Europeiska Ungdomsportalen
Information och möjligheter för unga i hela Europa.

Esprimi l-opinjonijiet tiegħek fil-Parlament Ewropew taż-Żgħażagħ

Il-Parlament Ewropew taż-Żgħażagħ iħeġġek tieħu interess fl-affarijiet kurrenti u l-proċess demokratiku, il-prattika tal-ħsieb indipendenti u l-inizjattiva personali. Tixtieq tieħu sehem?

Inti:

·         bejn 16 u 22 sena

·         tistudja fl-Ewropa?

·         għandek moħħok miftuħ u kurjuż biex tiskopri fehmiet alternattivi, kulturi oħra u nies ġodda?

·         interessat fi kwistjonijiet li jaffettwaw is-soċjetà li ngħixu fiha?

·         tixtieq tiddeverti?

Jekk weġibt "iva" għal dawn il-mistoqsijiet kollha, int eliġibbli biex tingħaqad f'waħda mis-sessjonijiet tal-EYP (Parlament Ewropew taż-Żgħażagħ). Żomm f'moħħok li biex tieħu sehem fis-sessjonijiet internazzjonali, trid tirbaħ kompetizzjoni nazzjonali mmexxija mill-Kumitat Nazzjonali tiegħek. Madankollu, għas-Sessjonijiet Reġjonali hemm proċedura ta' applikazzjoni sempliċi.

Ikkuntattja lill-Kumitat Nazzjonali tiegħek u skopri minn fejn għandek tibda. Jekk pajjiżek mhux elenkat tista' tikkuntattja l-uffiċċju internazzjonali tal-EYP.

                                                                                                                                                                     

Kif jaħdem?

Il-EYP jorganizza 3 sessjonijiet internazzjonali ta' għaxart ijiem kull sena, dejjem f'pajjiż Ewropew differenti. F'kull sessjoni, id-delegati jingħaqdu f'kumitati multinazzjonali u jħarsu lejn suġġetti differenti għal liema jipproduċu Riżoluzzjoni biex tiġi diskussa fl-Assemblea Ġenerali.

 

"L-aspett l-iktar impressjonanti tal-EYP hu l-possibbiltà li tiżviluppa firxa ta' ħiliet: mid-diplomazija u l-ħolqien ta' kunsens, sar-retorika u t-tmexxija, il-kitba u l-esperjenza editorjali, sal-kisba tal-fondi u l-ġestjoni tal-proġetti."
M. Roberts, 27 sena, Renju Unit, Ġestjoni tal-Kapital ta' Riskju.

 

Informazzjoni ta' sfond

Il-EYP hu wieħed mill-aħjar postijiet għaż-żgħażagħ Ewropej interessati li jinvolvu ruħhom f'dibattitu politiku u jiltaqgħu ma' kulturi ġodda. Immexxi mill-Fondazzjoni Heinz-Schwarzkopf "Ewropa Żagħżugħa", il-EYP jinvolvi aktar minn 20,000 żagħżugħ minn 35 pajjiż f'aktar minn 100 avveniment reġjonali, nazzjonali u internazzjonali kull sena.

 

 

Riżorsi:

Parlament Ewropew

Apprendistati fil-Parlament Ewropew: Iltaqa' mal-MEPs! [internal link]

Agħżel ir-rwol tiegħek fil-Mudell tal-Unjoni Ewropea [internal link]

Fejn tista' taqsam l-opinjoni tiegħek? [internal link]

Publicerad: Ons, 06/05/2015 - 16:12


Tweet Button: 


Info for young people in the western balkans

Behöver du hjälp eller råd?

Fråga oss!