Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Is-sigurtà soċjali fl-Ewropa

Is-sistema tas-sigurtà soċjali teżisti biex tipprovdi lin-nies fil-bżonn bil-kura u l-għajnuna. Kull pajjiż għandu s-sistema tiegħu, iżda hemm regoli komuni li jipproteġu drittijietek meta tivvjaġġa fl-Ewropa.

Id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tgħid li s-soċjetajiet għandhom jgħinu lill-individwi biex jiżviluppaw u jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li għandhom fejn jgħixu. Dan hu li tfisser is-sigurtà soċjali.

Ħafna drabi, tinkiseb mill-assigurazzjoni soċjali – il-pensjonijiet għall-irtirati, l-għajnuna finanzjarja għal dawk li jinsabu bla xogħol, il-benefiċċji tal-familja u l-għajnuna għall-persuni b'diżabilità. Is-sigurtà soċjali tirreferi wkoll għas-servizzi pubbliċi, bħall-kura tas-saħħa, il-kura tat-tfal jew is-servizzi soċjali.

Madankollu, ma taħdimx l-istess kullimkien, għalhekk trid tkun taf kif jaħdmu dawn id-drittijiet f'pajjiżek.

 

[Embed video: Moving in the EU – Your social security rights http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=en&catId=849]

 

L-Unjoni Ewropea ħolqot regoli komuni dwar is-sigurtà soċjali għall-pajjiżi kollha tal-UE, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera f'dawn l-oqsma:

 

Kif taħdem meta tivvjaġġa fl-UE?

  1. Trid tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f'pajjiż wieħed biss kull darba – fil-pajjiż fejn tgħix jew fejn taħdem.
  2. Għandek l-istess drittijiet u obbligi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn tkun kopert.
  3. Meta titlob benefiċċju soċjali, il-perjodu preċedenti ta' assigurazzjoni, xogħol jew residenza f'pajjiżi oħra jitqiesu jekk ikun hemm bżonn.
  4. Jekk int intitolat għal benefiċċju fi flus minn pajjiż, normalment għandek tiksbu anke jekk tkun qed tgħix f'pajjiż differenti.

Meta ġġorr minn pajjiż tal-UE għal ieħor, l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali f'pajjiżek għandhom jittrasferixxu l-informazzjoni tiegħek lill-awtoritajiet fil-pajjiż fejn tgħix. Tista' ssib lista ta' awtoritajiet nazzjonali fid-Direttorju Istituzzjonali tal-Iskambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali.

 

Għandek bżonn l-għajnuna?

  • Staqsi mistoqsija permezz ta' Europe Direct
  • Uża s-SOLVIT biex issib soluzzjoni għall-problemi bl-għajnuna ta' amministrazzjoni nazzjonali

 

 

Riżorsi:

L-Ewropa Tiegħek – il-ħajja, ix-xogħol u l-ivvjaġġar fl-UE [internal link]

Xogħol f'pajjiż ieħor tal-UE [internal link]

Kun af id-drittijiet bażiċi tiegħek [internal link]

Se ssiefer? Tinsiex il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa [internal link]

 

 

Pubblikat: Erb, 06/05/2015 - 17:02


Tweet Button: 

New!


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!