Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà

X'inhu l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà?

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa l-inizjattiva l-ġdida tal-Unjoni Ewropea li toħloq opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jagħmlu volontarjat jew jaħdmu fi proġetti f’pajjiżhom jew barra pajjiżhom li jkunu jistgħu jgawdu minnhom komunitajiet u nies madwar l-Ewropa.

Iż-żgħażagħ li jipparteċipaw fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jridu jaqblu u jżommu mal Missjonijiet u l-Prinċipjitiegħu.

Tista’ tirreġistra fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà meta jkollok 17-il sena, iżda ma tistax tibda proġett qabel ma tagħlaq 18-il sena. Il-proġetti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà se jkunu disponibbli għal żgħażagħ sa 30 sena.

Wara li jlestu proċess sempliċi ta’ reġistrazzjoni, il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jistgħu jintgħażlu u jiġu mistiedna jingħaqdu f’firxa wiesgħa ta’ proġetti, bħal ngħidu aħna biex jgħinu jipprevjenu d-diżastri naturali jew jgħinu fil-bini mill-ġdid wara diżastru, jassistu fiċ-ċentri ta’ akkoljenza għal dawk li jfittxu ażil, jew jindirizzaw kwistjonijiet soċjali differenti fil-komunitajiet.

Il-proġetti appoġġjati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jistgħu jdumu minn xahrejn sa tnax-il xahar. Normalment ikunu fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Aktar informazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà [FAQs]

Interessat?

Jekk inti lest għal din l-isfida, u lest li tiddedika ruħek biex tgħin lill-oħrajn, ingħaqad mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà llum!

Ikklikkja l-buttuna hawn taħt biex tibda l-proċess ta’ reġistrazzjoni. Biex taħmel il-proċess faċli kemm jista’ jkun, tista’ tirreġistra billi tuża kont tal-midja soċjali, jew tista’ toħloq kont permezz ta’ EU Login. Ara l-politika tagħna dwar il-privatezza tad-dejta.

Aqra l-istejjer tal-parteċipanti fil-pjattaforma Id-Dar Tiegħi ta' Storja Ewropea.