Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Premju għall-Investigaturi Żgħażagħ fix-xjenza tal-isport

Ix-xjentisti żgħażagħ jistgħu jidħlu fil-kompetizzjoni tal-Kulleġġ Ewropew tax-Xjenza tal-Isport għall-eċċellenza xjentifika u jirbħu l-flus biex isostnu l-proġetti u r-riċerka tagħhom.

Il-Kulleġġ Ewropew tax-Xjenza tal-Isport (ECSS) jippromwovi lix-xjentisti żgħażagħ fil-qasam tal-isport u l-effett tal-isport fuq il-benessri permezz tal-Premju tal-Investigaturi Żgħażagħ (YIA).

 

Min jista' japplika?

Biex tkun eliġibbli għall-Premju tal-Investigaturi Żgħażagħ, irid ikollok inqas minn 32 sena u tkun qed tagħmel dottorat (jew ekwivalenti) jew ksibt id-dottorat inqas minn sentejn ilu. Trid tkun ukoll membru tal-ECSS qabel tibgħat l-applikazzjoni tiegħek.

 

Kif tapplika?

Jekk tissodisfa r-rekwiżiti kollha, ibgħat l-applikazzjoni tiegħek għall-Kungress ECSS li jmiss. Trid tniżżel u timla wkoll il-formola ta' verifika YIA tiegħek u tirritornaha lill-Uffiċċju tal-ECSS.

 

Riżorsi:

Ibda ċċaqlaq mal-Move Week! [internal link]

Kun f'saħħtek – Kun Int Innifsek: l-UE u s-Saħħa taż-Żgħażagħ [internal link]

Festival tal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ Ewropej: olimpijadi żgħar taċ-ċampjins ta' għada [internal link]

Pubblikat: Erb, 06/05/2015 - 16:57


Tweet Button: 

New!


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!