Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Privatezza

Dikjarazzjoni speċifika ta’ privatezza — il-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej

Din l-istqarrija tirreferi għall-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej u għas-servizzi online assoċjati bħal siti web u applikazzjonijiet għall-mowbajl. Peress li din is-sistema tinkludi dejta personali tal-individwi, il-pubblikazzjoni u l-ipproċessar tagħha jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000. Din l-istqarrija ta' privatezza tispjegalek il-mod kif is-sistema tuża d-dejta personali, kif ukoll il-mod kif il-privatezza ta’ din id-dejta qed tiġi protetta.

X’inhu l-iskop tal-ġbir tad-dejta?

Hemm erba’ karatteristiċi prinċipali tal-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej (EYP) li jinvolvu l-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta personali. Dawn huma:

  • L-għoti ta' informazzjoni – il-ħolqien u ż-żamma ta’ artikli, avvenimenti u aħbarijiet dwar l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ.
  • Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà – l-EYP jippermetti liż-żgħażagħ individwali jirreġistraw mal-Korp, u jindikaw il-preferenzi tagħhom għall-proġetti biex jirċievu taħriġ ħalli jkunu ppreparati biex imorru fuq kollokament. Se jkunu jistgħu wkoll jippowstjaw u jixxerjaw kontenut iġġenerat mill-utent dwar l-esperjenza tagħhom fil-Korp, bħal ritratti u test, kummenti fuq posts ta’ oħrajn, jistgħu japplowdjaw avatar għall-profil tagħhom u jispeċifikaw il-lokalità tagħhom manwalment. L-EYP se jippermetti wkoll lill-organizzazzjonijiet awtorizzati jfittxu fil-bażijiet tad-dejta tal-parteċipanti tal-Korp biex isibu ħaddiema/voluntiera potenzjali għall-proġetti tagħhom, jagħmlu kuntatt ma’ parteċipanti potenzjali (jekk il-parteċipant jaqbel li jiġi kkuntattjat mill-organizzazzjoni) u fl-aħħar jagħmlu offerti ta’ kollokamenti lil parteċipanti magħżula, li l-parteċipanti jkollhom l-għażla li jaċċettaw jew jirrifjutaw. 
  • Il-Bażi tad-Dejta tal-Volontarjat (VoD) — din tippermetti organizzazzjonijiet akkreditati jwettqu proġetti skont is-Servizz Volontarju Ewropew (SVE), parti mill-Programm Erasmus+, li jirreklamaw il-proġetti ġodda għal voluntiera potenzjali billi jilloggjaw u joħolqu / iżommu avviżi żgħar dwar il-proġetti tagħhom. Il-VoD tinkludi wkoll lista tal-organizzazzjonijiet kollha li jiġu akkreditati biex iwettqu proġetti tas-servizz volontarju Ewropew.
  • L-Għodda ta' Konsultazzjoni Onlajn (CTK) — peress li parti mill-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ hija li tħeġġeġ aktar parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika, l-EYP jinkorpora pjattaforma li twassal liż-żgħażagħ biex jgħidu tagħhom dwar suġġetti differenti.

 L-utenti jistgħu jintalbu jagħmlu login biex jawtentikaw ruħhom qabel ma jkunu jistgħu jużaw xi wħud mill-elementi. Biex jagħmel dan, l-EYP jista’ juża s-Sistema ta' Ġestjoni tal-Identità (IMS) tal-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-sistema ta' EU Login. Dik is-sistema għandha l-Istqarrija ta’ Privatezzatagħha stess.

L-għanijiet tal-ġbir tad-dejta:

