You are here

flag

Pubblikat: 22/04/2013 15:22

Xogħol matul il-btala tiegħek

Il-btajjel jistgħu jkunu opportunità eċċellenti biex tinvesti fil-karriera tal-futur tiegħek u biex tiżviluppa l-kapaċitajiet tiegħek, filwaqt li taqla' xi ftit flus. Kemm jekk int student jew bla xogħol, ix-xogħol staġjonali jaf jgħinek.

A picture

© shutterstock.com - Kzenon

Għaliex għandek taħdem matul il-btala tiegħek?

Biex titlef xi sagħtejn titgħażżen fix-xemx jew tilgħab fis-silġ. Iżda ħares lejn l-aspetti kollha – minbarra l-flus, tiltaqa' ma' nies ġodda f'post ġdid, u jista' jagħti l-każ li ssib ukoll xogħol permanenti.

Wieħed mill-ikbar sodisfazzjonijiet ta' btala ta' xogħol hija l-esperjenza, speċjalment jekk int student. Anke jekk ix-xogħol mhuwiex dak li tixtieq tagħmel fil-ġejjieni, dejjem titgħallem l-affarijiet bażiċi bħal x'ikun mistemmi minnek fid-dinja tax-xogħol u u kif għandek iġġib ruħek ma' persuni oħra f'ambjent professjonali. Kull xogħol li tagħmel u kull ma tagħmel fil-ħajja jgħinuk toħloq is-CV tiegħek.

 

Xogħol matul til-btajjel tiegħek fl-UE

Għal vaganzi tas-sajf jew tax-xitwa, u anki għal vaganzi qosra, hemm bosta għażliet. Tista' taħdem fil-lukandi, ir-ristoranti, il-bars jew saħansitra tiġbor il-frott matul is-sajf. Fin-nofsinhar tal-Ewropa tista' tipprova taħdem ta' lifeguard jew għalliem tas-surf, fit-tramuntana tista' tiskija matul ix-xitwa. U jekk ma jkollokx vaganzi twal ħafna, tista' tipprova xogħol fuq bażi ta' ġranet jew sigħat – bħall-kejtering jew l-organizzazzjoni ta' avveniment.

 

Tħallihomx japprofittaw ruħhom minnek

Xi postijiet tax-xogħol iżgħar bħall-bars, ir-ristoranti, eċċ. jaf ma joffrulekx kuntratt tax-xogħol formali – iżda tħallihomx jagħmlu li jridu bik. Agħmilha ċara mill-bidu li qed tistenna li jżommu ma' dak li tkunu qbiltu dwaru, f'termini ta' paga u sigħat tax-xogħol.

 

Fejn tfittex

Picking Jobs – xogħol staġjonali jew fir-raba’ fid-dinja kollha

Season Workers

Summer jobs in Europe & the world