Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Il-benefiċċji li tingħaqad mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Il-parteċipazzjoni fi proġett tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà se tkun kisba sinifikanti għal kull persuna żagħżugħa. Se tkun kwalità ta’ valur meta tapplika għal impjieg u se tgħinek meta tapplika għall-edukazzjoni għolja. Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jista’ jkun opportunità ġdida għalik biex timpenja ruħek f’attività siewja li tista’ tkun pass ‘il quddiem lejn l-impjieg.

Wara li tipparteċipa fi proġett inti tkun intitolat li tirċievi ċertifikat li jiddokumenta l-parteċipazzjoni tiegħek. Tkun tista’ tużah meta tapplika għal xogħol jew għal taħriġ ulterjuri.

Apparti li huwa utli għall-prospetti ta’ karriera fil-futur, permezz tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tirċievi pakkett ta’ benefiċċji oħrajn, li jvarjaw skont it-tip ta’ proġett li tagħmel. Jiddependi minnek ukoll jekk tipparteċipax fil-partijiet ta’ Volontarjat jew Okkupazzjonali tal-Korp.

Jekk tiddeċiedi li tagħmel xogħol ta’ volontarjat, m’intix se tirċievi paga, iżda tkun intitolat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u s-sussistenza kif ukoll il-kopertura tal-assikurazzjoni għat-tul tal-attività. Se tirċievi t-taħriġ rilevanti qabel tibda u wara li tasal fuq il-post.

Għall-parteċipanti li jagħmlu apprendistat jew traineeship, f’xi pajjiżi jkollok kuntratt tax-xogħol stabbilit skont ir-regolamenti nazzjonali tal-pajjiż ospitanti. Se jiġi provdut benefiċċju ta’ sussistenza.

Għall-parteċipanti li jiġu reklutati għal kollokament ta’ xogħol, dejjem se jkun hemm kuntratt tax-xogħol formali u paga skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-ftehimiet kollettivi nazzjonali.