  • L-għoti ta' informazzjoni
    • Jipprovdi informazzjoni ta’ kuntatt (fil-forma ta’ ismijiet u/jew indirizzi tal-email ta’ persuni assoċjati ma’ artikli, avvenimenti jew aħbarijiet) għal membri tal-pubbliku.
    • Jippermetti lill-utenti awtorizzati jirreġistraw mal-EYP bħala awturi / edituri, u jipprovdu għajnuna teknika meta jkun hemm bżonn.
  • Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà
    • Jippermetti liż-żgħażagħ jirreġistraw mal-Korp billi jipprovdu l-informazzjoni bażika u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom. Jippermetti wkoll lill-parteċipanti rreġistrati mal-Korp biex volontarjament jipprovdu informazzjoni ta’ kuntatt addizzjonali, id-dettalji dwar il-preferenzi tagħhom għat-tipi ta’ proġetti li jkunu interessati fihom, kif ukoll il-ħiliet u l-esperjenza li jistgħu jagħtu lill-proġetti, sommarju tal-edukazzjoni u l-impjieg tagħhom u kwalunkwe esperjenza ta' volontarjat preċedenti.
    • Jippermetti lill-parteċipanti tal-Korp jirċievu emails, newsletters u notifiki oħra relatati, kif ukoll stħarriġ u metodi oħra ta’ ġbir ta’ feedback mill-parteċipanti. Huwa possibbli għall-parteċipanti tal-Korp jiddefinixxu liema komunikazzjonijiet jixtiequ jirċievu.
    • Jippermetti lill-Korp jipprovdi opportunitajiet ta’ taħriġ għall-parteċipanti tal-Korp.
    • Jippermetti lill-parteċipanti tal-Korp jagħtu feedback dwar is-servizzi u l-proċessi.
    • parteċipanti tal-Korp jikkomunikaw ma’ xulxin permezz ta’ elementi għall-bini ta’ komunità tal-Korp. Din il-komunikazzjoni tinkludi l-abbiltà li jippowstjaw kontenut iġġenerat mill-utent relatat mal-esperjenzi tagħhom tal-Korp, kif ukoll li jaraw u jikkummentaw fuq posts ta’ parteċipanti oħrajn. Jistgħu wkoll jirrapportaw posts li jqisu mhux f’lokhom lill-amministraturi tal-Korp. Dawn il-posts għandhom jikkonformaw mat-Termini u l-Kundizzjonijiet ta’ użu tal-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej, disponibbli online. Jistgħu wkoll japplowdjaw avatar fil-profil tagħhom, u jindikaw il-lokalità kurrenti tagħhom.
    • Jippermetti lil rappreżentanti awtorizzati ta' organizzazzjonijiet awtorizzati jmexxu l-proġetti tal-Korp biex iżommu l-profili tal-organizzazzjonijiet tagħhom inklużi l-ismijiet u / jew l-emails ta’ nies assoċjati mal-organizzazzjonijiet u l-proġetti tal-Korp tagħhom.
    • Jipprovdi din l-informazzjoni ta’ kuntatt lill-membri tal-pubbliku
    • Jippermetti lir-rappreżentanti awtorizzati tal-organizzazzjonijiet awtorizzati jmexxu l-proġetti tal-Korp, biex ifittxu fil-bażi tad-dejta dwar il-parteċipanti tal-Korp biex isibu ħaddiema / voluntiera potenzjali għall-proġetti tal-Korp, billi jqbblu d-dettalji tal-proġett propost mad-dejta personali u l-preferenzi pprovduti mill-parteċipanti tal-Korp.
    • Jippermetti lil dawn ir-rappreżentanti awtorizzati jagħmlu kuntatt mal-parteċipanti magħżula, jekk il-parteċipant jaqbel li jiġi kkuntattjat mill-organizzazzjoni.
    • Jippermetti lil dawn ir-rappreżentanti awtorizzati joffru kollokamenti speċifiċi għall-parteċipanti tal-Korp, u jamministra l-offerti li saru.
    • Jippermetti lill-amministraturi tal-Korp jiġġestixxu l-bażi tad-dejta tal-parteċipanti tal-Korp u jipprovdi assistenza lill-parteċipanti tal-Korp.
    • Jippermetti lill-amministraturi tal-Korp jiġġestixxu proġetti tal-Korp u l-proċessi ta’ tiftix / tqabbil tal-Korp, u jipprovdi assistenza lir-rappreżentanti awtorizzati tal-organizzazzjonijiet awtorizzati li jmexxu proġetti tal-Korp.
    • Jippermetti lill-amministraturi tal-Korp u partijiet oħra fdati jibagħtu informazzjoni u notifiki dwar il-Korp u attivitajiet oħra relatati mal-parteċipanti tal-Korp u r-rappreżentanti awtorizzati tal-organizzazzjonijiet.
    • Jippermetti lill-amministraturi tal-Korp janalizzaw id-dejta dwar il-parteċipanti rreġistrati u janalizzaw il-feedback tal-parteċipanti.
    • Jippermetti lill-amministraturi tal-Korp li jeżaminaw posts u kummenti mill-parteċipanti, u dawk rappurtati mill-parteċipanti u jieħu azzjoni neċessarja jekk dawn ma jkunux jikkonformaw mat-Termini u l-Kundizzjonijiet ta’ użu tal-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej.
  • Il-Bażi tad-Dejta tal-Volontarjat
    • Jipprovdi informazzjoni ta’ kuntatt (fil-forma ta’ ismijiet u/jew indirizzi tal-email ta’ persuni assoċjati ma’ organizzazzjonijiet tas-SVE u l-proġetti ta’ volontarjat tagħhom) għall-pubbliku.
    • Jippermetti organizzazzjonijiet akkreditati tas-SVE imexxu d-dettalji ppubblikati ta’ kuntatt tal-organizzazzjonijiet tagħhom.
    • Jippermetti organizzazzjonijiet akkreditati tas-SVE jirriklamaw il-proġetti tas-SVE tagħhom ma' voluntiera potenzjali, u jgħinu liż-żgħażagħ biex jagħmlu kuntatt ma’ dawn l-organizzazzjonijiet.
    • Jippermetti lill-amministraturi tal-EYP jipprovdu assistenza teknika lill-organizzazzjonijiet meta jkun hemm bżonn
  • L-Għodda ta' Konsultazzjoni Onlajn (CKT)
    • Jippermetti li l-utenti jirċievu aġġornamenti bl-email dwar il-konsultazzjonijiet li pparteċipaw fihom.
    • Jippermetti l-monitoraġġ u l-analiżi tal-istatistika tal-utenti tal-OPP.
    • Jippermetti lill-amministraturi tal-EYP jipprovdu assistenza teknika lill-organizzazzjonijiet li jiġġestixxu l-konsultazzjonijiet meta jkun hemm bżonn.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-karatteristiċi ma jipproċessawx id-dejta miġbura għal xi skop ieħor għajr dawk deskritti hawn fuq.

