdu sehem fi proġetti li huma ta’ benefiċċju għall-komunitajiet, jew f'pajjiż barrani jew f’pajjiżhom stess. 

Dawn il-proġetti joffru esperjenza ta’ ispirazzjoni u ta’ kontroll kif ukoll jagħtuk iċ-ċans li ġġib bidla filwaqt li tiżviluppa l-ħiliet u l-kompetenzi tiegħek. 

Allura x’tista’ tagħmel?

B’mod ġenerali tista’ tinvolvi ruħek f'wieħed minn dawn l-oqsma: 

Dawn jistgħu jkunu f’firxa wiesgħa ta’ oqsma - edukazzjoni u taħriġ, ċittadinanza u parteċipazzjoni demokratika, protezzjoni ambjentali u naturali, migrazzjoni, kultura, għajnuna umanitarja u ħafna oħrajn. 

Kif jaħdem?

Il-finanzjament tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jingħata fil-forma ta’ għotjiet lill-organizzazzjonijiet permezz ta' sejħa għal-proposti. 

Żgħażagħ li jixtiequ li jinvolvu ruħhom f’dawn l-attivitajiet għandhom bżonn jirreġistraw fil-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Il-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà joffri post lil dawk iż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet li jkollhom għotja biex jimplimentaw l-attivitajiet u jsibu lil xulxin.

Min imexxi l-Korp?

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jitmexxa mill-Kummissjoni Ewropea.

Jiġi implimentat fil-post minn varjetà ta’ korpi: