Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Semma' leħnek lil dawk responsabbli!

Bħala persuna żagħżugħa li tgħix fl-Ewropa, tista' ssemma' leħnek lil dawk li jfasslu l-politiki u l-liġijiet li jaffettwaw ħajtek.

Dan hu importanti biex jiġi żgurat li l-liġijiet u l-politiki fil-fatt jissodisfaw ħtiġijietek. Barra minn hekk, l-esperjenzi u l-ideat tajbin tiegħek jistgħu jgħinu biex jinħolqu politiki anki aħjar li jkunu disponibbli għal nies minn pajjiżek.

Din it-taqsima fiha informazzjoni u parir dwar kif issemma' l-opinjonijiet tiegħek dwar il-kwistjonijiet, kemm jekk huma tassew lokali kif ukoll jekk jagħmlu parti mid-dibattiti u mid-diskussjonijiet mifruxin mal-Ewropa kollha. Għalhekk kuraġġ – agħmel differenza!

Created by the Dutch National Youth Council (Nationale Jeugdraad)