X’dejta personali niġbru fil-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej?

  • L-għoti ta' informazzjoni
    • Membri individwali tal-pubbliku marbuta ma’ artiklu, avveniment jew aħbar: isem, indirizz tal-email.
    • Persunal mil-Link ta' Brussell tal-Eurodesk jew min-netwerk ta’ organizzazzjonijiet tal-Eurodesk: isem, kunjom, indirizz tal-email, il-pajjiż fejn il-persuna għandha l-permess tamministra kontenut f’isem.
  • Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà
    • Membri individwali tal-pubbliku li jiddeċiedu li jissieħbu mal-Korp għandhom jipprovdu l-informazzjoni bażika li ġejja: isem, kunjom, data ta' twelid, sess, pajjiż ta’ residenza legali, nazzjonalità, indirizz tal-email, lingwa ta’ kuntatt preferuta, tipi ta’ proġetti tal-Korp li jinteressawhom, għarfien u esperjenza preċedenti, u jindikaw li huma jaċċettaw il-Missjoni u l-Prinċipji tal-Korp.
    • Wara l-proċess inizjali ta’ reġistrazzjoni biex jissieħbu mal-Korp, jistgħu b’mod volontarju, jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwarhom infushom: indirizz postali, numri tat-telefown, sommarju ta’ edukazzjoni u impjieg, dettalji ta’ esperjenzi ta’ volontarjat preċedenti, ħiliet lingwistiċi, disponibbiltà għal proġetti tal-Korp, motivazzjoni biex jivvolontarjaw għal proġett tal-Korp motivazzjoni biex jaħdmu fuq proġett tal-Korp, pajjiżi fejn jixtiequ jagħmlu volontarjat / xogħol, xogħol mixtieq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jixtieq jipprovdi l-utent, rieda li jirċievi emails, newsletters, notifiki u komunikazzjonijiet oħra mingħand il-Korp, rieda li jirċievi emails, newsletters, notifiki u komunikazzjonijiet oħra mingħand EURES (il-pjattaforma Ewropea għall-impjiegi).
    • Jistgħu wkoll itellgħu s-CV personali tagħhom fil-forma ta’ dokument, bil-fehim li l-informazzjoni kollha fis-CV, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt u kwalunkwe informazzjoni personali sensittiva, tkun għad-dispożizzjoni tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet awtorizzati li jmexxu l-proġetti tal-Korp, u li jistgħu jużawha bħala parti mill-proċessi tagħhom biex jagħżlu parteċipanti għall-proġetti tagħhom.
    • Jistgħu wkoll jippowstjaw kontenut iġġenerat mill-utent relatat mal-esperjenzi tagħhom tal-Korp, u jikkummentaw fuq posts ta’ parteċipanti oħrajn. Dawn il-posts għandhom jikkonformaw mat-Termini u l-Kundizzjonijiet ta’ użu tal-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej.
    • Jistgħu wkoll japplowdjaw avatar fil-profil tagħhom, u jindikaw il-lokalità kurrenti tagħhom.
    • Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà se jservi ta’ pjattaforma sabiex jiffaċilita li organizzazzjonijiet u individwi jingħaqdu flimkien u mhux se jkun hemm evalwazzjoni ta’ aspetti personali tas-suġġett tad-dejta mmexxija mill-EAC.
    • Rappreżentanti awtorizzati tal-organizzazzjonijiet awtorizzati li jmexxu l-proġetti tal-Korp: isem, kunjom, username, indirizz tal-email, organizzazzjoni(jiet) li l-persuna intitolata tamministra, aċċettazzjoni tal-Missjoni u l-Prinċipji tal-Korp.
  • Il-Bażi tad-Dejta tal-Volontarjat
    • Membri individwali tal-pubbliku marbuta ma’ organizzazzjoni tas-SVE jew ma' proġett ta' volontarjat : isem, indirizz tal-email.
    • Maniġers ta' Organizzazzjoni ta' Volontarjat: isem, kunjom, username, indirizz tal-email, organizzazzjoni(jiet) li l-persuna intitolata tamministra.
  • L-Għodda ta' Konsultazzjoni Onlajn
    • Membri individwali tal-pubbliku: isem, kunjom, indirizz tal-email, pajjiż ta’ residenza, data tat-twelid, sess, organizzazzjoni li jirrappreżentaw (jekk applikabbli).
    • Rappreżentanti awtorizzati ta’ organizzazzjonijiet awtorizzati li jużaw is-CTK - isem, kunjom, indirizz tal-email, pajjiż ta’ residenza, data tat-twelid, sess, organizzazzjoni li jirrappreżentaw.

Liema mezzi tekniċi nużaw għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek?

Il-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta jsiru bl-użu ta’ standards tal-IT tal-Kummissjoni u l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni. Id-dejta tinħażen f’bażi ta’ dejta ċentrali (immexxija mid-DĠ Edukazzjoni u Kultura u lokalizzata fiċ-Ċentru tad-Dejta tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu.

Min għandu aċċess għall-informazzjoni tiegħek u lil min tiġi żvelata?

  • L-għoti ta' informazzjoni
    • Il-pubbliku ġenerali se jara d-dettalji ta’ kuntatt personali relevanti ta’ kull persuna miżjuda mill-edituri awtorizzati tal-EYP għal artikli, aħbarijiet jew avvenimenti, pereżempju l-persuna ta’ kuntatt pubbliku għal avveniment jew aħbar.
    • Dawn id-dettalji huma aċċessibbli wkoll billi l-persunal tal-Eurodesk fil-Link ta' Brussell tal-Eurodesk u n-netwerk ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali tal-Eurodesk.
    • Amministraturi tal-EYP ukoll għandhom aċċess għal din l-informazzjoni.
  • Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà
    • Il-pubbliku ġenerali se jara d-dettalji ta’ kuntatt personali tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet awtorizzati li jmexxu proġetti tal-Korp, jekk l-organizzazzjoni nfisha żżid din l-informazzjoni mal-profil tal-Korp li tippubblika fuq il-paġni web tal-Korp.
    • Il-pubbliku ġenerali se jkun jista’ jara wkoll il-kontenut iġġenerat mill-utent u l-kummenti ppowstjati u xxerjati mill-parteċipanti tal-Korp dwar l-esperjenzi tagħhom tal-Korp, flimkien mal-avatar u l-lokalità, jekk dawn ikunu ġew speċifikati.
    • Il-parteċipanti tal-Korp jistgħu jaraw u jżommu d-dejta personali tagħhom billi jidħlu fil-kont tagħhom tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Huma għandhom id-dritt iħassru l-kont tagħhom meta jridu. Il-parteċipant tal-Korp huwa responsabbli għall-kwalità tad-dejta tiegħu stess.
    • Il-parteċipanti tal-Korp jistgħu wkoll jaraw, jixxerjaw, jeditjaw u jħassru l-posts li jibagħtu dwar l-esperjenza tagħhom tal-Korp. Jistgħu wkoll jaraw u jikkummentaw fuq posts ta’ parteċipanti oħrajn, u jirrapportaw posts lill-amministraturi tal-Korp jekk iqisu li dawn jiksru t-Termini u l-Kundizzjonijiet ta’ użu.
    • Il-parteċipanti tal-Korp jistgħu japplowdjaw, jemendaw jew iħassru l-avatar u l-lokalità fil-profil tagħhom.
    • Id-dettalji tal-parteċipanti rreġistrati tal-Korp huma aċċessibbli mir-rappreżentanti awtorizzati tal-organizzazzjonijiet awtorizzati li jmexxu proġetti tal-Korp.
    • Id-dettalji personali tal-parteċipanti rreġistrati mal-Korp huma aċċessibbli wkoll mill-amministraturi tal-Korp u l-amministraturi ta’ programmi differenti tal-UE, inklużi l-korpi li jimplimentaw dawk il-programmi fil-livell nazzjonali (l-Aġenziji Nazzjonali) li permezz tagħhom l-organizzazzjonijiet awtorizzati jipprovdu kollokamenti fi proġett tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
    • Il-kontenut iġġenerat mill-utenti u l-kummenti ppowstjati mill-parteċipanti tal-Korp dwar l-esperjenza tagħhom tal-Korp huma aċċessibbli wkoll għall-amministraturi tal-Korp.
  • Il-Bażi tad-Dejta tal-Volontarjat (VoD)
    • Id-dettalji ta’ kuntatt personali ta’ persuni marbuta ma’ organizzazzjonijiet tas-SVE u proġetti ta’ volontarjat tas-SVE jista' jarahom kulħadd.
    • Ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ organizzazzjoni tas-SVE għandhom aċċess għad-dettalji ta’ kuntatt personali ta’ persuni marbuta ma’ dik l-organizzazzjoni partikolari u l-proġetti tagħha.
  • L-Għodda ta' Konsultazzjoni Onlajn (CTK)
    • L-indirizzi tal-email u d-dejta demografika bażika tal-utenti tas-CTK u l-attività tagħhom fl-OPP jidhru għar-rappreżentanti awtorizzati tal-organizzazzjonijiet awtorizzatii li jmexxu konsultazzjonijiet permezz tas-CTK, u li huma mħarrġa jmexxu l-konsultazzjonijiet.
    • L-amministraturi tal-EYP ikollhom aċċess ukoll għal din id-dejta.

Barra minn hekk, id-dejta personali kollha hija aċċessibbli minn:

  • L-istaff tal-unitajiet tad-DĠ EAC responsabbli għall-implimentazzjoni tas-servizzi permezz tal-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej.
  • L-istaff tal-unità tal-informatika (IT) tad-DĠ EAC.
  • L-istaff ta’ Servizzi kompetenti oħrajn tal-Kummissjoni Ewropea koresponsabbli għall-implimentazzjoni tas-servizzi permezz tal-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej.

Jekk ikun hemm bżonn tista’ tiġi żvelata lil:

  • L-Istaff tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern tad-DĠ EAC
  • L-Istaff tad-DĠ IAS
  • L-Istaff tal-OLAF

Għal kemm żmien inżommu d-dejta tiegħek?

Emails ta’ kuntatt inklużi f'artikli, aħbarijiet u avvenimenti jiġu mħassra, flimkien mal-kontenut oriġinali, fi żmien sentejn wara l-pubblikazzjoni tagħhom.

Id-dejta personali li tkun tinsab f’kontijiet tal-utent maħluqin għal edituri / awturi miżmuma fil-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej titħassar sentejn wara l-aħħar darba li l-utenti lloggjaw fl-EYP bl-użu ta’ dawn il-kontijiet.

Dejta personali li tkun tinsab fil-kontijiet tal-utent għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà titħassar sena wara li jilħqu l-età massima biex ikunu eliġibbli għal parteċipazzjoni fil-Korp, sakemm l-utent ma jaqbilx li jingħaqad xi skema tal-alumni li tkun fis-seħħ f’dak iż-żmien.

Kontribuzzjonijiet fil-proċessi ta’ konsultazzjoni onlajn se tiġi anonimizzata (jiġifieri r-rabta bejn l-utent u l-kontribuzzjonijiet / voti li għamlu se jitneħħew) fi żmien sentejn wara t-tmiem ta’ kull konsultazzjoni sħiħa u l-proċess ta' rappurtar / reazzjonijiet.

Kif tista' taċċessa l-informazzjoni personali tiegħek, tivverifika l-eżattezza tagħha u, jekk meħtieġ, tirranġaha?

Għandek id-dritt li jkollok aċċess għad-dejta personali maħżuna u, jekk ikun meħtieġ, titlob li d-dejta tiegħek tiġi korretta, billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Dejta tal-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej , li huwa:

Head of Unit, "Youth policy", Rue Joseph II 70, B-1049, Brussels, email: EAC-EYP@@ec.europa.eu

X’inhuma l-miżuri ta’ sigurtà meħuda biex l-informazzjoni tiegħek tiġi ssalvagwardjata mill-possibbiltà ta’ użu ħażin jew aċċess mhux awtorizzat;

Id-dejta hija salvagwardjata fil-Kummissjoni u koperta minn għadd ta’ miżuri difensivi implimentati mill-Kummissjoni biex tipproteġi l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-assi elettroniċi tal-Istituzzjoni.

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà

Meta taċċetta din l-Istqarrija ta' Privatezza Speċifika, organizzazzjoni awtorizzata li tmexxi proġetti taqbel li tuża s-sistemi tal-IT tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà biss biex tfittex parteċipanti għall-proġetti, kif ukoll biex tikkuntattja l-parteċipanti tal-Korp u tagħmillhom offerti ta’ kollokamenti. Dawn il-proġetti jistgħu jkunu tal-impriża tagħhom stess, jew l-impriża ta’ organizzazzjoni oħra li tirrappreżenta uffiċjalment l-organizzazzjoni awtorizzata.

B’mod speċifiku, l-organizzazzjoni awtorizzata timpenja ruħha li tadotta miżuri ta’ sigurtà tekniċi u operattivi rilevanti għar-riskju inerenti fl-ipproċessar tagħha ta’ dejta personali tal-parteċipanti, sabiex:

  • tipprevjeni lil kwalunkwe persuna mhux awtorizzata milli jkollha aċċess għal sistemi tal-kompjuter li jipproċessaw dejta personali, u speċjalment
    • qari, ikkuppjar, bdil jew tneħħija mhux awtorizzati ta' midja għall-ħażna tad-dejta;
    • input ta ' dejta mhux awtorizzat, kif ukoll kull żvelar, bdil jew tħassir mhux awtorizzati ta' dejta personali maħżuna;
    • użu tas-sistemi għall-ipproċessar tad-dejta permezz tal-faċilitajiet għat-trażmissjoni tad-dejta;
  • tiżgura li l-utenti awtorizzati ta’ sistema tal-ipproċessar tad-dejta jistgħu jaċċessaw biss id-dejta personali li għaliha jirreferi d-dritt tal-aċċess tagħhom;
  • tirreġistra liema dejta personali tkun ġiet ikkomunikata, meta u lil min;
  • tiżgura li d-dejta personali qed tiġi pproċessata b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali;
  • tiżgura li, matul il-komunikazzjoni ta’ dejta personali u t-trasport ta’ midja għall-ħażna tad-dejta, id-dejta ma tkunx tista’ tinqara, tiġi kkupjata jew titħassar mingħajr awtorizzazzjoni;
  • tiddisinja l-istruttura organizzattiva tagħha b’mod jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta.

Lil min tikkuntattja jekk għandek mistoqsijiet jew ilmenti dwar il-protezzjoni tad-dejta ta’ individwi?

Għandek tikkuntattja l-Kontrollur tad-Dejta għall-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej, li huwa: Head of Unit, "Youth policy", Rue Joseph II 70, B-1049, Brussels, email: EAC-EYP@ec.europa.eu.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet jew ilmenti, tista’ tikkuntattja wkoll:

Rimedju

F'każ ta' kunflitt, l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta http://www.edps.europa.eu

Fejn issib informazzjoni aktar dettaljata.

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Kummissjoni Ewropea jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha li jipproċessaw id-dejta personali. Tista’ tara r-reġistru fuq il-link li ġej : http://ec.europa.eu/dpo-register

Dan l-ipproċessar speċifiku ġie nnotifikat lid-DPO bir-referenza li ġejja: 3693.